|
15.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 187/174 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
ta' l-24 ta' April 2007
dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005
(2008/534/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005 (1),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 23 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0119/2007),
|
1. |
Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005, huma kif ġej:
Kont ta' dħul u nfiq għas-sena finanzjarja 2005 (6)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005 |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, lid-direttur eżekuttv taċ-Ċentru tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u sabiex jiżġura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 31.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 54.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(4) ĠU L OJ L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Figuri tas-sena 2005 biss minħabba li hija Aġenzija li għadha kemm ġiet mwaqqfa.