Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Navigazzjoni bis-Satellita bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja /* KUMM/2009/0453 finali - ACC 2009/0124 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.9.2009 KUMM(2009) 453 finali 2009/0124 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Navigazzjoni bis-Satellita bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja A) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | 1.1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Raġunijiet teknoloġiċi, ġeografiċi u finanzjarji assiguraw lin-Norveġja rwol importanti fil-GNSS Ewropej. In-Norveġjatipprovdi teknoloġija kruċjali għal Galileo u hija l-pajjiż li jospita żewġ installazzjonijiet ta' fuq l-art importanti fuq Svalbard u Antartika li jikkontribwixxu għat-tħaddim tajjeb tas-sistema. Dan il-Ftehim għandu l-iskop li jiċċara l-prinċipji ta' kooperazzjoni ġenerali u d-drittijiet u l-obbligi tan-Norveġja primarjament f'oqsma rilevanti, bħas-sigurtà, li mhumiex koperti mill-acquis eżistenti ta' Galileo. Il-ftehim kien ġie nnegozjat abbażi tad-direttivi tan-negozjati adottati mill-Kunsill fit-8 ta' Lulju 2005. Il-Ftehim imbeda fis-17 ta' Lulju 2009. Il-Ftehim se jiġi kkomplementat minn Deċiżjoni proposta tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (Dok. Nru 25100, Każ Nru 25099) li jemenda l-Protokolli 31 u 37 għall-Ftehim taż-ŻEE li permezz tagħhom in-Norveġja tissottoskrivi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, ir-Regolament (KE) Nru 1942/2006 tat-12 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo). L-Artikoli 4 §5 u 6§4 ta' dan ir-Regolament joffru l-possibbiltà lill-pajjiżi terzi biex jipprovdu finanzjament addizjonali lill-programmi Ewropej tal-GNSS f'konformità ma' kundizzjonijiet li se jiġu stipulati fi Ftehimiet skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. Il-ftehim huwa limitat għal suġġetti li huma meħtieġa sabiex jippermettu l-kooperazzjoni mill-qrib man-Norveġja. Il-kostruzzjoni u t-tmexxija ta' Galileo u egnos bħala programmi mifruxa mal-ke kollha jenfasizzaw il-ħtieġa għal approċċi komuni u metodi ta' ħidma bejn l-istati membri kollha tal-ue u xi wħud mill-istati mhux membri fl-ue (in-Norveġja u l-isvizzera). Ir-regoli għal dawn is-suġġetti jeħtieġ li jiġu stabbiliti mill-gvernijiet u infurzati b'mod koerenti mal-ewropa kollha. Il-kummissjoni bħala amministratur tal-program li taġixxi f'isem il-komunità, sid is-sistema, teħtieġ li tieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex iddaħħal din il-koerenza. Jekk tonqos li tagħmel dan ikun hemm żieda fir-riskji ta' sigurtà u jesponu aktar lill-ke u l-istati membri tagħha għal talbiet għar-responsabbilità f'każ ta' inċidenti serji. | 120 | 1.2. Kuntest ġenerali In-Norveġjahija l-aktar pajjiż assoċjat għall-kooperazzjoni f'Galileo sa mill-ġranet bikrijin tal-programm li mhuwiex fl-UE. Matul is-snin, in-Norveġjatat kontribut politiku, tekniku u finanzjarju għall-fażijiet kollha ta' Galileo permezz tas-sħubija tagħha fl-Aġenzija Spazjali Ewropea u tal-parteċipazzjoni informali tagħha fl-istrutturi ta' tmexxija tal-KE speċifiċi għal Galileo. Dan il-Ftehim u deċiżjoni simili relatata permezz tal-kumitat konġunt taż-ŻEE għandhom jiffomalizzaw u japprofondixxu din l-integrazzjoni mill-qrib tan-Norveġjafil-programmi Ewropej tal-GNSS. Mingħajr dan il-ftehim, il-parteċipazzjoni tan-Norveġjatkompli għaddejja fil-limiti tal-ftehim taż-ŻEE. Dan jikkawża inċertezza dwar in-natura tal-kollaborazzjonijiet fl-oqsma ta' sigurtà, standardizzazzjoni, ċertifikazzjoni u spettru tar-radju. Barra minn hekk, il-Ftehim minn naħa waħda jippermetti lill-KE li tistabbilixxi prinċipji ġenerali fosthom klawsola ta' kundizzjonalità għall-kooperazzjoni fis-sigurtà. Min-naħa l-oħra l-Ftehim jinkludi impenn politiku min-Norveġjabiex tissottoskrivi mal-politika tal-ġejjieni tal-KE bl-iskop li tipproteġi l-GNSS Ewropej. | 130 | 1.3. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-kooperazzjoni tan-Norveġjaf'Galileo se tiġi organizzata f'żewġ strumenti komplementarji: deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li se tkopri l-acquis ta' Galileo u l-ftehim mehmuż imħallat sabiex jipprovdi kappa għall-kooperazzjoni inklużi l-prinċipji ta' kooperazzjoni fil-ġejjieni u dispożizzjonijiet komplementarji li għandhom x'jaqsmu ma' kooperazzjoni fis-sigurtà, fl-istandardizzazzjoni u fiċ-ċertifikazzjoni. | 140 | 1.4. Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Il-proposta hija konformi mal-politika tal-KE li tintegra lin-Norveġja fil-programmi Komunitarji permezz tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, hi tappoġġja l-għanijiet tal-Kummissjoni li jissaħħaħ l-aspett tal-Komunità ta' kooperazzjoni f'politiki rilevanti għan-non-proliferazzjoni. | 2. KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT | 2.1. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira, u profil ġenerali ta' dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni Il-Kumitat Speċjali tal-Kunsill, l-awtoritajiet tas-sigurtà tal-Istati Membri u n-Norveġja kienu ġew ikkonsultati permezz tal-Grupp ta' Ħidma 2 tal-Bord tas-Sigurtà ta' Galileo u permezz ta' laqgħat bilaterali mal-awtoritajiet Norveġiżi kemm fl-istadju tad-direttivi tan-negozjati kif ukoll matul in-negozjati. Dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni kienu jinkludu esperti tekniċi, esperti ta' sigurtà u ta' trasport mill-Istati Membri tal-UE u l-Awtoritajiet ta' Sigurtà Nazzjonali tan-Norveġja, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin, tad-Difiża u l-Intern, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u aġenziji spazjali nazzjonali. | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Dawn il-partijiet interessati appoġġjaw l-integrazzjoni mill-qrib tan-Norveġjafil-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-Galileo u enfasizzaw l-importanza li jinkludu kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-faċilitajiet ta' fuq l-art fil-Ftehim. | 2.2. Ġbir u użu tal-għarfien espert | 221 | Oqsma xjentifiċi jew ta’ għarfien espert ikkonċernati It-teknoloġija spazjali/ il-faċilitajiet ta' fuq l-art, is-Sigurtà/ is-Sigurtà Industrijali u governattiva, is-sigurtà tal-informazzjoni u l-liġi internazzjonali/ il-privileġġi u l-immunitajiet | 222 | Metodoloġija użata Ġeneralment laqgħat | 223 | Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Il-ministri tal-istati memebri tal-ue u l-aġenziji spazjali, is-segretarjat taż-ŻEE, esa, l-industrija spazjali | 2249 | Taqsira tal-pariri li waslu u ntużaw Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli. | 225 | Kien hemm kunsens wiesa' dwar il-prinċipji ta' kooperazzjoni previsti fil-Ftehim u dwar l-għan li n-Norveġjatiġi integrata mill-qrib fil-programm inklużi d-drittijiet u l-obbligi korrispondenti. Il-profil tas-sigurtà tan-Norveġjatat kunfidenza lill-esperti. | 226 | Mezzi li ntużaw biex il-parir espert ikun disponibbli pubblikament Il-konklużjonijiet tal-esperti tas-sigurtà mhumiex disponibbli pubblikament. | 230 | 2.3. Valutazzjoni tal-impatt L-azzjoni għandha l-iskop li tiżgura l-involviment mill-qrib tan-Norveġja fil-fażijiet ta' kostruzzjoni u operat ta' Galileo u EGNOS. Dawn iż-żewġ inizjattivi fihom komponenti sinifikanti industrijali, ekonomiċi u strateġiċi. Il-tmexxija tal-Programmi Ewropej tal-GNSS għaddiet minn riforma fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 fejn l-attenzjoni mxiet minn fuq is-Sħubiji Pubbliċi-Privati għal fuq programmi li huma ġestiti mill-Komunità u sistemi li huma propjetà tagħha. Din l-evoluzzjoni u l-kontenut tal-kooperazzjoni ma' implikazzjonijiet ta' sigurtà jeħtieġu miżuri formali u regolatorji. Konsegwentament, ġew ikkunsidrati tliet għażliet sabiex jinkiseb dan l-objettiv: L-ewwel waħda kienet assoċjazzjoni tan-Norveġjamal-programm permezz korp speċifiku ta' kooperazzjoni internazzjonali (il-Bord Internazzjonali ta' Galileo ) li jiġbor il-pajjiżi terzi kollha interessati f'Galileo. Wara diskussjonijiet twal dwar dan il-korp man-Norveġjau pajjiżi terzi oħra, l-għażla ġiet abbandunata. In-Norveġjaħasset li mhux ġust li tiġi ttrattata bħal pajjiżi terzi mhux Ewropej li huma inqas integrati b'mod konsiderevoli u li ma jkunux taw kontribut finanzjarju lill-programm. It-tieni għażla kienet li jintuża l-qafas taż-ŻEE bħala l-unika strument li jifformalizza l-kooperazzjoni. Din kienet studjata mill-qrib flimkien mal-possibilitajiet fit-termini legali biex ikopru l-ambitu kollu tal-kooperazzjoni mixtieqa. Fl-aħħar ġie konkluż liż-ŻEE kienet l-aħjar għażla biex tinkorpora l-acquis eżistenti tal-KE li għandha x'taqsam ma' Galileo. Din tinkludi kumitati, tiswir tad-deċiżjonijiet mingħajr drittijiet ta' voti, regoli tas-sjieda, prokura, kontributi finanzjarji eċċ. Madanakollu, iż-ŻEE ġiet ikkunsidrata mhux suffiċjenti f'ċerti oqsma bħas-sigurtà, l-ispektrum u l-standardizzazzjoni. Ukoll, mill-aspett tal-KE, ma kienx prattiku li jiġu introdotti prinċipji u dispożizzjonijiet ta’ kondizzjonalità li ma kienux preżenti fl-aquis ta' Galileo . It-tielet għażla kienet taħlita tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u l-ftehim mehmuż imħallat. Din it-taħlita ppermettiet li ssir distinzjoni prattika bejn in-Norveġja u l-Islanda (membri taż-ŻEE), sabiex jiġu introdotti impennji/obbligi addizzjonali għan-Norveġja, biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u biex jiġu pprovduti prinċipji u messaġġi li jwettqu t-triq għal relazzjoni ta' kooperazzjoni għal żmien twil li tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ naħat. | 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | 3.1. Sinteżi tal-azzjoni proposta Il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill li jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ta' kooperazzjoni dwar in-navigazzjoni bis-satellita bejn il-KE, l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja. L-applikazzjoni proviżorja hija miżura neċessarja biex jiżdied ir-rittmu tal-applikazzjoni tal-Ftehim minħabba d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jasmu partikolarment mas-sigurtà tal-faċilitajiet ta' fuq l-art ta' Galileo fit-territorju tan-Norveġja. | 310 | 3.2. Bażi legali L-Artikoli 133 u 170, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | 320 | 3.3. Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-raġuni(jiet) li ġejja/in. | 321 | Galileo, li l-ispejjeż tiegħu huma stmati għal bosta biljuni ta' Euro, huwa inizjattiva Ewropea li l-ebda stat mhu lest li jiffinanzja waħdu. Il-kontenut tal-Ftehim propost ma jistax jiġi limitat għal Stat Membru wieħed jew għal grupp ta' Stati Membri iżda jaffettwa l-UE kollha kemm hi u f'xi aspetti (eż. is-servizzi ta' stazzjon fuq l-art) jħalli impatt ukoll mad-dinja kollha. | 323 | L-għarfien industrijali u tekniku (inkluża s-sigurtà) fis-settur tal-ispazju huwa mifrux fuq bosta pajjiżi Ewropej fosthom in-Norveġjau l-ebda stat ma għandu l-kapaċità li jġib padrunanza fuq l-għarfien kollu. Mingħajr sforz koordinat u skambju ta' informazzjoni, ir-riskji ta' qbil man-Norveġjafuq soluzzjonijiet f'livell inqas minn ottimali se jiżdiedu. Żbalji fil-qasam tas-sigurtà jistgħu jikkompromettu is-sigurtà tal-provvista ta' esportazzjoni ta' komponenti kkontrollati lill-GNSS Ewropej partikolarment mill-Istati Uniti. Dan iżid ferm l-ispejjeż tal-programmi. | Azzjoni komunitarja għandha tikseb b’mod aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejjin. | 324 | L-infrastruttura tal-GNSS Ewropej qed titħaddem mad dinja kollha u s-sigurtà tagħha se tiddependi ħafna fuq l-infurzar ta' miżuri ta' protezzjoni koerenti mill-Istati Membri kollha u stati mhux membri fl-UE li qed jospitaw din l-infrastruttura kruċjali. | 325 | Id-daqs u l-kumplessità tal-GNSS Ewropej jeħtieġu strutturi ta' ġestjoni ċentralizzati u sempliċi u punti ta' kuntatt u relazzjonijiet ta' xogħol ċari bejn in-naħa tal-UE u l-pajjiżi terzi. Netwerk kbir ta' relazzjonijiet bilaterali man-Norveġjagħandu jġib riskju għoli ta' ineffiċjenzi, dewmien u kontradizzjonijiet li fi proġett industrijali jissarfu malajr fi spejjeż ogħla li se jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Wkoll, l-Istati Membri li qed jaġixxu individwalment jistgħu jkollhom possibbiltà iżgħar li jimponu prinċipji u kundizzjonalità fuq in-Norveġjamilli jista' jiksbu permezz ta' kooperazzjoni.ċ | 327 | Il-Ftehim huwa limitat għall-prinċipji u l-impennji komuni ta' kooperazzjoni u għall-kwistjonijiet speċifiċi li jkopru l-infrastruttura ta' fuq l-art li jagħmlu parti mill-GNSS li huma propjetà tal-KE. Il-ftehim jiddependi fuq kapaċitajiet eżistenti tal-istati membri (eż. fil-kontroll tal-esportazzjoni, skambju ta' informazzjoni sensittiva) fl-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. | Għaldaqstant il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | 3.4. Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | 331 | Il-Ftehim jistipula l-għanijiet u l-prinċipji iżda jinkludi klawsola li tirreferi għad-definizzjoni ta' dettalji ta' azzjonijiet f'arranġamenti separati li se jiġu definiti f'kooperazzjoni ma' esperti mill-Istati Membri u n-Norveġja. | 332 | Il-Ftehim huwa strument tradizzjonali magħruf sew fir-relazzjonijiet internazzjonali definit f'kollaborazzjoni ma' gruppi ta' ħidma esperta eżistenti u li għandu jiġi approvat mill-istrutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet eżistenti. Ma jistabbilixxix strutturi amministrattivi ġodda. | 3.5. Għażla ta' strumenti | 342 | Ftehim internazzjonali huwa l-unika strument li jassigura koerenza mal-UE kollha fir-relazzjonijiet man-Norveġjafin-navigazzjoni bis-satellita. Uniformità fl-applikazzjoni hija partikolarment importanti fis-sigurtà li tifforma parti ewlenija mill-Ftehim. Fl-istess ħin il-Ftehim jippermetti flessibbiltà fil-każijiet ta' miżuri ta' implimentazzjoni partikolarment fil-qasam ta' standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni fejn l-Istati Membri huma l-parteċipanti prinċipali fl-organizzazzjoni internazzjonali. It-Trattat ma jipprovdix għażliet vijabbli oħra li jirregolaw ir-relazzjonijiet ma' pajjiż terz. | 4. IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. | 5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 531 | Il-proposta tinkludi klawżola ta' reviżjoni. | B) PROPOSTA Il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill, fuq il-bażi tal-(Artikoli 133 u 170), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja. 2009/0124 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Navigazzjoni bis-Satellita bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja IL- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u patikularment l-Artikoli 133 u 170, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Renju tan-Norveġja (2) Il-Ftehim imbeda fis-17 ta' Lulju 2009, (3) Skont l-Artikolu 12(3) tiegħu, il-Ftehim għandu jiġi applikat proviżjonalment mill-Partijiet sakemm jidħol fis-seħħ. (4) Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità u akkumpanjat b'Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Soġġett għall-konklużjoni possibli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Renju tan-Norveġja It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja sakemm jidħol fis-seħħ. L-applikazzjoni proviżorja tibda fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data ta' meta l-Partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan speċifiku. Din id-data se tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej . Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM TA' KOPERAZZJONI DWAR IN-NAVIGAZZJONI BIS-SATELLITA BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA U R-RENJU TAN-NORVEĠJA IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”, u IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TAL-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, Partijiet kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn 'il quddiem “Stati Membri”, minn naħa waħda, u IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, minn hawn 'il quddiem "in-Norveġja", min-naħa l-oħra, minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”, JIRRIKONOXXU l-parteċipazzjoni mill-qrib tan-Norveġja fil-programmi ta' Galileo u EGNOS sa mill-fażijiet tad-definizzjoni tal-programmi, KONXJI tal-evoluzzjoni fit-tmexxija, is-sjieda u l-iffinanzjar tal-programmi Ewropej tal-GNSS bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, l-emendi tiegħu u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo ), IKKUNSIDRAW il-benfiċċji ta' livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-GNSS Ewropej u s-servizzi tagħhom fit-territorji tal-Partijiet, JIRRIKONOXXU l-intenzjoni tan-Norveġja li tadotta u tinforza f'waqtha fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha miżuri li jipprovdu grad ta' sigurtà u sikurezza ekwivalenti għal dak applikabbli fl-Unjoni Ewropea, JIRRIKONOXXU l-obbligi tal-Partijiet skont il-liġi internazzjonali, JIRRIKONOXXU l-interess tan-Norveġja fis-servizzi kollha ta' Galileo , inklużi l-PRS, JIRRIKONOXXU l-Ftehim bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, JIXTIEQU li jistabbilixxu formalment kollaborazzjoni mill-qrib fl-aspetti kollha tal-Programmi Ewropej tal-GNSS , JIKKUNSIDRAW il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bħala bażi xierqa legali u istituzzjonali sabiex jiżviluppaw kooperazzjoni bejn il-komunità Ewropea u n-Norveġja fin-navigazzjoni bis-satellita, Jixtiequ li jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet taż-ŻEE permezz ta' ftehim bilaterali dwar in-navigazzjoni bis-satellita fi kwistjonijiet b'relevanza speċifika għan-Norveġja, il-Komunità u l-Istati membri tagħha FTIEHMU KIF ĠEJ: ARTIKOLU 1 Għan tal-ftehim L-għan ewlieni tal-ftehim hu li jsaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet billi jikkomplementa id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea applikabbli għan-navigazzjoni bis-satellita. ARTIKOLU 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim: Is-"Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS ) tal-Ewropa " jinkludu s-sistema ta' Galileo u s-Sistema Ewropea li tkopri n-Navigazzjoni Ġeostazzjonarja (EGNOS). “Awment” tfisser mekkaniżmi reġjonali bħas-Sistema Ewropea li tkopri n-Navigazzjoni Ġeostazzjonarja (EGNOS). Dawn il-mekkaniżmi jippermettu lill-utenti tal-GNSS biex jiksbu prestazzjoni aħjar, bħal iżjed preċiżjoni, disponibbiltà, integrità u affidabbiltà. “ GALILEO ” tfisser sistema Ewropea globali tan-navigazzjoni u taż-żamma tal-ħin, ċivili u awtonoma, għall-provvista tas-servizzi tal-GNSS iddisinjati u żviluppati mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha. L-operat ta’ GALILEO jista’ jiġi trasferit għal parti privata. GALILEO jipprevedi servizzi miftuħa, kummerċjali, ta' sikurezza tal-ħajja u ta' tiftix u salvataġġ kif ukoll servizz pubbliku regolat u sikur (PRS) b'aċċess restritt biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-utenti awtorizzati tas-settur pubbliku. “Miżura regolatorja” tfisser kull liġi, Regolament, politika, regola, proċedura, deċiżjoni, jew azzjoni amministrattiva simili minn xi Parti. “Informazzjoni klassifikata” tfisser informazzjoni uffiċjali, fi kwalunkwe forma, li teħtieġ protezzjoni kontra l-iżvelar mhux awtorizzat, li tista' tkun dannuża fi gradi varji għall-interessi essenzjali, inkluża s-sigurtà nazzjonali, tal-Partijiet jew ta' Stat Membru individwali. Il-klassifika tagħha tiġi identifikata b'marka ta' klassifikazzjoni. Informazzjoni bħal din hija kklassifikata mill-Partijiet skont il-liġijiet u r-Regolamenti applikabbli u għandha tiġi protetta minn kwalunkwe nuqqas ta' kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà. ARTIKOLU 3 Prinċipji tal-kooperazzjoni 1. Il-Partijiet jaqblu li japplikaw il-prinċipji li ġejjin lill-attivitajiet ta’ kooperazzjoni koperti minn dan il-ftehim: 2. Il-Ftehim taż-ŻEE għandu jkun il-bażi għal kooperazzjoni fin-navigazzjoni bis-satellita bejn il-Partijiet. 3. Libertà li jiġu fornuti servizzi ta' navigazzjoni bis-satellita fit-territorji tal-Partijiet. 4. Libertà li jsir użu mis-servizzi kollha ta' Galileo u EGNOS, fosthom il-PRS, soġġetta li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom. 5. Kooperazzjoni mill-qrib fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-GNSS permezz tal-adozzjoni u l-infurzar ta' miżuri ekwivalenti ta' sigurtà tal-GNSS fl-UE u fin-Norveġja. 6. Rispett xieraq tal-obbligi internazzjonali tal-Partijiet fir-rigward tal-faċilitajiet ta' fuq l-art tal-GNSS Ewropej 7. Dan il-Ftehim ma jaffettwax l-istruttura istituzzjonali stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea għall-fini tal-operat tal-programm GALILEO . Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-miżuri regolatorji applikabbli li jimplimentaw impenji dwar in-non-proliferazzjoni u l-kontroll tal-esportazzjoni, kontrolli ta’ trasferimenti intanġibbli ta’ teknoloġija u lanqas miżuri nazzjonali ta' sigurtà. ARTIKOLU 4 Spettru tar-radju 8. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw dwar kwistjonijiet tal-Ispettru tar-radju li jikkonċernaw is-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, waqt li jqisu "Memorandum ta' Ftehim dwar il-Ġestjoni tal-każijiet irreġistrati tal-ITU tas-sistema ta' Galileo għas-servizz tar-radju navigazzjoni bis-satellita" iffirmat fil-5 ta' Novembru 2004. 9. F'dan il-kuntest il-Partijiet għandhom jipproteġu l-allokazzjonijiet adegwati ta' frekwenzi għas-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita sabiex jiżguraw id-disponibbiltà tas-servizzi ta' dawn is-sistemi għall-benefiċċju tal-utenti. 10. Barra minn hekk, il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-protezzjoni tal-ispektrum tar-radjunavigazzjoni minn xkiel u interferenza. Għal dan il-għan, għandhom jidentifikaw is-sorsi ta’ interferenza u jfittxu s-soluzzjonijiet reċiprokament aċċettabbli sabiex jilqgħu kontra interferenza bħal din. 11. Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala deroga mid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, inklużi r-Regolamenti tar-Radju tal-ITU. ARTIKOLU 5 Faċilitajiet ta' fuq l-art tal- GNSS Ewropej 12. In-Norveġja għandha tieħu l-miżuri kollha possibbli biex tiffaċilità l-iżvilupp, il-manteniment u s-sostituzzjoni tal-faċilitajiet tal-GNSS Ewropej ("faċilitajiet ta' fuq l-art") fit-territorji li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. 13. In-Norveġja għandha tieħu l-miżuri kollha possibbli sabiex tiżgura l-protezzjoni u l-operat kontinwu u mingħajr disturbi tal-faċilitajiet ta' fuq l-art fit-territorji tagħha, fosthom, fejn xieraq, billi timmobilizza l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. In-Norveġja għandha tuża l-mezzi kollha possibbli biex iżżomm lill-faċilitajiet ħielsa minn attentati ta' interferenza, dħul mhux awtorizzat u smigħ sigriet mir-radju lokali. 14. Ir-relazzjonijiet kontrattwali li għandhom x'jaqsmu mal-faċilitajiet ta' fuq l-art għandu jintlaħaq qbil dwarhom bejn il-KE u d-detentur tad-drittijiet tal-propjetà. Qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni li għandha x'taqsam mal-faċilitajiet ta' fuq l-art, l-awtoritajiet tan-Norveġja għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ l-istat speċjali tal-faċilitajiet ta' fuq l-art u għandhom ifittxu l-ftehim minn qabel mal-KE, fejn possibbli. 15. In-Norveġja għandha tippermetti l-aċċess kontinwu u mingħajr tfixkil għall-faċilitajiet ta' fuq l-art lill-persuni kollha nnominati jew awtorizzati b'mod ieħor mill-Komunità Ewropea. Għal dan il-għan, in-Norveġja għandha tistabbilixxi punt ta' kuntatt fejn għandha tasal l-informazzjoni dwar il-persuni li qed jivjaġġaw lejn il-faċilitajiet ta' fuq l-art jew inkella tiffaċilita fil-prattika l-movimenti u l-operat ta' persuni bħal dawn. 16. L-arkivji u t-tagħmir tal-faċilitajiet ta' fuq l-art u d-dokumenti fi tranżitu, ikunu f'liema forma jkunu, taħt siġill jew marka uffiċjali ma għandhomx jiġu soġġetti għal spezzjonijiet mid-dwana jew mill-pulizija. 17. F'każ ta' theddida jew ta' kompromess kontra s-sigurtà tal-faċilitajiet ta' fuq l-art jew l-operat tagħhom, in-Norveġja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jinformaw lil xulxin mill-aktar fis bil-każ u bil-passi biex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tinnomina entità affidabbli oħra biex taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt man-Norveġja għal informazzjoni bħal din. 18. Il-Partijiet se jistabbilixxu proċeduri aktar iddettaljati li għandhom x'jaqsmu mal-kwistjonijiet fil-paragrafi 1 sa 6 ta' hawn fuq fi ftehim separat. Proċeduri bħal dawn għandhom ikopru inter alia kjarifiki li għandhom x'jaqsmu ma' spezzjonijiet, dmirijiet tal-punti ta' kuntatt, rekwiżiti għall-kurrieri u dwar il-miżuri kontra l-interferenzi tal-frekwenza ta' radju lokali u attentati ostili. ARTIKOLU 6 Sigurtà 19. Il-Partijiet huma konvinti mill-ħtieġa ta’ protezzjoni tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita kontra theddidiet bħal atti ta’ użu ħażin, interferenza, xkiel u atti ostili. Konsegwentament, il-Partijiet għandhom jieħdu l-passi kollha possibbli; inklużi fejn xieraq ftehimiet separati, biex jiżguraw il-kontinwità, is-sikurezza u s-sigurtà tas-servizzi ta' navigazzjoni bis-satellita u tal-assi infrastrutturali u kruċjali relatati fit-territorji tagħhom.Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li tiżviluppa miżuri biex tipproteġi, tikkontrolla u tieħu ħsieb assi, informazzjoni u teknoloġiji sensittivi tal-Programmi Ewropej tal-GNSS kontra theddidiet u proliferazzjoni mhux mixtieqa bħal dawn. 20. F'dan il-kuntest in-Norveġja tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tadotta u tinforza f'waqtha miżuri fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha li jipprovdu grad ta' sigurtà u sikurezza ekwivalenti għal dak applikabbli fl-Unjoni Ewropea.B’rikonoxximent ta' dan , il-Partijiet se jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' sigurtà tal-GNSS inkluża l-akkreditazzjoni fil-kumitati rilevanti tal-istruttura governattiva tal-GNSS Ewropej. L-arranġamenti u l-proċeduri prattiċi għandhom jiġu definiti fir-regoli tal-proċeduri tal-kumitati rilevanti filwaqt li jitqies ukoll il-qafas tal-Ftehim taż-ŻEE. 21. F' każ fejn ma jkunx jista' jinkiseb grad ekwivalenti ta' sigurtà u sikurezza, il-Partijiet għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet bl-iskop li jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni. Fejn xieraq, l-ambitu tal-kooperazzjoni f'dan is-settur jista' jiġi aġġustat kif xieraq. ARTIKOLU 7 Skambji ta' informazzjoni klassifikata 22. L-iskambju u l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE għandhom isiru skont il-"Ftehim bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-Proċeduri ta' Sigurtà għall-Iskambju ta' Informazzjoni Klassifikata" (minn hawn 'il quddiem Ftehim ta' Sigurtà) kif ukoll l-Arranġamenti Implimentattivi tal-Ftehim ta' Sigurtà. 23. In-Norveġja tista' twettaq skambju ta' informazzjoni klassifikata b'marka ta' klassifikazzjoni nazzjonali dwar Galileo ma' dawk l-Istati Membri li magħhom ikkonkludiet ftehimiet bilaterali għal dak il-għan. 24. Il-Partijiet għandhom ifittxu li jistabbilixxu qafas legali kumplessiv u koerenti li jippermetti skambji, bejn il-Partijiet kollha għal dan il-Ftehim, ta' informazzjoni klassifikata li għandha x'taqsam mal-programm ta' Galileo . ARTIKOLU 8 Kontroll fuq l-esportazzjoni 25. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' politika uniformi ta' kontrolli fuq l-esportazzjonijiet u n-nonproliferazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' Galileo bejn il-Partijiet, in-Norveġja tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tadotta u tinforza f'waqtha fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha miżuri li jipprovdu grad ekwivalenti ta' kontroll ta' esportazzjoni u nonproliferazzjoni ta' teknoloġiji dejta u oġġetti ta' Galileo bħal dawk applikabbli fil-Komunità u l-Istati Membri tagħha. 26. F' każ fejn ma jkunx jista' jinkiseb grad ekwivalenti ta' kontroll tal-esportazzjoni u nonproliferazzjoni, il-Partijiet għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet bl-iskop li jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni. Fejn xieraq, l-ambitu tal-kooperazzjoni f'dan is-settur jista' jiġi aġġustat kif xieraq. ARTIKOLU 9 Servizz Pubbliku Regolat In-Norveġja wriet l-interess tagħha fis-Servizz Pubbliku Regolat ta' Galileo u tikkonsidrah bħala element importanti tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Programmi Ewropej tal-GNSS . Il-Partijiet jaqblu li jindirizzaw din il-kwistjoni ladarba l-politiki u l-arranġamenti li jikkontrollaw l-aċċess għall-PRS jkunu ġew identifikati. ARTIKOLU 10 Kooperazzjoni Internazzjonali 27. Il-Partijiet jagħrfu l-valur li jikkoordinaw l-approċċi fl-istandardizzazzjoni internazzjonali u f’fora taċ-ċertifikazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta’ navigazzjoni globali bis-satellita Partikularment, il-Partijiet għandhom jappoġġaw konġuntament l-iżvilupp tal-istandards ta' GALILEO u jmexxu 'l quddiem l-applikazzjoni tagħhom mad-dinja kollha, billi jisħqu fuq l-interoperabbiltà ma’ GNSS oħra. 28. Konsegwentamet, sabiex l-għanijiet ta' dan il-Ftehim jitmexxew 'il quddiem u jkunu implimentati, il-Partijiet għandhom, kif inhu xieraq, jikkooperaw dwar il-kwistjonijiet kollha tal-GNSS li jinqalgħu speċjalment fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni. ARTIKOLU 11 Konsultazzjoni u soluzzjoni ta' tilwim Il-Partijiet għandhom minnufih jikkonsultaw, fuq talba ta’ waħda minnhom, dwar kull kwistjoni li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Kull tilwima li għandha x'taqsam mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi solvuta permezz ta' konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet. ARTIKOLU 12 Dħul fis-seħħ u tmiem 29. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih il-Partijiet jkunu nnotifikaw li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop ikunu tlestew. In-notifiki għandhom jintbagħtu lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim. 30. L-iskadenza jew it-tmiem ta' dan il-ftehim ma jaffettwax il-validità jew it-tul ta' żmien ta' kwalunkwe arranġament li sar skont dan jew ta' kwalunkwe dritt u obbligu speċifiku li jkun akkumula fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. 31. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. Kull emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara l-aħħar nota diplomatika li tinforma lill-Parti l-oħra li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji għad-dħul fis-seħħ tagħha. 32. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. 33. Kwalunkwe Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim, billi tagħti avviż ta' sitt xhur bil-miktub lill-Parti oħra. Dan il-Ftehim huwa miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Norveġiża, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku. [1] ĠU C [...], [...], p. [...].