<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-503/19</NO.CASE><NO.CASE>C-592/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0503</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:629">EU:C:2020:629</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200903">3.9.2020</DATE> – Kawżi magħquda C‑503/19 u C‑592/19,</HT></P><P><HT TYPE="SC">Sudelegación del Gobierno en Barcelona (Residenti għal perijodu twil)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/109/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li jingħata l-istatus ta’ resident għal perijodu twil minħabba preċedenti kriminali tal-persuna kkonċernata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑503/19 u C‑592/19,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 17 de Barcelona (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali Nru 17 ta’ Barcelona, Spanja) (C‑503/19) u mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 5 de Barcelona (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali Nru 5 ta’ Barcelona, Spanja) (C‑592/19), permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE> u tal‑<DATE ISO="20190715">15 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190702">2 ta’ Lulju 2019</DATE> u fit‑<DATE ISO="20190802">2 ta’ Awwissu 2019</DATE> rispettivament, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">UQ</HT> (C‑503/19),</P><P><HT TYPE="BOLD">SI</HT> (C‑592/19)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Sudelegación del Gobierno en Barcelona,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, S. Rodin, D Šváby, K. Jürimäe u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Aguilera Ruiz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Pardo Quintillán u C. Cattabriga, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, minn naħa, UQ (Kawża C‑503/19) u SI (Kawża C‑592/19) u, min-naħa l-oħra, is-Subdelegación del Gobierno en Barcelona (is-Subdelegazzjoni tal-Gvern f’Barcelona, Spanja), dwar iċ-ċaħda tal-applikazzjonijiet intiżi għall-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil ippreżentati mill-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/109 tinkludi Kapitolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Status ta’ residenti għal perijodu twil ta’ żmien fi Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, li fih jinsabu l-Artikoli 4 sa 13 ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-Istati Membri għandhom jagħtu status ta’ residenti għat-tul lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ikunu rrisjedew legalment u kontinwament fit-territorju tagħhom għal ħames snin li jiġu minnufih qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni relevanti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jeħtieġu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jagħtu evidenza li jkollhom, għalihom u għall-membri dipendenti tal-familja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>riżorsi stabbli u regolari li ikunu suffiċjenti biex imantni lilu/ha nnifsu/ha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr rikors għas-sistema ta’ l-assietnza soċjali ta’ l-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi b’referenza għan-natura u r-regolarità tagħhom u jistgħu jagħtu kont tal-livell tal-paga minima u l-pensjoniijiet qabel l-applikazzjoni għall-istatus ta’ resident għat-tul;b) l-assigurazzjoni tal-mard fir-rigward tar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini proprji tiegħu/tagħha fl-Istat membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati membri jistgħu jeħtieġu li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkonformaw ma’ kondizzjonijiet ta’ integrazzjoni, skond il-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu status ta’ residenti għat-tul fuq il-bażi ta’ politika pubblika jew sigurtà pubblika.</ALINEA><ALINEA>Meta jieħu d-deċiżjoni relevanti, l-Istat Membru għandu jikkonsidra is-severità jew it-tip ta’ offiża kontra l-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika, jew il-perikolu li joħroġ mill-persuna konċernata, waqt li jingħata kont proprju tat-tul ta’ residenza u l-eżistenza ta’ rabtiet mal-pajjiż ta’ residenza.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 4 u 5 tagħha huma ssodisfatti, u jekk il-persuna ma tkunx tippreżenta theddida, fis-sens tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat l-istatus ta’ residenti għal perijodu twil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) u (3) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni li jkeċċu residenti għat-tul unikament fejn hu/i jikkostitwixxi theddiha attwali u suffiċjentement serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma tittieħed deċiżjoni biex jitkeċċa residenti għat-tul, l-Istati membri għandhom jagħtu kont tal-fatturi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-tul tar-residenza fit-territorju tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-età tal-persuna konċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-konsegwenzi għall-persuna konċernata u l-membri tal-familja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ir-rabtiet mal-pajjiż tar-residenza jew in-nuqqas ta’ rabtiet mal-pajjiż ta’ oriġini.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/109 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Residenza fl-Istati Membri l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Skont l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, li jaqa’ taħt dan il-kapitolu, resident għal perijodu twil jikseb id-dritt li jirrisjedi fit-territorju ta’ Stati Membri differenti minn dak li jkun tah l-istatus ta’ resident għal perijodu twil, għal perijodu li jaqbeż it-tliet xhur, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi kapitolu jkunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tal-imsemmija direttiva, li wkoll jaqa’ taħt l-istess kapitolu, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjonijiet għar-residenza minn residenti għat-tul jew membri tal-familja tagħhom fejn il-persuna konċernata tkun tikkostitwixxi theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.</ALINEA><ALINEA>Meta tittieħed id-deċiżjoni relevanti, l-Istat Membru għandu jikkonsidra s-severità jew it-tip ta’ reat kontra l-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika kommess mir-resident għat-tul jew il-membru/i tal-familja tiegħu/tagħha, jew il-perikolu li tippreżenta l-persuna konċernata.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Organika 4/2000</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Ley Orgánica 4/2000 sobre derechos y libertades de los extranjeros en España y su integración social (il-Liġi Organika 4/2000 dwar id-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Barranin fi Spanja u l-Integrazzjoni Soċjali Tagħhom), tal‑<DATE ISO="20000111">11 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 10, tat‑<DATE ISO="20000112">12 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 1139), fil-verżjoni tagħha<?PAGE NO="4"?> applikabbli għat-tilwimiet fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Liġi Organika 4/2000<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), tinkludi l-Artikolu 31, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Sitwazzjoni ta’ residenza temporanja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. L-Artikolu 31(7) ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Għat-tiġdid tal-permess ta’ residenza temporanja, għandhom jiġu eżaminati, skont il-każ:</P><P>a) il-preċedenti kriminali, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ tnaqqis tal-piena jew ta’ sitwazzjonijiet ta’ tnaqqis kundizzjonali tal-piena jew ta’ sospensjoni tal-piena ta’ priġunerija.</P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Fid-dawl ta’ dan it-tiġdid, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-isforz manifest ta’ integrazzjoni miċ-ċittadin barrani u li jimmilita favur l-imsemmi tiġdid, li għandu jiġi pprovat permezz ta’ rapport favorevoli tal-komunità awtonoma […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tal-Liġi Organika 4/2000 jikkonċerna r-residenza għal perijodu twil. Dan jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-residenza għal perijodu twil hija s-sitwazzjoni li tawtorizza r-residenza u l-ħidma fi Spanja b’mod indefinit, taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini Spanjoli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandhom id-dritt ta’ residenza għal perijodu twil dawk li kellhom residenza temporanja mingħajr interruzzjoni fi Spanja ta’ mill-inqas ħames snin u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod leġiżlattiv. Għall-finijiet ta’ residenza għal perijodu twil, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ residenza mwettqa preċedentement u mingħajr interruzzjoni fi Stati Membri oħra bħala detentur tal-Karta Blu tal-UE. Ir-residenza titqies bħala mhux interrotta anki jekk il-barrani jkun telaq mit-territorju nazzjonali b’mod temporanju, għal perijodi ta’ vaganzi jew għal raġunijiet oħra stabbiliti b’mod leġiżlattiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-barranin residenti għal perijodi twal fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jistgħu jitolbu għalihom infushom, u jiksbu, permess ta’ residenza għal perijodu twil fi Spanja meta huma jkunu ser jeżerċitaw attività bħala impjegati jew għal rashom, jew għal finijiet oħra, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod leġiżlattiv. Madankollu, fil-każ fejn il-barranin residenti għal perijodu twil fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jkunu jixtiequ jżommu l-istatus ta’ residenti għal perijodu twil miksub fl-ewwel Stat Membru, huma jistgħu japplikaw u jiksbu permess ta’ residenza temporanja fi Spanja.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament tal-Liġi Organika 4/2000</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 148 tar-Regolament tal-Liġi Organika 4/2000 approvat permezz tar-Real Decreto 557/2011 por el que se aprueba el Reglamento de la Ley Orgánica 4/2000, tras su reforma por Ley Orgánica 2/2009 (id-Digriet Irjali 557/2011 li Japprova r-Regolament tal-Liġi Organika 4/2000, wara l-emendi tagħha bil-Liġi Organika 2/2009) tal‑<DATE ISO="20110420">20 ta’ April 2011</DATE> (BOE Nru 103, tat‑<DATE ISO="20110430">30 ta’ April 2011</DATE>, p. 43821)), jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="148.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-barranin li jkunu ilhom jirrisjedu fit-territorju Spanjol b’mod legali u mingħajr interruzzjoni għal ħames snin għandhom id-dritt li jiksbu permess ta’ residenza għal perijodu twil.</ALINEA><ALINEA>Għandhom ukoll id-dritt li jiksbu dan il-permess, il-barranin li juru li kienu ilhom jirrisjedu matul dan il-perijodu mingħajr interruzzjoni fl-Unjoni Ewropea, bħala detenturi ta’ Karta Blu tal-UE, sakemm kienu residenti fit-territorju Spanjol matul is-sentejn immedjatament qabel l-applikazzjoni tagħhom.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 149 tar-Regolament tal-Liġi Organika 4/2000 li jirregola l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-finijiet tal-ksib ta’ permess ta’ residenza għal żmien twil. L-Artikolu 149(2)(f) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-applikazzjoni għall-kisba ta’ tali permess għandha tkun akkumpanjata, jekk ikun il-każ, minn estratt mir-rekords kriminali jew minn dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-pajjiż jew pajjiżi li fihom l-applikant ikun irrisjeda matul l-aħħar ħames snin, fejn dan id-dokument ma għandu juri ebda kundanna għal ksur previst mill-ordinament ġuridiku Spanjol.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑503/19</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>UQ huwa ċittadin ta’ pajjiż terz, li għandu permess ta’ residenza temporanja fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20141110">10 ta’ Novembru 2014</DATE>, huwa ġie kkundannat għal piena ta’ 40 jum għal xogħlijiet ta’ interess ġenerali u għas-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu għal tmien xhur u jumejn, għal sewqan taħt l-effett tal-alkoħol fit‑<DATE ISO="20141102">2 ta’ Novembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180202">2 ta’ Frar 2018</DATE>, UQ, li, f’din id-data, kien legalment residenti fi Spanja diġà għal tal-inqas ħames snin bis-saħħa tal-permess ta’ residenza tiegħu, ippreżenta, quddiem l-Oficina de Extranjeros de Barcelona (l-Uffiċċju għall-Barranin ta’ Barcelona, Spanja), applikazzjoni għall-ksib tad-dritt ta’ residenza għal perijodu twil, fis-sens tal-Artikolu 32 tal-Liġi Organika 4/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20180327">27 ta’ Marzu 2018</DATE>, l-Uffiċċju għall-Barranin ta’ Barcelona ċaħad din l-applikazzjoni, minħabba preċedenti kriminali ta’ UQ, imsemmija fil-punt 15 ta’ din is-sentenza. UQ ippreżenta, kontra din id-deċiżjoni, azzjoni amministrattiva, li wkoll ġiet miċħuda, permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20180706">6 ta’ Lulju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Konsegwentement, UQ ippreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19 kontra d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20180706">6 ta’ Lulju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li l-ġurisprudenza tal-qrati Spanjoli differenti hija konfuża u kontradittorja, fir-rigward tal-punt dwar jekk l-eżistenza ta’ preċedenti kriminali tal-persuna kkonċernata hijiex biżżejjed waħedha sabiex tiġi rrifjutata l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil jew jekk, għall-kuntrarju, tali rifjut jirrikjedix evalwazzjoni tal-fatti f’kull każ partikolari, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-persuna kkonċernata tirrappreżentax theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi li taffettwa interess funamentali tas-soċjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, skont il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), f’sentenza tal‑<DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, neħħiet id-dubji mqajma mill-ġurisprudenza konfuża ta’ qrati inferjuri. F’din is-sentenza, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ibbażat ruħha, b’mod partikolari, fuq l-Artikolu 149(2)(f) tar-Regolament tal-Liġi Organika 4/2000, sabiex tikkunsidra, essenzjalment, li s-sempliċi eżistenza ta’ preċedenti kriminali tal-persuna kkonċernata kienet tipprekludi l-għoti lilha tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil. Barra minn hekk, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) qieset li din l-interpretazzjoni la kienet tikkontradixxi l-ispirtu u lanqas l-għan tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19 għandha dubji dwar il-konformità mad-Direttiva 2003/109 tal-pożizzjoni adottata mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fis-sentenza tagħha msemmija fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija tesprimi wkoll dubji fir-rigward tal-konformità tal-leġiżlazzjoni Spanjola ma’ din id-direttiva, fir-rigward tal-possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi rrifjutat l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika, skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva. Din id-dispożizzjoni tipprevedi l-possibbiltà, iżda mhux l-obbligu, għal Stat Membru li jirrifjuta tali għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil għal dawn il-motivi. Skont il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19, sabiex tkun konformi mad-Direttiva 2003/109, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru għandha tkun trasparenti u li tinftiehem. Issa, ir-Renju ta’ Spanja ma għamilx użu minn din il-possibbiltà. L-Artikolu 149(2)(f) tar-Regolament tal-Liġi Organika 557/2011 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi tali raġuni għal rifjut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19 tirrileva li l-pożizzjoni adottata mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fis-sentenza tagħha msemmija fil-punt 20 ta’ din is-sentenza timplika li huwa iktar faċli, għal ċittadin ta’ pajjiż terz, li jikseb it-tiġdid tal-permess ta’ residenza temporanja tiegħu fi Spanja milli jiġi rrikonoxxut lilu l-istatus ta’ resident għal żmien twil. Fil-fatt, il-preċedenti kriminali ma jikkostitwixxux ostakolu assolut għat-tiġdid tal-permess ta’ residenza temporanja, peress li l-Artikolu 31(7)(a) tal-Liġi Organika 4/2000 jipprevedi biss li dawn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>għandhom jiġu eżaminati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għall-finijiet ta’ tali tiġdid. Din il-qorti tistaqsi dwar il-konformità ta’ tali sitwazzjoni mad-dritt tal-Unjoni, sa fejn ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu preċedenti kriminali jiġi skoraġġut milli jitlob l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil u jinżamm b’mod indefinit f’sitwazzjoni ta’ resident temporanju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 17 de Barcelona (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali Nru 17 ta’ Barcelona, Spanja), il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19 iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni mill-qrati nazzjonali li abbażi tagħha fedina penali, irrispettivament mill-forma tagħha, tikkostitwixxi raġuni suffiċjenti sabiex jiġi rrifjutat l-aċċess għall-istatus ta’ resident għat-tul hija konformi mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/109?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, [minbarra] l-eżistenza ta’ fedini penali, fatturi oħra bħas-serjetà u t-tul tal-piena, il-perikolu li l-applikant jirrappreżenta għas-soċjetà, it-tul tar-residenza legali preċedenti tiegħu u r-rabtiet li huwa fforma mal-pajjiż, u twettaq evalwazzjoni globali ta’ dawn l-elementi kollha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [2003/109] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti li jiġi rrifjutat, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika, l-istatus ta’ resident għat-tul abbażi tal-Artikolu 4 mingħajr ma tistabbilixxi l-kriterji ta’ evalwazzjoni inkluż[i] fl-Artikol[i] 6(1) u 17?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikoli 6(1) u 17 tad-Direttiva 2003/109 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li d-direttivi għandhom effett vertikali dixxendenti, il-qorti nazzjonali għandha s-setgħa u tista’ tapplika direttament id-dispożizzjonijiet tal-Artikol[i] 6(1) u 17 [ta’ din id-direttiva] sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ fedini penali fid-dawl tas-serjetà tagħhom, tat-tul tal-piena u tal-perikolu li l-applikant jirrappreżenta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għall-istatus ta’ resident għat-tul, kif ukoll il-prinċipji ta’ ċarezza, ta’ trasparenza u ta’ intelliġibbiltà għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni, mill-qrati Spanjoli, tal-Artikoli 147 sa 149 [tar-Regolament tal-Liġi Organika 4/2000] u tal-Artikolu 32 [tal-][Liġi Organika] 4/2000 li abbażi tagħha r-raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika jistgħu jikkostitwixxu raġuni għar-rifjut tal-istatus ta’ resident għat-tul, minkejja li dawn id-dispożizzjonijiet ma jistabbilixxux b’mod ċar u trasparenti li dawn jikkostitwixxu raġuni għal rifjut?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Regola nazzjonali u l-interpretazzjoni tagħha mogħtija mill-qrati, li abbażi tagħha l-aċċess għall-istatus ta’ resident għat-tul isir iktar diffiċli u jsir iktar faċli dak ta’ resident temporanju, huma konformi mal-prinċipju ta’ effett utli tad-Direttiva 2003/109 u b’mod partikolari mal-Artikolu 6(1) tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑592/19</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>SI huwa ċittadin ta’ pajjiż terz. Huwa għandu permess ta’ residenza temporanja fi Spanja, fejn għandu impjieg fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat u fejn huwa rreġistrat mas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE> tal-Juzgado de lo Penal n<HT TYPE="SUP">o</HT> 18 de Barcelona (il-Qorti Kriminali Provinċjali Nru 18 ta’ Barcelona, Spanja), SI ġie kkundannat, bħala awtur tar-reat ta’ falsifikazzjoni u għal użu ta’ dokumenti pubbliċi ffalsifikati, għal piena ta’ priġunerija ta’ ħdax-il xahar sospiża għal sentejn mis‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, għal fatti mwettqa fit‑<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>SI ppreżenta applikazzjoni quddiem is-Subdelegazzjoni tal-Gvern f’Barcelona sabiex ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ resident għal perijodu twil. Din l-applikazzjoni ġiet miċħuda b’deċiżjoni tas-Subdelegazzjoni tal-Gvern f’Barcelona fit‑<DATE ISO="20171030">30 ta’ Ottubru 2017</DATE>, minħabba, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ preċedent kriminali ta’ SI. Dan tal-aħħar ippreżenta azzjoni amministrattiva kontra din id-deċiżjoni, li wkoll ġiet miċħuda, b’deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180313">13 ta’ Marzu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, SI ppreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑592/19 kontra d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180313">13 ta’ Marzu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din il-qorti tirrepeti, essenzjalment, l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19 u miġbura fil-qosor fil-punti 19 u 20 ta’ din is-sentenza. Hija tindika li, kieku kellha tapplika l-leġiżlazzjoni Spanjola kif interpretata mis-sentenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) imsemmija fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, hija ma tkun tista’ twettaq ebda evalwazzjoni tas-sitwazzjoni personali u tal-integrazzjoni ta’ SI fi Spanja, tal-istatus tal-eżekuzzjoni tal-piena imposta fuqu permezz tas-sentenza tal-Juzgado de lo Penal n<HT TYPE="SUP">o</HT> 18 de Barcelona (il-Qorti Kriminali Provinċjali Nru 18 ta’ Barcelona), imsemmija fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, tar-reat imwettaq jew ta’ ċirkustanzi oħra, peress li din tkun iffaċċjata bi preċedent kriminali mhux imħassar mir-rekords kriminali tal-persuna kkonċernata. Issa, din il-qorti għandha dubji dwar il-konformità ta’ tali approċċ mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 5 de Barcelona (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali Nru 5 ta’ Barcelona, Spanja), il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑592/19, iddeċidiet ukoll li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Artikoli 4 u 6(1) tad-Direttiva 2003/109 għandhom jiġu interpretati fis-sens li preċedent kriminali, ta’ kwalunkwe natura, huwa raġuni suffiċjenti sabiex jiġi miċħud l-aċċess għall-istatus ta’ resident għal perijodu twil, mingħajr il-ħtieġa li jiġi evalwat it-tul tar-residenza u l-eżistenza ta’ rabta mal-pajjiż ta’ residenza?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Qabelxejn, sa fejn il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑503/19 invokat, fl-ewwel, fit-tielet u fir-raba’ domanda tagħha, l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/109, għandu jiġi ppreċiżat li dan l-artikolu, li jagħmel parti mill-Kapitolu III ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Residenza fl-Istati Membri l-Oħra<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jirrigwarda s-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li kiseb l-istatus ta’ resident għal perijodu twil fi Stat Membru wieħed u li jixtieq jirrisjedi fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-imsemmi artikolu huwa, konsegwentement, irrilevanti f’sitwazzjoni bħal dik li tat lok għall-kawżi prinċipali, li fil-kuntest tagħhom huwa inkwistjoni r-rifjut, minn Stat Membru, tal-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun irrisjeda fit-territorju tiegħu stess b’mod legali u mingħajr interruzzjoni matul il-ħames snin immedjatament preċedenti għall-preżentata tal-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Wara din il-preċiżazzjoni, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domandi tagħhom, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik interpretata minn ċerti qrati ta’ dan tal-aħħar, li tipprevedi li ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jiġi rrifjutat l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil f’dan l-Istat Membru sempliċement minħabba l-fatt li jkollu preċedenti kriminali, mingħajr eżami b’mod konkret tas-sitwazzjoni tiegħu, b’mod partikolari, tan-natura tar-reat imwettaq minn dan iċ-ċittadin, tal-perikolu possibbli li huwa jirrappreżenta għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, tat-tul tar-residenza tiegħu fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u tal-eżistenza ta’ rabtiet ma’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabelxejn, li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109 jipprevedi l-fakultà u mhux l-obbligu, għall-Istati Membri, li jirrifjutaw l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva għandhom jiġu implimentati b’mod li jkollhom saħħa vinkolanti inkontestabbli, bl-ispeċifiċità, bil-preċiżjoni u biċ-ċarezza meħtieġa sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2208">EU:C:2014:2208</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li Stat Membru għandu, sabiex jimplimenta korrettament l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109, jipprovdi fid-dritt intern tiegħu l-possibbiltà li jirrifjuta l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil lil ċittadin ta’ pajjiż terz għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika, bl-ispeċifiċità, bil-preċiżjoni u biċ-ċarezza meħtieġa sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-qrati tar-rinviju, li huma biss għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar l-interpretazzjoni tad-dritt intern fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gauweiler et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>De Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandhom jivverifikaw li d-dritt Spanjol jinkludi dispożizzjoni li fiha l-karatteristiċi msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk tali dispożizzjoni tistax tipprevedi li s-sempliċi eżistenza ta’ preċedenti kriminali tal-persuna kkonċernata hija biżżejjed sabiex din tal-aħħar tiġi rrifjutata, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika, l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil, mill-kliem stess tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109 jirriżulta li tali rifjut jimplika t-teħid inkunsiderazzjoni u l-ibbilanċjar ta’ ċertu numru ta’ elementi, jiġifieri, minn naħa,<?PAGE NO="9"?> il-gravità jew in-natura tar-reat imwettaq mill-persuna kkonċernata, il-perikolu li din tirrappreżenta għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika u, min-naħa l-oħra, it-tul tar-residenza tagħha fl-Istat Membru ospitanti kif ukoll rabtiet possibbli tagħha ma’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi kollha jimplika evalwazzjoni każ b’każ, li jeskludi li rifjut tal-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil jista’ jiġi invokat fil-konfront tal-persuna kkonċernata għas-sempliċi raġuni li din ikollha preċedenti kriminali, tkun xi tkun in-natura tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109 hija kkonfermata mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-miżuri ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika jistgħu jittieħdu biss jekk, wara evalwazzjoni każ b’każ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jirriżulta li l-aġir individwali tal-persuna kkonċernata jkun attwalment jirrappreżenta perikolu reali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180502">2 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>K. u H. F. (Dritt ta’ residenza u allegazzjonijiet ta’ delitti tal-gwerra)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/16 u C‑366/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:296">EU:C:2018:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward tal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/109, li l-formulazzjoni tiegħu hija simili ħafna għal dik tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, ġie deċiż li deċiżjoni ta’ tkeċċija ma tistax tiġi adottata kontra ċittadin ta’ Stat terz, li jkun residenti għal perijodu twil, għas-sempliċi raġuni li jkun ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn sena (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>López Pastuzano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑636/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:949">EU:C:2017:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ma jistgħux jikkunsidraw, b’mod awtomatiku, li ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jiġi rrifjutat l-għoti tal-istatus ta’ residenti għal perijodu twil, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, konformement mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109, minħabba s-sempliċi raġuni li huwa kien is-suġġett ta’ kundanna kriminali (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>G. S. u V. G. (Theddida għall-ordni pubbliku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑381/18 u C‑382/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1072">EU:C:2019:1072</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi preliminari magħmula għandha tkun li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/109 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, kif interpretata minn uħud mill-qrati tiegħu, li tipprevedi li ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jiġi rrifjutat l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil f’dan l-Istat Membru għas-sempliċi raġuni li huwa jkollu preċedenti kriminali, mingħajr eżami konkret tas-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward, b’mod partikolari, tan-natura tar-reat imwettaq minn dan iċ-ċittadin, tal-perikolu possibbli li huwa jirrappreżenta għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, tat-tul tar-residenza tiegħu fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u tal-eżistenza ta’ rabtiet ma’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal‑<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, kif interpretata minn uħud mill-qrati tiegħu, li tipprevedi li ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jiġi rrifjutat l-għoti tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil f’dan l-Istat Membru għas-sempliċi raġuni li huwa jkollu preċedenti kriminali, mingħajr eżami konkret tas-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward, b’mod partikolari, tan-natura tar-reat imwettaq minn dan<?PAGE NO="10"?> iċ-ċittadin, tal-perikolu possibbli li huwa jirrappreżenta għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, tat-tul tar-residenza tiegħu fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u tal-eżistenza ta’ rabtiet ma’ dan tal-aħħar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>