02010R0885 — MT — 01.01.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' narasin u nikarbażin bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Eli Lilly and Company Ltd) u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 265 8.10.2010, p. 5) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1957 tal-11 ta' Diċembru 2018 |
L 315 |
23 |
12.12.2018 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2010
tas-7 ta’ Ottubru 2010
li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' narasin u nikarbażin bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Eli Lilly and Company Ltd) u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘koċċidjostatiċi u istomonostatiċi' hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999, l-entrata taħt in-numru ta' reġistrazzjoni tal-addittiv E 772, li jikkonċerna Narażin 80 g/kg — Nikarbażin 80 g/kg (Maxiban G160), titħassar.
Pretaħlita u għalf kompost li fih l-addittiv fl-għalf ittikkettjat skont ir-Regolament (KE) Nru 2430/1999 jista' jkompli ikun ikkkumerċjalizzat u jibqa' fis-suq u użat sa ma tispiċċa l-ħażna.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
Limiti Massimi ta’ Residwu (LMRs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||||||||||
|
Koċċidjostatiċi u istomonostatiċi |
||||||||||
|
5 1 772 |
►M1 Elanco GmbH ◄ |
Narażin 80 g attività /kg Nikarbażin 80 g/kg (Maxiban G160) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Narażin Narażin 80 g attività/kg Nikarbażin 80 g/kg (proporzjon 1:1) Żejt veġetali jew minerali 10-30 g/kg Il-vermikulite 0-20 g/kg Mikrotraċċitur aħmar: ►M1 4-11 g/kg ◄ Corn cob grits or rice hulls qs 1 kg Sustanza attiva 1. Narażin, C43H72O11 Numru CAS: 55134-13-9 Aċdu politeru monokarbossiliku prodott minn Streptomyces aureofaciens (NRRL 8092), f'forma ta' żrar. Attività Narażin A: ≥ 85 % 2. Nikarbażin, C19H18N6O6. Numru CAS: 330-95-0 kumpless ekwimolekulari ta' 1,3-bis (4-nitrofenil) urea u 4,6 dimetilpirimidin-2-ol, f'forma ta' żrar Impuritajiet relatati: p-nitroanilina: ≤ 0,3 % Metodi analitiċi (1) Għad-determinazzjoni tan-narażin: Fażi riversa kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja f'fażi riversa (HPLC) li juża derivatizzazzjoni post-kolonna mal-vanillin u detezzjoni fi 520 nm - ISO 14183:2005. Għad-determinazzjoni tan-nikarbażin: Metodu ta' kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja u detezzjoni ultravjola (HPLC-UV) spettrometrika (LC-MS/MS) |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
40 mg Narażin 40 mg Nikarbażin |
50 mg Narażin 50 mg Nikarbażin |
1. Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: “Perikoluż għall-ispeċi ekwini, dundjani u fniek” “Dan l-oġġett tal-għalf fih jonoforu simultanju ma’ ċerti sustanzi mediċinali (eż tiamulin) huwa kontraindikat” 2. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel. 3. Il-preprarazzjoni tan-narażin u n-nikarbażin m'għandhiex titħallat ma' koċċidjostiċi oħra. 4. Għandu jitħejja rogramm ta' monitoraġġ warra li jitqiegħad fis-suq dwar ir-reżistenza ta' batterji u Eimeria spp. u jitwettaq mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. 5. Mit-28 ta’ Ottubru 2013 il-kontenut tal-p-nitroanilina għandu jkun ≤ 0,1 % 6. Għas-sikurezza: għandha tintuża protezzjoni għar-respirazzjoni matul l-immaniġġjar |
28 ta’ Ottubru 2020 |
50 μg of narażin/kg għall-fwied frisk, il-muskolu, il-kilwa u l-ħilda/xaħam. 15 000 μg ta' dinitrocarbanilide (DNC)/kg ta' fwied frisk; 6 000 μg ta' (DNC)/kg ta' fwied frisk; 4 000 μg tad-DNC/kg għall-muskolu frisk, l-ġilda/xaħam frisk. |
|
(1) 1 Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives |
||||||||||