25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/111


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/820

tal-24 ta’ Mejju 2022

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2021

(notifikata bid-dokument C(2022) 3307)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja kkonċernata.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Waqt l-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2021, jenħtieġ titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2020 u l-15 ta’ Ottubru 2021, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2).

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jipprevedi li l-ammonti rekuprabbli mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lil kull wieħed minnhom, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti bi tnaqqis tal-pagamenti mensili għas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena f’konformità mal-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament mensili jew iżżidu miegħu, fir-rigwa tan-nefqa affettwata fit-tieni xahar wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kontijiet.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi li qed tipproponi.

(5)

Għal ċerti Aġenziji tal-Pagamenti, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa.

(6)

L-informazzjoni mressqa minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra tirrikjedi li jsir aktar stħarriġ u, għalhekk, il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), kwalunkwe skadenza tal-pagamenti li tinqabeż trid titqies, l-aktar tard, fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul is-sena finanzjarja tal-2021 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(8)

Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ pagamenti mensili għas-sena finanzjarja 2021 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji, jew minħabba xi defiċenzi fis-sistema tal-kontroll. B’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tqis dawn l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi biex tevita li jsiru xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa jew mhux f’waqthom, ta’ ammonti li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Meta jkun xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati, skont il-proċedimenti tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Il-Kummissjoni diġà naqqset il-pagamenti mensili rilevanti għas-sena finanzjarja 2021 għall-ammonti dovuti lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) permezz ta’ deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni finanzjarja u tal-konformità, skont l-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, eżegwiti mill-Kummissjoni fis-sena finanzjarja 2021. Kwalunkwe ammont bħal dawn jitqies f’din id-Deċiżjoni.

(10)

Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jħallas 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirrikjedi li flimkien mal-kontijiet annwali li jridu jissottomettu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jridu jehmżu tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu minnhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jridu jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba’ snin jew għal iżjed minn tmien snin rispettivament abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew.

(11)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jenħtieġ li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u l-bażi li fuqha ħa d-deċiżjoni jinsabu fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 54(4) ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iv), ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jitħallsux mill-Istati Membri iżda minflok jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni.

(12)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta’ dan, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2021.

L-Annessi I u III ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxu l-ammonti rekuperabbli mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2021, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri, fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata tal-FAEG, kif stabbilit fl-Anness III, mhumiex approvati b’din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni futura dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).


ANNESS I

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2021 - FAEG

Ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu

SM

 

2021 - Nefqa/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma

Total ta' a + b

Tnaqqis, sospensjonijiet u aġġustamenti oħra għal deċiżjoniiet eżegwiti dwar il-konformità u l-approvazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja kollha 1)

Ammont li jrid jitħallas f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-FAEG

Total inkluż it-tnaqqis, is-sospensjonijiet u aġġustamenti oħra

Pagamenti lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (-) jew imħallas lil (+) l-Istat Membru 2)

approvati

diżassoċjati

= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet mensili

 

 

a

b

c=a+b

d

e

f=c+d+e

g

h=f-g

AT

EUR

706 430 573,23

0,00

706 430 573,23

-2 870 315,25

0,00

703 560 257,98

703 560 257,98

0,00

BE

EUR

554 760 898,85

0,00

554 760 898,85

- 351 989,67

-3 177,15

554 405 732,03

554 733 385,87

- 327 653,84

BG

BGN

0,00

0,00

0,00

0,00

-1 556,12

-1 556,12

0,00

-1 556,12

BG

EUR

863 821 851,29

0,00

863 821 851,29

-3 138 702,25

0,00

860 683 149,04

861 522 574,67

- 839 425,63

CY

EUR

52 502 823,95

0,00

52 502 823,95

12 089,72

- 256 486,43

52 258 427,24

52 550 492,04

- 292 064,80

CZ

CZK

0,00

0,00

0,00

0,00

-2 919,33

-2 919,33

0,00

-2 919,33

CZ

EUR

867 205 026,59

0,00

867 205 026,59

-1 980 556,04

0,00

865 224 470,55

865 224 470,86

-0,31

DE

EUR

4 728 310 987,83

0,00

4 728 310 987,83

-2 023 816,79

- 201 516,47

4 726 085 654,57

4 726 685 305,04

- 599 650,47

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

-74 800,08

-74 800,08

0,00

-74 800,08

DK

EUR

807 631 689,90

0,00

807 631 689,90

-44 732 587,53

0,00

762 899 102,37

762 919 853,48

-20 751,11

EE

EUR

166 809 943,17

0,00

166 809 943,17

- 133 455,75

-8 582,90

166 667 904,52

166 676 066,54

-8 162,02

ES

EUR

5 653 944 798,91

0,00

5 653 944 798,91

-23 331 476,95

-1 540 518,27

5 629 072 803,69

5 632 844 872,47

-3 772 068,78

FI

EUR

525 039 902,75

0,00

525 039 902,75

-11 403,31

-1 903,38

525 026 596,06

525 014 939,18

11 656,88

FR

EUR

7 323 853 757,26

0,00

7 323 853 757,26

- 119 323 840,58

-4 735 016,88

7 199 794 899,80

7 207 429 699,92

-7 634 800,12

EL

EUR

2 036 268 718,40

0,00

2 036 268 718,40

176 894 797,88

-1 706 909,35

2 211 456 606,93

2 213 249 638,46

-1 793 031,53

HR

HRK

0,00

0,00

0,00

0,00

- 866 935,30

- 866 935,30

0,00

- 866 935,30

HR

EUR

359 555 285,25

0,00

359 555 285,25

-46 307,48

0,00

359 508 977,77

359 509 968,88

- 991,11

HU

HUF

0,00

0,00

0,00

0,00

-66 196 569,00

-66 196 569,00

0,00

-66 196 569,00

HU

EUR

1 308 388 735,04

0,00

1 308 388 735,04

-6 114 909,10

0,00

1 302 273 825,94

1 302 448 012,60

- 174 186,66

IE

EUR

1 185 513 381,00

0,00

1 185 513 381,00

-4 185 327,13

-13 776,71

1 181 314 277,16

1 180 317 724,81

996 552,35

IT

EUR

4 227 648 632,75

0,00

4 227 648 632,75

- 216 393 398,86

-5 713 858,78

4 005 541 375,11

4 025 018 120,95

-19 476 745,84

LT

EUR

513 777 203,73

0,00

513 777 203,73

-2 003 428,81

-1 985,43

511 771 789,49

511 452 567,68

319 221,81

LU

EUR

34 777 912,12

0,00

34 777 912,12

75 370,02

-54 311,19

34 798 970,95

34 749 464,51

49 506,44

LV

EUR

296 433 444,83

0,00

296 433 444,83

-11 798,86

-10 500,36

296 411 145,61

296 422 643,44

-11 497,83

MT

EUR

5 070 956,79

0,00

5 070 956,79

82,21

- 283,11

5 070 755,89

5 071 039,00

- 283,11

NL

EUR

0,00

701 449 904,92

701 449 904,92

0,00

0,00

701 449 904,92

701 449 904,92

0,00

PL

PLN

0,00

0,00

0,00

0,00

- 480 360,21

- 480 360,21

0,00

- 480 360,21

PL

EUR

3 344 928 202,03

0,00

3 344 928 202,03

-11 615 407,04

0,00

3 333 312 794,99

3 333 287 343,21

25 451,78

PT

EUR

855 072 937,80

0,00

855 072 937,80

-4 129 633,81

- 215 614,84

850 727 689,15

849 980 286,77

747 402,38

RO

RON

0,00

0,00

0,00

0,00

-6 362 606,76

-6 362 606,76

0,00

-6 362 606,76

RO

EUR

1 939 544 980,75

0,00

1 939 544 980,75

-40 876 104,60

0,00

1 898 668 876,15

1 903 229 534,93

-4 560 658,78

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

-19 042,00

-19 042,00

0,00

-19 042,00

SE

EUR

684 849 433,65

0,00

684 849 433,65

-1 810 296,09

0,00

683 039 137,56

683 740 589,85

- 701 452,29

SI

EUR

139 003 233,25

0,00

139 003 233,25

154 602,03

- 101 944,37

139 055 890,91

139 157 835,28

- 101 944,37

SK

EUR

394 889 567,79

0,00

394 889 567,79

-19 604 716,19

-64 401,76

375 220 449,84

375 302 826,10

-82 376,26


SM

 

Nefqa 3)

Dħul assenjat 3)

Artikolu 54(2) (=e)

Total (=h)

08 02 06 01

6200

6200

i

j

k

l = i+j+k

AT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

BE

EUR

0,00

- 324 476,69

-3 177,15

- 327 653,84

BG

BGN

0,00

0,00

-1 556,12

-1 556,12

BG

EUR

0,00

- 839 425,63

0,00

- 839 425,63

CY

EUR

0,00

-35 578,37

- 256 486,43

- 292 064,80

CZ

CZK

0,00

0,00

-2 919,33

-2 919,33

CZ

EUR

0,00

-0,31

0,00

-0,31

DE

EUR

0,00

- 398 134,00

- 201 516,47

- 599 650,47

DK

DKK

0,00

0,00

-74 800,08

-74 800,08

DK

EUR

0,00

-20 751,11

0,00

-20 751,11

EE

EUR

420,88

0,00

-8 582,90

-8 162,02

ES

EUR

0,00

-2 231 550,51

-1 540 518,27

-3 772 068,78

FI

EUR

81 444,62

-67 884,36

-1 903,38

11 656,88

FR

EUR

0,00

-2 899 783,24

-4 735 016,88

-7 634 800,12

EL

EUR

0,00

-86 122,18

-1 706 909,35

-1 793 031,53

HR

HRK

0,00

0,00

- 866 935,30

- 866 935,30

HR

EUR

0,00

- 991,11

0,00

- 991,11

HU

HUF

0,00

0,00

-66 196 569,00

-66 196 569,00

HU

EUR

0,00

- 174 186,66

0,00

- 174 186,66

IE

EUR

1 241 932,20

- 231 603,14

-13 776,71

996 552,35

IT

EUR

0,00

-13 762 887,06

-5 713 858,78

-19 476 745,84

LT

EUR

321 207,24

0,00

-1 985,43

319 221,81

LU

EUR

103 817,63

0,00

-54 311,19

49 506,44

LV

EUR

0,00

- 997,47

-10 500,36

-11 497,83

MT

EUR

0,00

0,00

- 283,11

- 283,11

NL

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

PL

PLN

0,00

0,00

- 480 360,21

- 480 360,21

PL

EUR

25 451,78

0,00

0,00

25 451,78

PT

EUR

1 111 005,26

- 147 988,04

- 215 614,84

747 402,38

RO

RON

0,00

0,00

-6 362 606,76

-6 362 606,76

RO

EUR

0,00

-4 560 658,78

0,00

-4 560 658,78

SE

SEK

0,00

0,00

-19 042,00

-19 042,00

SE

EUR

0,00

- 701 452,29

0,00

- 701 452,29

SI

EUR

0,00

0,00

- 101 944,37

- 101 944,37

SK

EUR

0,00

-17 974,50

-64 401,76

-82 376,26

1)

It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk meqjusa fis-sistema tal-pagamenti, li magħhom jiżdiedu, b’mod partikolari, il-korrezzjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi tal-pagamenti u tnaqqis ieħor fil-kuntest tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2)

Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies hu t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet mensili għan-nefqa diżassoċjata (kol.b). Rata tal-kambju applikabbli: it-tieni sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014.

3)

BL 08 02 06 01 għandu jinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f'BL 62 00 u dawk pożittivi favur l-Istat Membru li issa se jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 08 02 06 01 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

NB:

Nomenklatura 2022 : 08 02 06 01 , 6200


ANNESS II

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2021 - FAEG

Korrezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013  (*1)

Stat Membru

Munita

Fil-munita nazzjonali

F’Euro

AT

EUR

 

 

BE

EUR

 

 

BG

BGN

 

 

CY

EUR

-

5 937,99

CZ

CZK

-

-

DE

EUR

 

 

DK

DKK

 

 

EE

EUR

-

-

ES

EUR

 

 

FI

EUR

 

 

FR

EUR

 

 

EL

EUR

 

 

HR

HRK

 

 

HU

HUF

-

-

IE

EUR

 

 

IT

EUR

 

 

LT

EUR

-

-

LU

EUR

 

 

LV

EUR

-

-

MT

EUR

-

-

NL

EUR

 

 

PL

PLN

215 989,80

-

PT

EUR

 

 

RO

RON

 

 

SE

SEK

 

 

SI

EUR

-

-

SK

EUR

-

-


(*1)  Ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (STŻR) ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36))


ANNESS III

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2021 - FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma diżassoċjati u soġġetti għal deċiżjoni futura dwar l-approvazzjoni

Stat Membru

L-aġenzija tal-pagamenti

In-Netherlands

Rijksdienst voor Ondernemend Nederland