|
19.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9735 — Amex/GBT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 56/11)
1.
Fl-10 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
American Express Company (“Amex”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
GBT JerseyCo Limited (“GBT”, Jersey), li bħalissa hija kkontrollata minn Amex u Qatar Holding LLC. Amex takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ GBT kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi mill-Qatar Holding LLC u mingħand azzjonisti oħra minn terzi persuni, u b’hekk jitnaqqsu l-ishma tal-Qatar Holding LLC fil-GBT. |
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Amex: servizzi finanzjarji multinazzjonali. Amex, flimkien mas-sussidjarji konsolidati tagħha, tipprovdi servizzi finanzjarji bil-karta tal-kreditu u servizzi ta’ vvjaġġar għan-negozju u għall-vaganzi lill-konsumaturi u n-negozji madwar id-dinja. Amex hija attiva fil-ħruġ tal-karti tal-ħlas u fl-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti mad-dinja kollha. |
|
— |
GBT: għoti ta’ servizzi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, attiva mad-dinja kollha. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9735 — Amex/GBT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).