|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2247 |
11.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2247
tal-10 ta’ Novembru 2025
dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Candidatus Liberibacter africanus, Candidatus Liberibacter americanus u Candidatus Liberibacter asiaticus
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi, fil-Parti A tal-Anness II, il-lista ta’ pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni mhux magħrufa li jeżistu fit-territorju tal-Unjoni, u fil-Parti B ta’ dak l-Anness, il-lista’ ta’ pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni magħrufa li jeżistu fit-territorju. |
|
(2) |
Candidatus Liberibacter africanus, Candidatus Liberibacter americanus u Candidatus Liberibacter asiaticus (“il-pesti speċifikati”) huma elenkati fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Dawn il-pesti għandhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ispeċijiet tal-pjanti taċ-ċitru fil-pajjiżi fejn ikunu preżenti. |
|
(3) |
Il-pesti speċifikati jistgħu jinxterdu permezz ta’ Diaphorina citri Kuwayama u Trioza erytreae Del Guercio (“il-vetturi speċifikati”), li t-tnejn li huma huma elenkati rispettivament fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
|
(4) |
Il-pesti speċifikati huma elenkati wkoll bħala pesti ta’ prijorità fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (3), peress li huma t-tliet speċijiet ta’ Candidatus Liberibacter li huma l-aġenti kawżali tal-marda ta’ Huanglongbing/tat-tħaddir taċ-ċitru. |
|
(5) |
Sabiex jiġu żgurati d-detezzjoni u l-qerda bikrija tal-pesti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali b’għadd għoli biżżejjed ta’ eżamijiet viżwali, kampjunar u ttestjar, bl-użu ta’ metodi f’konformità mal-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika. |
|
(6) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031, kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornat pjan ta’ kontinġenza għal kull pest ta’ prijorità. Abbażi tal-esperjenza minn tifqigħat preċedenti, jeħtieġ li jiġu adottati regoli speċifiċi li jimplimentaw l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031 sabiex jiġi żgurat pjan ta’ kontinġenza komprensiv f’każ ta’ kwalunkwe sejba tal-pesti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(7) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tal-pesti speċifikati u sabiex jinqerdu jiġi pprevenut it-tixrid tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu żoni demarkati, li jikkonsistu minn żona infettata u żona ta’ lqugħ, u japplikaw miżuri ta’ qerda fihom. Id-daqs ta’ dawk iż-żoni demarkati jenħtieġ li jiġi ddeterminat abbażi tal-kapaċità tat-tixrid tal-vetturi speċifikati, meta l-preżenza tagħhom tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. |
|
(8) |
Madankollu, f’każijiet ta’ sejbiet iżolati tal-pesti speċifikati, jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ l-istabbiliment ta’ żona demarkata, minħabba li f’każ bħal dan ir-riskju fitosanitarju jista’ jitnaqqas malajr għal livell aċċettabbli billi jiġu applikati miżuri speċifiċi. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jiġi speċifikat li dik id-deroga tista’ tiġi applikata meta jkun hemm evidenza li l-pesti speċifikati identifikati ma jkunux inxterdu aktar u l-vetturi speċifikati ma jkunux magħrufa li huma preżenti f’żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 3 km madwar is-sejba iżolata, jew jekk ikun hemm sejba f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-vetturi speċifikati f’żoni fejn il-vetturi speċifikati ma jistgħux jiġu stabbiliti fuq barra. |
|
(9) |
Barra minn hekk, ċerti pjanti speċifikati jitkabbru f’siti tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-vetturi speċifikati. Meta sseħħ tifqigħa tal-pesti speċifikati barra minn tali siti ta’ produzzjoni, ikun hemm probabbiltà baxxa li t-tifqigħa taffettwa l-pjanti speċifikati mkabbra f’dak is-sit. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiġu eżentati mill-obbligu li japplikaw miżuri ta’ qerda li jikkonċernaw dawk il-pjanti speċifikati, anki jekk ikunu jinsabu fiż-żona demarkata. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri ta’ qerda u sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-pesti speċifikati fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-istħarriġiet fiż-żoni demarkati jitwettqu kull sena fl-aktar żmien xieraq tas-sena u b’intensità suffiċjenti. |
|
(11) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar it-twettiq ta’ stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju barra miż-żoni demarkati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2029, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom biżżejjed żmien biex jippjanaw, iħejju d-disinn, jiġbru d-data statistika meħtieġa, u jallokaw biżżejjed riżorsi għat-twettiq ta’ dawk l-istħarriġiet. |
|
(12) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar id-disinn u l-iskema tal-kampjunar ta’ stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju fiż-żoni demarkati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2028, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom biżżejjed żmien biex jippjanaw u jħejju dak id-disinn u jallokaw biżżejjed riżorsi għat-twettiq ta’ tali stħarriġiet. Dak il-perjodu tranżitorju jenħtieġ li jkun iqsar minn dak għall-istħarriġiet barra miż-żoni demarkati, minħabba li l-preżenza tal-pesti fiż-żona demarkata tippermetti ġbir aktar rapidu tad-data statistika meħtieġa. |
|
(13) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-moviment tal-pjanti speċifikati u l-frott ta’ dawk il-pjanti speċifikati barra miż-żoni demarkati, kif ukoll miż-żoni infettati lejn iż-żoni ta’ lqugħ fil-każ ta’ tifqigħa fit-territorju tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jindirizzaw minnufih ir-riskju ta’ tixrid tal-pesti speċifikati. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Candidatus Liberibacter africanus, Candidatus Liberibacter americanus u Candidatus Liberibacter asiaticus, u miżuri għall-qerda tagħhom meta jinstabu preżenti f’dak it-territorju.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pesti speċifikati” tfisser Candidatus Liberibacter africanus, Candidatus Liberibacter americanus jew Candidatus Liberibacter asiaticus; |
|
(2) |
“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti ta’ Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., Aegle Corrêa, Aeglopsis Swingle, Afraegle Engl., Atalantia Corrêa, Balsamocitrus Stapf, Burkillanthus Swingle, Calodendrum Thunb., Choisya Kunth, Clausena Burm. f., Limonia L., Microcitrus Swingle, Murraya J. Koenig ex L., Pamburus Swingle, Severinia Ten., Swinglea Merr., Triphasia Lour., jew Vepris Comm., jew l-ibridi tagħhom, għajr il-frott mingħajr il-pedunkuli u l-weraq; |
|
(3) |
“vetturi speċifikati” tfisser Diaphorina citri Kuwayama jew Trioza erytreae Del Guercio; |
|
(4) |
“il-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti” tfisser il-pubblikazzjoni bl-isem “Pest survey card on Huanglongbing and its vectors” (4) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”); |
|
(5) |
“Linji gwida ġenerali għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju” tfisser il-pubblikazzjoni bl-isem “General guidelines for statistically sound and risk-based surveys of plant pests” (5) tal-Awtorità. |
Artikolu 3
Stħarriġiet fit-territorju tal-Unjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju fuq il-pjanti speċifikati għall-preżenza tal-pesti speċifikati u l-vetturi speċifikati, fiż-żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pesti speċifikati u l-vetturi speċifikati jistgħu jistabbilixxu ruħhom, filwaqt li titqies l-informazzjoni msemmija fil-karta tal-istħarriġ dwar il-pesti.
2. Id-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar tal-istħarriġ għandhom ikunu konformi mal-Linji Gwida Ġenerali għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju, sabiex jiġi identifikat b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja, livell baxx ta’ preżenza tal-pesti speċifikati f’dawk iż-żoni li ġew soġġetti għall-istħarriġ.
3. L-istħarriġiet għandhom jitwettqu:
|
(a) |
abbażi tal-livell tar-riskju fitosanitarju; |
|
(b) |
fiż-żoni ta’ riskju, inklużi mill-inqas il-mixtliet, iċ-ċentri ta’ ġardinaġġ u s-siti pubbliċi, is-siti tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-vetturi speċifikati jew mingħajru, u żoni oħra fejn x’aktarx isseħħ il-preżenza tal-pesti speċifikati; |
|
(c) |
fi żminijiet xierqa tas-sena, fir-rigward tal-possibbiltà li jiġu identifikati l-pesti speċifikati u l-vetturi speċifikati, filwaqt li titqies il-bijoloġija tal-pesti speċifikati, il-preżenza u l-bijoloġija tal-vetturi speċifikati u l-preżenza tal-pjanti speċifikati. |
4. L-istħarriġiet għandhom, kif xieraq, jikkonsistu minn:
|
(a) |
eżamijiet viżwali tal-pjanti speċifikati għad-detezzjoni tal-pesti speċifikati, jew tas-sintomi tal-pesti speċifikati, jew tas-sinjali tal-vetturi speċifikati; |
|
(b) |
it-tqegħid ta’ nases sofor li jwaħħlu u l-użu ta’ metodi ta’ tħabbit taz-zkuk, jew xbieki tat-tiknis għad-detezzjoni tal-vetturi speċifikati; |
|
(c) |
il-kampjuni u l-ittestjar molekulari tal-pjanti speċifikati, f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti; |
|
(d) |
jekk preżenti, il-kampjunar tal-vetturi speċifikati u l-ittestjar molekulari għall-preżenza tal-pesti speċifikati f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti. |
Artikolu 4
Pjanijiet ta’ kontinġenza
1. Minbarra l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, fil-pjan ta’ kontinġenza tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien ta’ proprjetajiet privati fejn għandhom jiġu applikati l-miżuri rispettivi fil-każ tad-detezzjoni tal-pesti speċifikati u, fejn rilevanti, anki tal-vetturi speċifikati, filwaqt li jinnotifikaw l-ordni tal-qerda tal-pjanti u l-aċċess tal-proprjetajiet privati.
2. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, kif xieraq, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Artikolu 5
Stabbiliment taż-żoni demarkati
1. Fejn il-preżenza tal-pesti speċifikati tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fuq il-pjanti speċifikati, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jistabbilixxi żona demarkata għall-fini tal-qerda tal-pesti speċifikati.
2. Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn:
|
(a) |
żona infettata, b’raġġ ta’ mill-inqas 50 m madwar il-pjanti speċifikati li jkunu nstabu infettati mill-pesti speċifikati; u |
|
(b) |
żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas 3 km lil hinn mill-konfini taż-żona infettata. |
Meta ż-żona ta’ riskju tkun ċentru ta’ ġardinaġġ jew mixtla, id-delimitazzjoni taż-żona demarkata fir-rigward taż-żona demarkata għandha tinkludi ċ-ċentru ta’ ġardinaġġ kollu jew il-mixtla kollha. Dan għandu japplika flimkien mar-raġġ ta’ mill-inqas 50 m madwar il-pjanti speċifikati li jkunu nstabu infettati mill-pesti speċifikati kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
Artikolu 6
Derogi mill-obbligu li jiġu stabbiliti żoni demarkati
1. B’deroga mill-Artikolu 5(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li ma jistabbilux żona demarkata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm evidenza li l-preżenza tal-pesti speċifikati tkun sejba iżolata, mhux mistennija li twassal għall-istabbiliment; |
|
(b) |
ikun hemm evidenza li l-pesti speċifikati ma jkunux inxterdu aktar; u |
|
(c) |
il-vetturi speċifikati jkunu magħrufa li mhumiex preżenti f’żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 3 km madwar is-sejba jew is-sejba tkun seħħet f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku u jkun hemm evidenza li l-vetturi speċifikati ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom fuq barra. |
2. Meta l-awtorità kompetenti tapplika d-deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:
|
(a) |
tneħħi u teqred minnufih il-pjanti infettati, il-pjanti speċifikati sintomatiċi, u l-pjanti speċifikati maġenbhom; |
|
(b) |
tintensifika minnufih l-eżami viżwali għall-preżenza ta’ sintomi tal-pesti speċifikati, u l-ittestjar molekulari fuq il-pjanti speċifikati, f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti; |
|
(c) |
tieħu miżuri f’żona ta’ mill-inqas 500 m madwar il-pjanta infettata biex tiżgura l-qerda fil-pront tal-pesti speċifikati u biex teskludi kull possibbiltà tat-tixrid tagħhom; |
|
(d) |
matul mill-inqas 3 snin, tistħarreġ b’mod regolari u intensiv wisa’ ta’ mill-inqas 500 m madwar is-sit fejn ikunu nstabu l-pesti speċifikati, sakemm, wara t-tneħħija tal-pjanti infettati, tal-pjanti speċifikati sintomatiċi, u tal-pjanti speċifikati maġenbhom imsemmija msemmija fil-punt (a), ma tkun preżenti l-ebda pjanta speċifikata oħra fiż-żona ta’ mill-inqas 500 m madwar is-sit fejn ikunu nstabu l-pesti speċifikati; |
|
(e) |
kemm jista’ jkun tittraċċa lura l-oriġini tal-infezzjoni u l-mogħdija assoċjata mal-infezzjoni; |
|
(f) |
trawwem sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pesti speċifikati; u |
|
(g) |
tieħu kwalunkwe miżura oħra li tista’ tgħin fil-qerda tal-pesti speċifikati. |
3. Id-delimitazzjoni taż-żona demarkata għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji xjentifiċi, il-bijoloġija tal-pesti speċifikati, il-preżenza tal-vetturi speċifikati, il-livell ta’ infezzjoni, id-distribuzzjoni tal-pjanti speċifikati fiż-żona kkonċernata, u l-evidenza tal-istabbiliment tal-pesti speċifikati u t-tip ta’ żona ta’ riskju.
4. Meta l-preżenza tal-pesti speċifikati tiġi kkonfermata fiż-żona ta’ lqugħ, għandhom jittieħdu miżuri ta’ qerda f’konformità mal-Artikolu 9 u d-delimitazzjoni taż-żona infettata u taż-żona ta’ lqugħ għandha tiġi rieżaminata u mmodifikata kif xieraq.
5. Meta l-preżenza tal-pesti speċifikati tiġi kkonfermata fil-vetturi speċifikati iżda mhux fil-pjanti speċifikati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet intensifikati għall-preżenza tal-pesti speċifikati fuq il-pjanti speċifikati fiż-żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.
6. Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom irawmu sensibilizzazzjoni pubblika rigward it-theddida tal-pesti speċifikati u rigward il-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tagħhom barra minn dawk iż-żoni. Għandhom jiżguraw ukoll li l-operaturi professjonali u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji tad-delimitazzjoni taż-żoni demarkati.
Artikolu 7
Stħarriġiet fiż-żoni demarkati
1. Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali intensivi, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fil-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti.
2. Id-disinn tal-istħarriġ għandu jqis il-Linji Gwida Ġenerali għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju. Id-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar li jintużaw għall-istħarriġiet tad-detezzjoni għandhom ikunu kapaċi li jidentifikaw livell ta’ preżenza tal-pesti speċifikati ta’ 1 %, b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 95 %.
3. Dawk l-istħarriġiet għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 3(3) u (4) għad-detezzjoni tal-preżenza tal-pesti speċifikati fuq il-pjanti speċifikati, u, fejn xieraq, fuq il-vetturi speċifikati.
Artikolu 8
Tneħħija tad-demarkazzjoni
Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa meta, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 7, il-pesti speċifikati ma jkunux ġew identifikati fiż-żona demarkata għal mill-inqas 3 snin konsekuttivi.
Artikolu 9
Miżuri ta’ qerda
1. Fiż-żona infettata msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
japplikaw trattamenti fitosanitarji effettivi, biex jeqirdu l-vetturi speċifikati qabel it-tneħħija tal-pjanti speċifikati; |
|
(b) |
mingħajr dewmien, ineħħu u jeqirdu l-pjanti infettati kollha, u l-pjanti speċifikati maġenbhom, kif ukoll pjanti speċifikati sintomatiċi oħra; |
|
(c) |
jieħdu kampjuni mill-pjanti speċifikati li ma jkunux tneħħew u jittestjawhom skont il-punt (b) billi japplikaw skema ta’ kampjunar li kapaċi tidentifika livell ta’ preżenza tal-pjanti infettati ta’ 1 %, b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 99 %; |
|
(d) |
mingħajr dewmien, ineħħu u jeqirdu l-pjanti speċifikati kollha fiż-żona infettata, jekk l-ittestjar skont il-punt (c) jirriżulta f’sejba addizzjonali f’dik iż-żona infettata. |
2. Meta l-pjanti speċifikati jitkabbru f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-vetturi speċifikati, il-miżuri deskritti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss meta l-pesti speċifikati jkunu nstabu f’dak is-sit tal-produzzjoni.
3. Fiż-żona ta’ lqugħ imsemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l-applikazzjoni ta’ trattamenti fitosanitarji effettivi kontra l-vettur speċifikat, jew miżuri effettivi oħra, bħall-kontroll bijoloġiku.
Artikolu 10
Miżuri li jipprevjenu t-tixrid tal-pesti speċifikati f’każ ta’ tifqigħa tal-pesti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kemm jista’ jkun, jittraċċaw lura l-oriġini u l-mogħdija assoċjata mat-tifqigħa, inkluża l-oriġini tal-pjanti speċifikati li jkunu tneħħew qabel ma tkun ġiet stabbilita żona demarkata.
2. Il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru f’sit tal-produzzjoni li jinsab f’żona demarkata ma għandhomx jinħarġu minn dik iż-żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi lejn iż-żoni ta’ lqugħ, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru tul ħajjithom f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-vetturi speċifikati, irreġistrat mill-awtoritajiet kompetenti, u spezzjonat bi frekwenza xierqa minn dawk l-awtoritajiet; |
|
(b) |
il-pjanti speċifikati jiġu ttrasportati miż-żona demarkata jew fiha b’mod li jipprevjeni t-tixrid tal-pesti speċifikati, bħal f’kontenituri magħluqa, filwaqt li jiġi żgurat li ma tkunx tista’ sseħħ infezzjoni bil-pesti speċifikati jew mill-vetturi speċifikati; |
|
(c) |
kemm jista’ jkun qrib id-data taċ-ċaqliq, il-lott tal-pjanti speċifikati jkun ġie soġġett għall-ittestjar molekulari għall-preżenza tal-pesti speċifikati, bl-użu ta’ skema ta’ kampjunar li tkun kapaċi tidentifika livell ta’ preżenza tal-pjanti speċifikati ta’ 1 %, b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 95 %. |
3. Il-pjanti speċifikati, li joriġinaw minn barra żona demarkata, ma għandhomx jinħarġu miż-żoni infettati jew jgħaddu minnhom, sakemm ma jkunux ittieħdu miżuri effettivi għall-prevenzjoni tal-infezzjoni tagħhom mill-pesti speċifikati u tal-infestazzjoni tagħhom mill-vetturi speċifikati.
4. Il-pjanti speċifikati fil-forma ta’ frott li jkunu tkabbru f’sit tal-produzzjoni li jinsab f’żona demarkata, ma għandhomx jinħarġu minn dik iż-żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi lejn iż-żoni ta’ lqugħ, sakemm dak il-frott ma jkunx ħieles minn pedunkuli u weraq.
5. Il-pjanti speċifikati fil-forma ta’ frott li joriġinaw minn barra żona demarkata, ma għandhomx jinħarġu miż-żoni infettati jew jgħaddu minnhom, sakemm dak il-frott ma jkunx ħieles minn pedunkuli u weraq.
Artikolu 11
Rapportar
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġiet fiż-żoni demarkati mwettqa skont l-Artikolu 7 matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 3(2) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2029.
L-Artikolu 7(2) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1702/oj).
(4) EFSA, 2019. Pest survey card on Huanglongbing and its vectors. doi:10.2903/sp.efsa.2019.EN-1574.
(5) EFSA, 2020. General guidelines for statistically sound and risk-based surveys of plant pests. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1919.
ANNESS
Mudelli għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 7
PARTI A
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
|
Numru |
Data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
i |
ii |
iii |
iv |
i |
ii |
iii |
iv |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.
Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.
Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.
Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Qerda jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.
Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
1. |
Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. masġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta; |
|
2. |
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġnien privat; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.); |
|
3. |
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam). |
Għall-kolonna 7: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.
Għall-kolonna 8: Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.
Għall-kolonna 9: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal għall-imballaġġ, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.
Għall-kolonna 10: Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta.
Għall-kolonna 11: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.
Għall-kolonna 12: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.
Għall-kolonni 13 u 14: Indika r-riżultati, jekk applikabbli, u pprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).
|
|
Għall-kolonna 15: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”). |
PARTI B
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
Speċijiet ospitanti |
Żona (ettari jew unità oħra aktar rilevanti) |
Unitajiet ta’ spezzjoni |
Deskrizzjoni |
Unitajiet |
Eżamijiet viżwali |
Qbid |
Ittestjar |
Metodi oħra |
Fattur ta’ riskju |
Livelli ta’ riskju |
Numru ta’ postijiet |
Riskji relattivi |
Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti |
Pożittivi |
Negattivi |
Mhux determinati |
Numru |
Data |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif timla l-mudell
Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:
|
— |
il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni; |
|
— |
il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu; |
|
— |
il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji relattivi korrispondenti u l-proporzjonijiet tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.
Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.
Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Qerda jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Iż-żona infettata (ŻI) jew iż-żona ta’ lqugħ (ŻL), f’ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.
Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
1. |
Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. masġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta; |
|
2. |
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.); |
|
3. |
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam). |
Għall-kolonna 7: Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.
Għall-kolonna 8: Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa definit tipikament għaż-żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer, eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla magħmula fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.
Għall-kolonna 9: Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħhom. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS, Nomenclature of territorial units for statistics), żoni urbani, foresti, ġonna jew irziezet tal-ward, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi trid tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.
Għall-kolonna 10: Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx disponibbli.
Għall-kolonna 11: Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 12: “Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjoni viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).
Għall-kolonna 13: Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’ringieli differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.
Għall-kolonna B: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.
Għall-kolonna 18: Indika n-numru ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti min-numru ta’ nases (il-kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).
Għall-kolonna 21: Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).
Għall-kolonna 22: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).
Għall-kolonna 23: Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM, International Standard for Phytosanitary Measures) Nru 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn.
Għall-kolonna 24: Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza reali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2247/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)