<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0800770901.case.xml"><NO.CASE>C-371/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0371</NO.CELEX><NO.SEQ>0008.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>7711</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7722</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TA' L-<DATE ISO="20070920">20.9.2007</DATE> — KAWŻA C-371/06</LEFT><RIGHT>BENETTON GROUP</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20070920">20 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża 0371/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (I-Olanda), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20060908">8 ta' Settembru 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Benetton Group SpA</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>G-Star International BV,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn P. Kūris, President ta' l-Awla, K. Schiemann u L. Bay Larsen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,</P><P>Registratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-7712"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Benetton Group SpA, minn N. W. Mulder, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għal G-Star International BV, minn G. van der Wal, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn W. Wils, bħala aģent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li tinqata l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrgwarda l-interpretazzjoni tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(l)(e) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19881221">21 ta' Diċembru 1988</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="040" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="1">ĠU 1989, L 40, p. 1</REF.DOC.OJ>, aktar 'il quddiem, id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7713"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn Benetton Group Spa (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Benetton<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u G-Star International BV (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>G-Star<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) dwar il-kummerċjalizzazzjoni minn Benetton ta' lbies illi, minħabba l-għamla tiegħu, joħloq preġudizzju għal żewġ trade marks ta' għamliet irregistrati minn G-Star.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Komunitarju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-direttiva, intitlolat <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Sinjali li trade mark jistgħu jikkonsistu minnhom<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Trade mark tista' tikkonsisti minn xi sinjal li jista' jiġi magħmul grafikament, b'mod partikolari bi kliem li jinkludu ismijiet personali, disinn, ittri, numri, l-għamla talmerkanzija jew l-imballaġġ tagħhom, basta li tali sinjali jistgħu jiddistingwu lmerkanzija jew is-servizzi ta' impriża waħda minn dawk ta' impriżi oħra.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-direttiva, intitolai <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Raġunijiet għar-rifjut jew invalidità<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Is-segwenti m'għandhomx jiġu registrati jew jekk registrati għandhom ikunu suġġetti li jiġu dikjarati invalidi:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>sinjali li ma jistgħux jikkostitwixxu trade mark;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7714"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>trade marks li ma għandhom l-ebda karatteristika distintiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>trade marks li jikkonsistu esklussivament f sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ biex jiddisinjaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, origini ġeografika, jew iż-żmien ta' produzzjoni ta' l-merkanzija jew li jagħtu sservizz, jew karatteristiċi oħra ta' l-merkanzija jew tasservizz;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>[...] trade marks li jikkonsistu esklussivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li saru konswetudinarji fil-lingwa korrenti jew fil-bona fide prattiċi stabbiliti tal-kummerċ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>sinjali li jikkonsistu esklussivament minn:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-għamla li tirriżulta min-natura tal-merkanzija nnifishom, jew,</P></ITEM><ITEM><P>l-għamla ta' l-merkanzija li hi neċessarja biex jiġi ottenut riżultat tekniku, jew;</P></ITEM><ITEM><P>l-għamla li tagħti valur sostanzjali lill-merkanzija;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Trade mark ma għandhiex tkun rifiutata reġistrazzjoni jew tkun dikjarata invalida skond l-paragraŕu 1 (b) (ċ) jew (d) jekk, qabel id-data ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u wara l-użu magħmul minnha, hi akkwistat [...] karattru distintiv.<?PAGE NO="I-7715"?> Kwalunkwe Stat Membru jista' barra minn dan jistabbilixxi li din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll fejn il-karatteristika distintiva kienet akkwistata wara d-data ta' l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni jew wara d-data tar-reġistrazzjoni.</TXT></NP><P>[...]<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-liġi unformi tal-Benelux fuq it-trade marks tad-<DATE ISO="19620319">19 ta' Marzu 1962</DATE> (Trb. 1962, 58), fl-ifformular tiegħu applikabbli għad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Jitqiesu li huma trade marks individwali ismijiet, disinni, timbri, sigilli, ittri, numri, għamliet ta' prodotti jew oġġetti ta' ppakkjar jew kull sinjal ieħor li jservi sabiex jiddistingwi l-prodotti ta' impriża.</P><P>Madankollu, ma jistax ikunu kkunsidrati bħala trade marks l-għamliet imposti minnatura stess tal-prodott, jew li jeffettwaw il-valur sostanzjali tal-prodott jew li jipproduċu riżultati industrijali.<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>G-Star tiddisinja, tipproduċi u tikkummerċjalizza lbies bi trade mark li għandha listess l-isem, b'mod partikolari jeans.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7716"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Hija proprjetarja ta' żewġ trade marks ta' għamla għal prodotti fil-klassi 25, kif définit mill-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjoni ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta' Ġunju 1957</DATE>, kif irrivedut u emendat, jiġifieri għal ilbies. Dawn iż-żewġ trade marks ġew irregistrati fis-<DATE ISO="19970807">7 ta' Awwissu 1997</DATE> u fl-<DATE ISO="19991124">24 ta' Novembru 1999</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Intalbet il-protezzjoni għal kull waħda minnhom, rispettivament, skond l-elementi distintivi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Ponti meħjutin f'linji djagonali li tibda min-naha ta' fuq sal-ġenbejn sal-parti ta wara ta' bejn il-qliezi, irqajja fl-irkoppa tal-qalziet, il-parti ta' fuq tan-naħa ta' wara tal-qalziet, ponti orrizzontali fuq in-naħa ta' wara tal-qalziet min-naħa ta fuq sal-parti ta' l-irkoppa, strixxa ta' kulur kontrastanti jew tessut ieħor fuq innaħa ta' wara tal-parti ťisfel tal-qalziet, kollox ikkombinat flimkien;</P></ITEM><ITEM><P>biċċiet tal-ħjata, ponti tal-ħjata u talji ta' roqgħa fl-irkoppa tal-qalziet, roqgħa ta' l-irkoppa ftit goffa.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Benetton topera impriżi kummerċjali tat-tessuti. Fl-Olanda, hija tbiegħ il-prodotti tagħha permezz ta' konċessjonarji fil-franchising.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20000525">25 ta' Mejju 2000</DATE>, G-Star ħarrket lil Benetton quddiem ir-Rechtbank te Amsterdam sabiex topponi għal kuli produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u/jew distribuzzjoni fl-Olanda ta' qliezet tat-trade mark Benetton. Sabiex issostni t-talba tagħha, hija sostniet illi din l-aħħar impriża kienet ippreġudikat id-drittijiet tagħha ta' trade mark marbuta mal-qalziet tagħha tal-mudell Elwood meta pproduċiet u qegħdet fis-suq, fis-sajf ta' l-1999, qalziet li kellu, b'mod partikolari, roqgħa ta' l-irkoppa ovali u żewġ ponti meħjutin f'linja djagonali li tibda min-naha ta' fuq tal-ġenbejn sal-parti ta' bejn il-qliezi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7717"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Benetton ikkontestat din it-talba u permezz ta' kontrotalba talbet l-annullament tat-trade marks irregistrati abbażi ta' l-Artikolu 1(2) tal-liġi uniformi Benelux fuq it-trade marks, peress illi l-għamliet in kwistjoni jiddeterminaw f'miżura wiesgħa lvalur kummerċjali tal-prodotti mis-sbuħija tagħhom jew l-oriġinalità tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti ta' l-ewwel istanza ċaħdet it-talbiet ta' G-Star ibbażati fuq ksur tad-drittijiet tagħha ta' trade mark kif ukoll il-kontrotalba ta' Benetton.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Iż-żewġ partijiet appellaw quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam, li laqgħet l-appell ta' G-Star u ċaħdet it-talba ta' annullament ta' Benetton.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Gerechtshof iddeċidiet illi r-Rechtbank kienet qieset ġustament, b'mod partikolari, illi l-qalziet Elwood kellu suċċess kummerċjali kbir, illi G-Star kienet għamlet kampanji ta' reklámár qawwija sabiex tagħti lil dan il-qalziet b'karatteristiċi speċifiċi l-fama ta' prodott G-Star, u li, bħala konsegwenza, il-fama tal-qalziet Elwood huwa spjegat fil-biċċa l-kbira mhux mill-attrattivita estetika ta' l-għamla, iżda mill-kapaċita attrattiva tal-fama tat-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Hija tenfasizza illi, permezz tar-reklamar qawwi li sar, G-Star kienet ġibdet bil-qawwi l-attenzjoni fuq il-karatteristiċi distintivi tal-qalziet u tar-roqgħa ta' l-irkoppa.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Benetton appellat fil-kassazzjoni quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden peress li kkontestat din l-analiżi tal-Gerechtshof.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7718"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad irrilevat illi I-idea li fuqha huma bbażati l-kunsiderazzjonijiet ikkontestati tad-deċiżjoni tal-Gerechtshof hija illi l-esklużjoni prevista mit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(l)(e) tad-Direttiva m'għandhiex tkun ta' xkiel għall-validita tar-reġistrazzjoni ta' trade mark jekk, f'mument partikolari qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, l-attrattività ta' l-għamla tirriżulta mill-kapaċità attrattiva tagħha marbuta mal-fama ta' l-għamla bħala trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad tfakkar illi, fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20020618">18 ta' Ġunju 2002</DATE>, Philips (C-299/99, p. I-5475), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet illi, skond l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva, is-sinjali li ma jistgħux jkunu rreġistrati b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(1) (e) ta' din id-direttiva, ma jistgħux jakkwistaw karattru distintiv bl-użu li jsir minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, fil-fehma tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċiditx il-kwistjoni li hemm fil-kawża prinċipali, li hija estranea għall-karattru distintiv tat-trade marks in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(l)(e) [tad-direttiva] għandu jiġi interpretat fis-sens illi r-raġuni ta' esklużjoni li tinsab f'dan l-artikolu tipprekludi b'mod permanenti r-reġistrazzjoni ta' għamla bħala trade mark jekk in-natura tal-prodott hija tali li l-aspett tagħha u l-għamla tagħha jiddeterminaw għal kollox jew fil-biċċa l-kbira l-valur kummerċjali minhabba s-sbuhija tagħhom u l-originalità tagħhom, jew illi din ir-raġuni ta' esklużjoni ma tibqax applikabbli meta, qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, il-kapaċità attrattiva ta' l-għamla in kwistjoni hija prinċipalment ddeterminata, għal dak li jirrigwarda l-pubbliku, mill-fama tagħha bħala sinjal distintiv?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7719"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-riposta għall-ewwel domanda hija f'dan l-aħħar sens, sa fejn għandha tipprevali din il-kapaċità attrattiva sabiex ir-raġuni ta' esklużjoni ma tibqax applikabbli?<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, jekk it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(l)(e) tad-direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens illi l-għamla tal-prodott li tagħti valur sostanzjali lill-istess prodott tistax madankollu tikkostitwixxi trade mark b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) ta' din id-Direttiva, meta, qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, hija akkwistat kapaċità attrattiva minħabba l-fama tagħha bħala sinjal distintiv, wara kampanji ta' reklámár li jippreżentaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni tirrigwarda l-ipoteżi fejn sinjal li, għalkemm ikkostitwit fil-bidu esklużivament minn għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodott, akkwista wara u qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fama permezz ta' kampanji ta' reklámár, jiġifieri minħabba l-użu illi tkun saret minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, għandu jiġi ddeterminat jekk l-użu magħmul, qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ta' sinjal imsemmi fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1)(e) tad-direttiva jistax jippermetti r-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark jew ikun ta' xkiel għall-annullament tagħha meta t-trade mark hija rreġistrata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7720"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, preliminarjament, illi l-Artikolu 3(3) tad-direttiva għandu rabta mal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>karattru distintiv ta' sinjal<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 2 tad-direttiva. Fil-fatt, skond l-ifformular tiegħu, huwa jippermetti r-reġistrazzjoni jew il-validità ta' trade marks li hemm fl-istess Artikolu (l)(b)(c) jew (d), minħabba l-użu li sar minnu, meta, minħabba dan l-użu, it-trade mark <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>akkwistat karattru distintiv<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, barra minn hekk, illi l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva ma jirreferix, sabiex jiġi ddeterminat l-estent ta' l-eċċezzjoni li huwa jipprovdi, għas-sinjali msemmija fl-istess Artikolu (l)(e).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ahhar nett, għandu jiġi mfakkar li, fis-sentenza Philips, iċċitata aktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà iddeċidiet li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jekk ir-reġistrazzjoni ta' għamla tiġi rrifjutata skond l-Artikolu 3(l)(e) tad-direttiva, hija bl-ebda mod ma tista' tiġi rreġistrata skond il-paragrafu 3 ta' l-istess Artikolu (punt 57);</P></ITEM><ITEM><P>sinjal li r-reġistrazzjoni tiegħu ġiet irrifjutata skond l-Artikolu 3(l)(e), ma jista' qatt jakkwista karattru distintiv għall-għanijiet ta' l-Artikolu 3(3) mill-użu li jkun sar minnu (punt 75);</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 3(1) (e) jirrigwarda ċerti sinjali li ma jistgħux min-natura tagħhom jikkostitwixxu trade marks u huwa ostaklu preliminari li jista' jfixkel ir-reġistrazzjoni ta' sinjal kkonstitwit biss mill-għamla ta' prodott, b'tali mod li jekk wiehed biss mill-kriterji msemmija f'din id-dispożizzjoni huwa sodisfatt, issinjal ikkostitwit biss mill-għamla tal-prodott ma jistax jiġi rreġistrat bħala trade mark (punt 76).</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-7721"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fipoteżi bħal dik deskritta mill-qorti tar-rinviju, l-użu magħmul minn sinjal msemmi fl-Artikolu 3(1)(e) tad-direttiva permezz ta' kampanji ta' reklámár ma jippermettix li l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva jiġi applikat għal dan issinjal.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li r-risposta li għandha tingħata lill-ewwel domanda hija li ttielet inċiż ta' l-Artikolu 3(l)(e) tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għamla tal-prodott li tagħti valur sostanzjali lill-istess prodott tista' tikkostitwixxi trade mark b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) tadin id-direttiva, meta, qabel lapplikazzjoni għal reġistrazzjoni, hija akkwistat kapaċita attrattiva minhabba I-fama tagħha bħala sinjal distintiv, wara kampanji ta' reklámár li juru l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott in kwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija lill-ewwel domanda, m'hemmx għalfejn tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7722"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(l)(e) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta' Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens illi l-għamla tal-prodott li tagħti valur sostanzjali lill-istess prodott tista' tikkostitwixxi trade mark b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) ta' din id-direttiva, meta, qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, hija akkwistat kapaċita attrattiva minħabba l-fama tagħha bħala sinjal distintiv, wara kampanji ta' reklámár li juru l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott in kwistjoni.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>