Brussell, 30.9.2024

COM(2024) 406 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali għall-Baħar tat-Tramuntana u għall-Ilmijiet tal-Punent u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u dwar id-delega tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni minn dawn il-pjanijiet pluriennali u mir-Regolament dwar l-Aċċess għall-Baħar Fond

{SWD(2024) 218 final}


Werrej

1    Sommarju Eżekuttiv    

2    Introduzzjoni    

3    Żviluppi f’oqsma rilevanti    

3.1    L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-2019 u l-2020    

3.1.1    Limitazzjonijiet    

3.2    Stokkijiet ġestiti b’mod konġunt ma’ stati kostali fil-Grigal tal-Atlantiku u, b’mod partikolari mar-Renju Unit u n-Norveġja f’sajd imħallat    

3.3    Realtà tas-sajd imħallat fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Ilmijiet tal-Punent    

3.3.1    Il-Kattegat    

3.3.2    Eżempji tal-Baħar Ċeltiku    

3.4    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-330/22    

4    Approċċ ibbażat fuq l-ekosistema    

5    Obbligu ta’ ħatt l-art    

6    Il-kooperazzjoni reġjonali    

7    L-iżvilupp soċjoekonomiku    

7.1    Il-Baħar tat-Tramuntana    

7.2    L-ilmijiet tal-Majjistral (NWW)    

7.3    L-ilmijiet tal-Lbiċ (SWW)    

8    Delega tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent u mir-Regolament dwar l-Aċċess għall-Baħar Fond    

9    Glossarju    


1Sommarju Eżekuttiv

L-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali (MAPs, multiannual plans) għall-Baħar tat-Tramuntana u għall-Ilmijiet tal-Punent, tar-Regolamenti (UE) 2018/973 u 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 ikkontribwiet għal tnaqqis fil-pressjoni tas-sajd.

L-MAPs huma għodda utli fl-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd (PKS) 2 , b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistabbilixxu regoli għall-ġestjoni tas-sajd adattata reġjonalment. Għall-istokkijiet tal-ħut b’valutazzjoni rikka fid-data (jew rendiment massimu sostenibbli (MSY, maximum sustainable yield)), l-MAPs jippermettu l-użu ta’ limiti massimi meta jiġu stabbiliti l-qabdiet totali permissibbli (TACs, total allowable catches), filwaqt li jipprovdu flessibbiltà għal stokkijiet aktar b’saħħithom. Għall-istokkijiet li tant għandhom ftit ħut fil-baħar li huma taħt il-livelli minimi perikolużi, l-MAPs joħolqu xibka ta’ sikurezza.

Il-Kummissjoni tqis li ċerti deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill għall-istokkijiet li għalihom il-Kunsill kellu jnaqqas it-TACs u jieħu miżuri ta’ rimedju addizzjonali, saru possibbli bis-saħħa tal-qafas implimentat mill-MAPs li jgħaqqad xibka ta’ sikurezza u flessibbiltà. Mingħajr MAP fis-seħħ, seta’ kien ikun diffiċli għall-Kunsill li jaqbel dwar miżuri ta’ rimedju biex jiġu rkuprati l-istokkijiet dgħajfa, u x’aktarx li t-TACs kienu jiġu stabbiliti f’livell ogħla. L-MAPs żguraw li, illum, is-sajd kollu jew jiġi ġestit f’konformità mal-MSY jew li jkun hemm stabbiliti miżuri ta’ rimedju biex jinġiebu lura għall-MSY. Stokkijiet aktar b’saħħithom biss jistgħu jkunu l-bażi għall-profittabbiltà fit-tul tal-industrija tas-sajd u tas-setturi anċillari. L-MAPs ipprovdew ukoll flessibbiltà għal stokkijiet aktar tajbin għas-saħħa billi ppermettew l-użu tal-medda superjuri tal-FMSY b’ċerti kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-MAPs jipprovdu strument stabbli fit-tul għall-implimentazzjoni tal-PKS fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Ilmijiet tal-Punent peress li joffru inqas inċertezza għall-iffissar tat-TACs, jiżguraw l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju għall-istokkijiet taħt pressjoni (inkluż fil-każ ta’ għeluq tas-sajd), jagħmlu l-proċess tal-iffissar tat-TAC aktar trasparenti għall-partijiet ikkonċernati u għall-Istati Membri tal-UE, u jippermettu lill-industrija tas-sajd tippjana aħjar is-sajd tagħha.



2Introduzzjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw il-pjanijiet pluriennali (MAPs) għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u għall-istokkijiet demersali u tal-baħar fond fl-Ilmijiet tal-Punent fl-2018 3 u fl-2019 4 rispettivament. Dan ir-rapport jipprovdi l-ewwel ħarsa ġenerali lejn il-progress li sar għall-istokkijiet u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Dan ir-rapport ikopri wkoll l-obbligu ta’ rapportar dwar id-delega tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni bl-Artikolu 16 tal-MAP tal-Baħar tat-Tramuntana, l-Artikolu 18 tal-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent, u l-Artikolu 17 tar-“Regolament dwar l-Aċċess għall-Baħar Fond” 5 .

L-għan ġenerali tal-MAPs huwa li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd (PKS), tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament Bażiku”) 6 , u, b’mod partikolari, li tittejjeb il-bażi ekonomika tas-sajjieda biex tingħata spinta fl-introjtu tagħhom u tal-kumpaniji tagħhom. L-MAPs jgħinu biex jiġi żgurat li s-sajd ikun jista’ jkompli u l-istokkijiet tal-ħut jibqgħu ogħla mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). L-MAPs jgħinu wkoll biex jiġi eliminat il-qbid skartat billi jnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa u jippermettu approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. L-MAPs ikopru ċ-ċinturin iswed, il-grenadier imnieħru tond, l-ispnott, il-bakkaljaw, il-megrim, il-petriċa kbira, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu, il-merluzz, il-linarda, l-iskampu, il-paġella ħamra, il-barbun tat-tbajja’, il-pollakkju, il-lingwata komuni, il-pollakkju iswed u l-gamblu tat-Tramuntana. Abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, l-MAPs jistabbilixxu l-mortalità mis-sajd fil-mira b’meded superjuri u inferjuri tal-FMSY 7 , li huma konsistenti mal-kisba tal-MSY. L-MAPs jagħtu wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati għal stokkijiet tal-qabdiet aċċessorji, eżenzjonijiet mill-obbligu ta’ ħatt l-art u miżuri tekniċi.

L-MAPs ġew applikati għall-ewwel darba għall-istaġun tas-sajd li jibda fl-1 ta’ Jannar 2019 għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana, u l-istaġun li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 għall-istokkijiet demersali u tal-baħar fond fl-Ilmijiet tal-Punent.

Mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2020, 62 mit-78 qabda totali permissibbli (TACs) ġew stabbiliti f’konformità mal-MSY 8 . Għalhekk, aktar minn 99 % tal-ħatt l-art fil-Baltiku, fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Atlantiku ġestit esklussivament mill-UE ġie minn sajd ġestit b’mod sostenibbli 9 . L-għadd ta’ TACs ġestiti taħt iż-żewġ MAPs u stabbiliti f’konformità mal-MSY u l-parir ta’ prekawzjoni kompla jiżdied bejn l-2019 u l-2024.

3Żviluppi f’oqsma rilevanti

Dan l-ewwel rapport jippreżenta żviluppi fl-implimentazzjoni ta’ oqsma rilevanti tal-MAPs u huwa bbażat fuq:

(1) konsultazzjoni mmirata 10 ;

(2) l-aħħar parir mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar l-istokkijiet rilevanti fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Ilmijiet tal-Punent 11 ;

(3) l-aħħar valutazzjonijiet xjentifiċi mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF, Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries) dwar il-miżuri identifikati mill-Istati Membri biex jimplimentaw l-obbligu ta’ ħatt l-art 12 ;

(4) l-ewwel u t-tieni rapport 13 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi 14 ; kif ukoll

(5) informazzjoni miżmuma mill-Kummissjoni.

Għandu l-għan li jasal għal konklużjonijiet fil-ħames u fir-raba’ sena tal-implimentazzjoni tal-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent.

Ir-rapport jiffoka fuq l-iżviluppi mill-2019 u l-2020 rispettivament f’ħames oqsma ewlenin, li huma:
(i) l-opportunitajiet tas-sajd mill-2019 u l-2020; (ii) l-iżviluppi fl-implimentazzjoni kemm tal-MAPs fil-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit (UK), bejn l-UE u n-Norveġja (NO) kif ukoll bejn l-UE, in-Norveġja u r-Renju Unit (UE-NO-UK); (iii) kunsiderazzjonijiet ta’ sajd imħallat fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Ilmijiet tal-Punent; u (iv) l-iżviluppi/kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi.

L-informazzjoni dwar l-obbligu ta’ ħatt l-art u l-minimizzazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa, l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, u l-kooperazzjoni reġjonali taħt il-politika ta’ reġjonalizzazzjoni jistgħu jinstabu fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (SWD (2024) 218 final).

3.1L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-2019 u l-2020

Din it-taqsima tiddeskrivi l-iżviluppi f’għadd ta’ stokkijiet ta’ ħut u sajd. Il-graffs fl-Illustrazzjoni 1 u 2 juru żviluppi fl-istokkijiet tal-ħut li l-ġestjoni tagħhom hija kondiviża mar-Renju Unit, li qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fl-31 ta’ Jannar 2020 kienu ġestiti biss mill-UE. Il-graffs ikopru wkoll ċerti stokkijiet li l-ġestjoni tagħhom hija kondiviża man-Norveġja. Il-parir mogħti mill-ICES varja matul is-snin. Għal xi stokkijiet li qabel kienu rċevew “parir ta’ prekawzjoni”, il-Kummissjoni rċeviet “parir dwar l-MSY”, filwaqt li għal stokkijiet oħra li qabel kienu rċevew parir dwar l-MSY, l-ICES ipprovda parir ta’ prekawzjoni. Għall-istokkijiet li l-UE ġġestiet weħidha fl-2020, it-tliet opportunitajiet kollha tas-sajd ġew stabbiliti fil-livell tal-MSY fi Skagerrak/Kattegat/il-Baħar tat-Tramuntana, li kien il-każ ukoll fl-2024.

Fl-2020, il-ħames opportunitajiet kollha tas-sajd ġew stabbiliti fil-livell tal-MSY fl-Ilmijiet tal-Punent filwaqt li fl-2024, għaxra mill-ħdax-il opportunità tas-sajd ġew stabbiliti fil-livell tal-MSY. Din iż-żieda saret bis-saħħa tal-isforzi sinifikanti tas-sajjieda u tal-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut mill-Istati Membri.

Il-graff ta’ hawn taħt (l-Illustrazzjoni 1) turi ż-żieda fl-istokkijiet b’parir dwar l-MSY, b’mod partikolari fl-2020–2024 mill-bidu tal-applikazzjoni tal-MAPs.

Illustrazzjoni 1: għadd ta’ stokkijiet fil-mira fil-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent li jirċievu l-parir dwar l-MSY u l-parir ta’ prekawzjoni minn meta beda japplika r-Regolament Bażiku (Sors: data estratta mill-parir tal-ICES).
Il-graff ta’ hawn taħt (l-Illustrazzjoni 2) turi kif – mill-implimentazzjoni tar-Regolament Bażiku u mill-implimentazzjoni taż-żewġ MAPs – l-ICES ħareġ ammont dejjem akbar ta’ pariri dwar l-MSY għall-istokkijiet fil-mira tal-MAPs fl-Ilmijiet tal-Lbiċ, fl-Ilmijiet tal-Majjistral u fil-Baħar tat-Tramuntana. Dan huwa effett pożittiv wieħed tal-MAPs fis-seħħ peress li sar għan komuni biex jittejjeb il-parir xjentifiku, speċjalment għall-istokkijiet fil-mira skont l-MAPs, iżda wkoll għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji. Tali titjib kien possibbli wkoll bis-saħħa tal-impenn mis-sajjieda li jwasslu data aħjar biex tinforma l-proċess xjentifiku.

Jistgħu jiġu identifikati xi fluttwazzjonijiet fl-għadd globali ta’ stokkijiet b’parir dwar l-MSY (eż. l-Ilmijiet tal-Lbiċ) li jistgħu jkunu dovuti għal proċess ta’ parametru referenzjarju li jirrevedi jew jaġġorna l-bażi tal-parir. Madankollu, b’mod ġenerali, mill-graff ta’ hawn taħt nistgħu nikkonkludu li l-parir dwar l-MSY żdied maż-żmien.

Illustrazzjoni 2: perċentwal tal-istokkijiet fil-mira fil-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent (inklużi l-Ilmijiet tal-Lbiċ (SWW), l-Ilmijiet tal-Majjistral (NWW) u l-Baħar tat-Tramuntana (NS)) li jirċievu parir dwar l-MSY maż-żmien (Sors: data estratta mill-parir tal-ICES).

Fl-eżerċizzji tal-iffissar tat-TAC minn mindu l-MAPs daħlu fis-seħħ fl-2019 u fl-2020, ħafna TACs ġew stabbiliti f’konformità mal-MSY. Barra minn hekk, dwar il-parir ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni pproponiet livelli tat-TAC li matul is-snin, u b’mod partikolari mill-2019, saru progressivament eqreb lejn il-livelli rakkomandati mill-ICES.

Minn meta r-Regolament Bażiku daħal fis-seħħ fl-2014, l-għadd ta’ opportunitajiet tas-sajd stabbilit mill-Kunsill żdied. Dan huwa konformi mal-parir xjentifiku għall-istokkijiet fil-mira skont il-MAPs (ara l-Illustrazzjoni 3). Dan l-għadd kompla jikber minn meta bdew japplikaw l-MAPs għall-2019 u l-2020. Qabel l-2019 u l-2020, il-Kummissjoni pproponiet u/jew il-Kunsill iddeċieda li jistabbilixxi t-TACs ogħla mill-livelli proposti fil-parir xjentifiku għal għadd ta’ stokkijiet fil-mira ta’ pariri prekawzjonarji. Madankollu, mill-2020, l-għadd ta’ każijiet bħal dawn naqas u jseħħu biss biex jitqiesu l-fatturi rilevanti speċifiċi għall-istokk. Il-graff ta’ hawn taħt (l-Illustrazzjoni 3) turi dan l-iżvilupp għall-istokkijiet fil-mira kollha taħt l-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent.

Illustrazzjoni 3: għadd ta’ TACs stabbiliti f’konformità mal-parir xjentifiku (il-bar il-blu) meta mqabbel mat-TACs stabbiliti ogħla mill-parir xjentifiku (il-bar l-oranġjo) minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament Bażiku. Jitqiesu biss l-istokkijiet fil-mira taħt l-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent.
Il-Graff ta’ hawn taħt (l-Illustrazzjoni 4) turi kif it-TACs stabbiliti f’konformità mal-parir xjentifiku nbidlu maż-żmien minn meta beda japplika r-Regolament Bażiku fi tliet baċiri tal-baħar, jiġifieri: (i) Il-baħar tat-Tramuntana; (ii) l-ilmijiet tal-Majjistral; u (iii) l-Ilmijiet tal-Lbiċ. Jitqiesu biss l-istokkijiet fil-mira taħt l-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent.

Illustrazzjoni 4: It-TACs stabbiliti f’konformità mal-parir xjentifiku minn meta beda japplika f’dawn ir-reġjuni: (i) il-Baħar tat-Tramuntana (NS); (ii) l-ilmijiet tal-Majjistral (WW); u (iii) l-Ilmijiet tal-Lbiċ (SWW). Jitqiesu biss l-istokkijiet fil-mira taħt l-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent.



Il-Graff ta’ hawn taħt (l-Illustrazzjoni 5) turi li għal ħafna stokkijiet tal-ħut il-pressjoni tas-sajd naqset minn mindu bdew japplikaw il-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent fl-2019 u fl-2020. Għalhekk illum hemm inqas stokkijiet taħt il-limitu tal-bijomassa (Blim) 15 , u l-indikaturi tal-bijomassa huma disponibbli għal aktar stokkijiet. Dan huwa għal darba oħra bis-saħħa tal-impenn tas-sajjieda u tal-Istati Membri biex itejbu kontinwament it-twassil tad-data li tikkontribwixxi għall-proċess tax-xjenza.

Illustrazzjoni 5: status tal-istokkijiet fil-mira taħt l-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent minn meta beda japplika r-Regolament Bażiku. SSB tfisser il-“bijomassa ta’ stokk riproduttiv”.

Eżempji ta’ żviluppi pożittivi

L-MAPs qegħdin ikomplu jikkontribwixxu għal żviluppi pożittivi għal għadd ta’ sajd, ħaġa li bdiet bil-PKS riformata (2013). Dan is-sajd ra żieda fil-livelli tat-TACs u maż-żmien seta’ jiddependi aktar fuq stokkijiet aktar b’saħħithom (l-Illustrazzjoni 5). Eżempji ewlenin jinkludu: (i) l-iskampu fil-Baħar Irlandiż u fil-Baħar Ċeltiku (żieda ta’ aktar minn 12 % bejn l-2020 u l-2024); (ii) il-merlangu fil-Baħar tat-Tramuntana (żieda ta’ 346 % bejn l-2019 u l-2024); (iii) il-merluzz tal-linja sewda fil-Baħar tat-Tramuntana (żieda ta’ 250 % bejn l-2019 u l-2024); (iv) il-barbun tat-tbajja’ fil-Baħar tat-Tramuntana (żieda ta’ kważi 9 % bejn l-2019 u l-2024); (v) u l-merluzz tal-linja sewda fi Skagerrak (żieda ta’ 250 % bejn l-2019 u l-2024).

Dawn ir-riżultati bħal dan ma setax jinkiseb kieku s-sajjieda u ta’ partijiet ikkonċernati oħra ma kkommettewx ruħhom biex jimmaniġġjaw l-istokkijiet tal-ħut, li fl-aħħar mill-aħħar huwa s-sors tal-introjtu tagħhom, b’mod responsabbli. It-titjib sar ukoll bis-saħħa tal-involviment attiv tal-Kunsilli Konsultattivi fil-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni.

Il-kapitoli ta’ hawn taħt dwar il-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak-Kattegat u dwar il-Baħar Iberiku jipprovduu ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi f’dawn il-baċiri tal-baħar.

Il-Baħar tat-Tramuntana u Skagerrak-Kattegat

Mill-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-MAP tal-Baħar tat-Tramuntana, l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fi Skagerrak u Kattegat żdiedu b’250 % bejn l-2019 u l-2024.

Il-Baħar Iberiku u l-użu tal-flessibbiltà tal-medda superjuri tal-MSY

Fis-sajd imħallat tal-ħut abjad tal-merluzz tan-Nofsinhar, tal-petriċa kbira u tal-megrim, l-ICES irrikonoxxa li l-merluzz tan-Nofsinhar huwa l-fattur li jillimita u evalwa li kien fi stat tajjeb 16 (inkluż aktar mill-MSY Btrigger) 17 . Dan kien ifisser li l-kundizzjonijiet legali stabbiliti fl-Artikolu 4(5) tal-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent għall-użu tal-medda superjuri tal-MSY ġew issodisfati. Biex is-sajjieda jingħataw aktar flessibbiltà u jkunu jistgħu jużaw aħjar il-kwoti tagħhom għall-ispeċijiet l-oħra ta’ ħut abjad, il-Kummissjoni pproponiet għall-2020, l-2022, l-2023 u l-2024 li tistabbilixxi t-TAC għall-merluzz tan-Nofsinhar fil-medda superjuri tal-MSY. Il-Kunsill qabel ma’ dawn il-proposti. Madankollu, għall-2021, it-TAC ġiet stabbilita f’konformità mal-parir ta’ prekawzjoni. Imbagħad fl-2022, it-TAC reġgħet lura għall-medda superjuri tal-MSY wara li ġie stabbilit parametru referenzjarju 18 .

L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut abjad Iberiku tal-petriċa kbira, il-megrim u l-iskampu maqbuda flimkien mal-merluzz tan-Nofsinhar f’sajd imħallat tal-ħut abjad żdiedu wkoll b’mod ġenerali mill-2022.

Bħala parti mill-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati li saret għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport, il-Kumitat Nazzjonali Franċiż għas-Sajd Marittimu u l-Akkwakultura (CNPMEM, Comité national des pêches maritimes et des élevages marins) ikkonferma li l-MAPs jippermettu flessibbiltà fl-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd, speċjalment f’sajd imħallat biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kwoti limitanti. Madankollu, il-Kumitat esprima dispjaċir li l-flessibbiltà ma ntużatx matul l-eżerċizzju tat-TAC u tal-iffissar tal-kwoti fil-Kunsill. Il-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Lbiċ (SWWAC, South Western Waters Advisory Council) jiffavorixxi użu usa’ tal-meded superjuri tal-MSY għal raġunijiet ekonomiċi. Xi xjentisti li wieġbu għall-konsultazzjoni jemmnu li l-effett huwa newtrali u li l-FMSY (“il-punt tal-MSY”) għandu jkun l-objettiv għall-istabbiliment tat-TAC, u mhux il-meded tal-MSY.

Is-CNPMEM, il-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral (NWWAC, North Western Waters Advisory Council), il-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral, żewġ membri tal-STECF u l-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali għall-ġbir tad-data sabu li l-implimentazzjoni tal-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent għenet biex jiżdied l-għadd ta’ TACs ġestiti f’konformità mal-MSY.

Il-Kummissjoni ssib li r-regoli tal-MAP pprovdew ċerta flessibbiltà dwar il-ġestjoni tal-istokkijiet li għalihom ġew previsti meded. Eżempju tajjeb huwa l-merluzz tan-Nofsinhar fil-Golf tal-Biskalja u fil-Baħar Iberiku ppreżentati hawn fuq. B’reazzjoni għall-fehma tas-CNPMEM, li tixtieq tara aktar flessibbiltà fin-negozjati tal-Kunsill, il-Kummissjoni indikat li hija diġà tagħmel użu sħiħ mill-flessibbiltà mogħtija mill-MAPs għall-każijiet kollha fil-baċir tal-Baħar Atlantiku fil-proposti tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd. Fi kliem ieħor, it-TACs kollha huma proposti jew fil-punt tal-MSY, jew fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet legali, il-Kummissjoni tipproponi t-TAC fil-livell superjuri tal-MSY.

3.1.1Limitazzjonijiet

Is-Sajd fil-Golf tal-Biskalja

Il-ġestjoni sostenibbli mis-sajjieda, mix-xjenzati u mill-Istati Membri tal-istokkijiet tal-Golf tal-Biskalja tiżgura opportunitajiet tas-sajd stabbli li min-naħa tagħhom jipprovdu bażi ekonomika tajba għall-komunitajiet kostali f’dan ir-reġjun. Madankollu, f’dawn l-aħħar 3 snin, kien hemm tnaqqis qawwi fl-opportunitajiet tas-sajd f’dan il-baċir tal-baħar għal ċerti stokkijiet. L-ewwel tnaqqis seħħ fl-2022 meta t-TAC għal-lingwata fil-Golf tal-Biskalja kellha titnaqqas b’36 % biex titnaqqas il-pressjoni tas-sajd u l-istokk jinżamm konformi mal-MSY. Il-Kunsill qabel mal-proposta tal-Kummissjoni għal dan it-tnaqqis. It-TAC imbagħad żdiedet b’20 % fl-2023.

Fl-2023, l-ICES seta’ jipprovdi parir dwar l-MSY għall-pollakkju fil-Golf tal-Biskalja u fl-Ilmijiet Iberiċi. Il-parir kien li t-tliet TACs jitnaqqsu bi 53 %, li kellhom jiġu implimentati kompletament (għalkemm kien jirrappreżenta biss tnaqqis ta’ 4 % meta mqabbel mal-parir preċedenti tal-ICES). Il-pollakkju huwa stokk ta’ qabdiet aċċessorji taħt l-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent, li għalih l-Artikolu 5(3) dwar “speċijiet bi kwota limitanti” jirrikjedi li titqies id-diffikultà tas-sajd għall-istokkijiet kollha fl-MSY fl-istess ħin, speċjalment f’sitwazzjonijiet fejn dan iwassal għal għeluq prematur tas-sajd imħallat. Deher ċar li t-TAC għal dan l-istokk kellha jew tiġi stabbilita f’konformità mal-valur tal-MSY ivvalutat ġdid jew kellha ssir evalwazzjoni bi kwota limitanti mill-STECF għall-2024 abbażi tad-data rilevanti ppreżentata minn dawk l-Istati Membri li ddikjaraw li tnaqqis serju tal-pollakkju jikkawża sitwazzjoni ta’ kwoti limitanti bħal din għall-flotot tagħhom. Id-Deċiżjoni ttieħdet li t-TAC għall-2024 titnaqqas b’35 % fl-2024 peress li l-STECF ikkonferma r-riskju ta’ sitwazzjoni ta’ kwoti limitanti għal sajd ieħor aktar b’saħħtu, fejn il-pollakkju huwa jew qabda aċċessorja jew fejn jinqabad flimkien ma’ stokkijiet oħra aktar b’saħħithom f’sajd imħallat.

Għal sajd ieħor fil-Golf tal-Biskalja, il-Kummissjoni kellha tipproponi wkoll tnaqqis sinifikanti għas-sena tas-sajd 2024 f’konformità mal-parir tal-ICES, jiġifieri tnaqqis ta’ 41 % għall-merlangu, tnaqqis ta’ 14 % għall-iskampu, tnaqqis ta’ 7 % għal-lingwata u tnaqqis ta’ 22 % għall-ispnott tan-Nofsinhar, sabiex dan is-sajd jinżamm sostenibbli u f’konformità mal-MSY. Il-Kunsill qabel mal-proposta tal-Kummissjoni fil-każijiet kollha.

Fis-snin preċedenti, is-sajd għal-lingwata u għall-iskampu ġie ġestit b’mod sostenibbli f’konformità mal-MSY, filwaqt li s-sajd għall-pollakkju u għall-merlangu — l-ispeċijiet li għadhom kif ġew ivvalutati skont l-MSY — iltaqa’ ma’ tnaqqis kbir fit-TACs tagħhom. Is-sajjieda staqsew jekk fatturi oħra barra mis-sajd kellhomx impatt negattiv fuq dawn l-istokkijiet u sostnew li l-MAPs huma ffukati wisq fuq konsenji fuq terminu qasir minflok ma japplikaw tnaqqis gradwali. Dwar dan is-suġġett, il-Kummissjoni tinnota li fl-aħħar ħarsa ġenerali tal-ICES lejn l-ekosistema, dan enfasizza ż-żieda proporzjonali tal-mortalità naturali fl-istokkijiet tal-ħut fl-ekoreġjun, minħabba fatturi oħra apparti s-sajd – li l-pressjoni tiegħu tnaqqset b’mod kostanti mis-snin 1990 – u dawk il-fatturi l-oħra huma prinċipalment il-predazzjoni u t-tibdil fil-klima 19 . Huwa normali li jkun hemm varjazzjonijiet fid-daqs tal-istokkijiet u fil-parametri bijoloġiċi tagħhom, li mbagħad iwasslu għal ċerti tnaqqis jew żidiet fil-kwoti rilevanti.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi kontinwi kemm tas-settur tas-sajd kif ukoll tal-partijiet ikkonċernati biex titnaqqas il-pressjoni fuq l-istokkijiet tal-ħut u biex jiġi segwit il-parir xjentifiku. L-MAPs jirrikjedu li t-TACs jiġu stabbiliti f’konformità mal-MSY kull sena u ma jippermettux approċċ gradwali, li jippermetti tnaqqis gradwali fl-istokkijiet li qabel kienu ġestiti b’mod sostenibbli fil-livell tal-MSY.

3.2Stokkijiet ġestiti b’mod konġunt ma’ stati kostali fil-Grigal tal-Atlantiku u, b’mod partikolari mar-Renju Unit u n-Norveġja f’sajd imħallat

Filwaqt li l-MAPs ikomplu jipprovdu bażi utli biex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet tal-UE f’konsultazzjonijiet annwali ma’ pajjiżi mhux tal-UE dwar l-istokkijiet ġestiti b’mod konġunt, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-ICES joħroġ parir dwar qabdiet żero, il-livell attwali tat-TAC huwa soġġett għal konsultazzjonijiet. Madankollu, ir-rapport ikopri wkoll l-applikazzjoni tal-MAPs qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Għall-merluzz, l-istokk tat-Tramuntana (il-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir, l-Ibħra Ċeltiċi, u l-Golf tal-Biskalja tat-Tramuntana), l-iżvilupp tal-istokk juri li rkupra mill-bidu tas-snin 2000 u espanda wkoll id-distribuzzjoni tiegħu, u sar aktar prominenti minn qabel fil-Baħar tat-Tramuntana. L-istokk tal-merluzz ġie rreferenzjat fl-2022.

It-TAC, innegozjata mar-Renju Unit, hija stabbilita bl-użu tal-meded tal-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent. It-TAC hija stabbilita fil-punt tal-MSY. Madankollu, l-UE għamlet użu mid-dispożizzjonijiet skont l-MAP biex tillimita t-tnaqqis għal dak ta’ 20 % fil-medda superjuri tal-MSY meta l-parir kien għal tnaqqis saħansitra akbar fl-2022. Il-merluzz tat-Tramuntana huwa wkoll parti min-negozjati man-Norveġja.

Il-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral (NWWAC) jiddispjaċih li l-meded tal-MSY ma ntużawx fl-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-Ilmijiet tal-Majjistral. Il-Kummissjoni temmen li ntużaw meded, fejn il-kundizzjonijiet legali għall-użu tagħhom ġew issodisfati.

Skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni 20 , l-UE u r-Renju Unit jistgħu jikkunsidraw li jiżviluppaw strateġiji pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni flimkien, li jkunu bħala l-bażi biex jiġu stabbiliti kemm it-TACs kif ukoll miżuri oħra ta’ ġestjoni. Strateġiji bħal dawn huma s-suġġett ta’ diskussjonijiet li għaddejjin fil-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd.

3.3Realtà tas-sajd imħallat fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Ilmijiet tal-Punent

L-ilmijiet tal-UE tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent huma kkaratterizzati minn realtà tas-sajd imħallat, fejn is-sajd jimmira lejn stokkijiet tal-ħut kummerċjalment siewja u aktar b’saħħithom bħall-iskampu fil-Kattegat, il-merluzz tal-linja sewda fil-Baħar Ċeltiku, il-merluzz tal-linja sewda fil-Punent tal-Iskozja u l-merluzz tat-Tramuntana. Madankollu, dan is-sajd għandu qabdiet aċċessorji inevitabbli ta’ stokkijiet oħra tal-ħut li xi drabi jistgħu jkunu taħt pressjoni ħafna ogħla mill-istokkijiet fil-mira aktar b’saħħithom. Eżempji jinkludu l-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-bakkaljaw tal-Baħar Ċeltiku f’diffikultà u tal-merlangu fis-sajd f’saħħtu għall-merluzz tal-linja sewda f’dak il-baċir tal-baħar, il-paġella ħamra f’diffikultà bħala qabda aċċessorja tas-sajd f’saħħtu għall-merluzz tat-Tramuntana maqbud bil-konzijiet fil-Baħar Ċeltiku u tal-bakkaljaw f’diffikultà bħala qabda aċċessorja inevitabbli tal-iskampu fil-Kattegat.

Dawn huma biss xi eżempji li juru r-realtà tas-sajd imħallat fl-ilmijiet Ewropej. F’ambjent tas-sajd imħallat bħal din, l-Artikoli 4 u 5 tal-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent japplikaw għal “speċijiet bi kwota limitanti” u jipprevedu l-ħtieġa li titqies id-diffikultà li l-istokkijiet kollha jinqabdu fl-MSY fl-istess ħin. Madankollu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu, kemm jista’ jkun, il-qabdiet aċċessorji inevitabbli. Bl-inklużjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu dawn il-qabdiet aċċessorji, il-pjanijiet pluriennali kkontribwew għall-kisba ta’ dan l-objettiv (ara l-eżempji hawn taħt).

Il-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral jirrikonoxxi li l-MAP tal-Baħar tat-Tramuntana kien ta’ benefiċċju biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kwoti limitanti permezz tal-ġestjoni tas-sajd imħallat.

Xi eżempji konkreti dwar kif ġie ġestit is-sajd imħallat huma mogħtija hawn taħt għal diversi baċiri tal-baħar.

3.3.1Il-Kattegat 

Eżempji ta’ miżuri taħt l-MAP tal-Baħar tat-Tramuntana biex jiġu protetti ċerti stokkijiet fil-Kattegat jinkludu li jiġi propost li t-TAC għall-iskampu fi Skagerrak u Kattegat fil-medda inferjuri tal-MSY f’konformità mal-Artikolu 4(4) tal-MAP tal-Baħar tat-Tramuntana sabiex il-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-bakkaljaw ta’ Kattegat fis-sajd tal-iskampu jinżammu għal minimu. Il-Kunsill qabel mal-proposti tal-Kummissjoni fl-2020, l-2022 u l-2024 biss. Madankollu, huwa stabbilixxa t-TAC fil-medda inferjuri tal-MSY fis-snin l-oħra kollha wkoll.

Il-miżuri ta’ rimedju għall-bakkaljaw Kattegat ilhom fis-seħħ ukoll mill-2020. Dawn jinkludu l-introduzzjoni  ta’ rkapti aktar selettivi għax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, li jippermettu s-sajd tal-iskampu bil-gradilja Seltra jew Żvediża biss, flimkien ma’ massimu ta’ kwota limitata ta’ 1.5 % għall-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw. Barra minn hekk, sabiex iħeġġu lill-bastimenti jużaw monitoraġġ elettroniku mill-bogħod biex jimmonitorjaw il-konformità b’mod effettiv mal-obbligu ta’ ħatt l-art, bastimenti tal-UE li qed jipparteċipaw fi proġett ta’ Stat Membru għal sajd iddokumentat bis-sħiħ, jistgħu minflok jużaw irkaptu f’konformità mar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi.

Il-benefiċċju ta’ dawn il-miżuri huwa li s-sajd fil-mira għall-iskampu seta’ jkompli, filwaqt li jkunu ġew stabbiliti miżuri għall-bakkaljaw maqbud b’mod inċidentali. F’dan ir-rigward, l-ICES ma jistax jistma l-proporzjon tal-mortalità li hija marbuta mas-sajd (u għalhekk mhux naturali), jew il-migrazzjoni lejn il-Baħar tat-Tramuntana wara l-użu tal-Kattegat bħala art għat-trobbija. Il-parir u s-servizz tekniku tal-ICES jirreferu wkoll għall-ħtieġa li jintuża rkaptu aktar selettiv.

3.3.2Eżempji tal-Baħar Ċeltiku

Miżuri fil-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent biex jiġu protetti l-istokkijiet maqbuda b’mod inċidentali fil-Baħar Ċeltiku jinkludu li jiġi propost li t-TAC għall-merluzz tal-linja sewda fil-medda inferjuri tal-MSY abbażi tal-Artikolu 4(3) tal-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent, sabiex il-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-bakkaljaw u tal-merlangu fis-sajd għall-merluzz tal-linja sewda – iż-żewġ stokkijiet fil-mira taħt l-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent – jinżammu f’livell minimu. Il-Kunsill qabel mal-proposta tal-Kummissjoni għall-2020, li kienet l-aħħar sena qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Għall-2021, il-Kunsill stabbilixxa TACs proviżorji u mbagħad kien hemm ftehim sussegwenti dwar it-TACs mar-Renju Unit fit-tieni nofs tal-2021. Mill-2021, dawn l-istokkijiet ġew innegozjati skont il-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit.

Miżuri ta’ rimedju addizzjonali għall-bakkaljaw u l-merlangu tal-Baħar Ċeltiku, iż-żewġ stokkijiet fil-mira taħt l-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent, ġew proposti mill-Kummissjoni għall-2020 skont ir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd ibbażat fuq l-Artikolu 8 tal-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent. Dawn jinkludu miżuri tekniċi intrinsikament marbuta u kwota ta’ qabdiet inċidentali għall-bakkaljaw fil-Baħar Ċeltiku f’livell li jipprovdi protezzjoni għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji, filwaqt li xorta jippermettu li jkompli s-sajd fil-mira għall-merluzz tal-linja sewda. F’termini tat-TAC, il-Kummissjoni pproponiet tnaqqis ta’ 88 % f’konformità mal-punt tal-MSY u mar-regola rakkomandata tal-ICES. Peress li dan kien jagħti TAC baxx ta’ 189 tunnellata għall-merluzz, li kien jagħżel sajd ieħor għall-ħut abjad fil-Baħar Ċeltiku, il-Kunsill iddeċieda li ma jsegwix il-proposta tal-Kummissjoni għat-TAC u minflok stabbilixxa t-TAC għal 805 tunnellati biex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ kwoti limitanti bikrija ta’ sajd ieħor tal-ħut abjad fil-Baħar Ċeltiku. Din it-TAC xorta ppermettiet żieda sostanzjali fil-bijomassa. Il-Kunsill introduċa wkoll metodi tas-sajd aktar selettivi għas-sajd tal-ħut abjad fil-Baħar Ċeltiku intrinsikament marbuta mar-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2020. Mingħajr dawk il-miżuri intrinsikament marbuta, it-TAC kien ikollha tkun aktar baxxa. Il-miżuri f’dak ir-Regolament sussegwentement ġew sostitwiti b’att delegat 21 ibbażat fuq rakkomandazzjoni konġunta mill-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral (NWW MSG) adottat fl-2020, li fih metodi oħra ta’ sajd aktar selettivi.

Eżempju ieħor fil-Baħar Ċeltiku huwa l-paġella ħamra, li hija qabda aċċessorja inevitabbli fis-sajd għall-merluzz tat-Tramuntana li jinqabad bil-konzijiet. L-ICES irrakkomanda li ma jsir l-ebda qbid għal dan l-istokk peress li kkunsidrah bħala eżawrit 22 . Madankollu, dan kien ifisser sitwazzjoni ta’ kwoti limitanti għas-sajd tal-merluzz tat-Tramuntana. Għalhekk, ġiet stabbilita TAC baxxa esklużivament għall-qabdiet aċċessorji għall-2023 u t-2024 sabiex is-sajd tal-merluzz tat-Tramuntana jinżamm miftuħ f’dan il-baċir tal-baħar u biex kemm jista’ jkun tiġi protetta l-paġella ħamra maqbuda b’mod inċidentali. Barra minn hekk, l-MSG tal-Ilmijiet tal-Majjistral qabel dwar rakkomandazzjoni konġunta biex jiġu implimentati daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni għall-paġella ħamra maqbuda fis-sajd kummerċjali u rikreattiv u f’żoni magħluqa sabiex jiġi protett aħjar il-ħut riproduttiv u l-ħut li għadu qed jikber tal-paġella ħamra. Abbażi ta’ din ir-rakkomandazzjoni konġunta, il-Kummissjoni adottat miżura teknika fil-forma ta’ att delegat għall-2023, li ġie estiż sal-2024 23 .

Organizzazzjoni industrijali waħda (CNPMEM) ikkritikat lill-MAP bħala riġidu wisq fil-lista tal-istokkijiet fil-mira u qalet li ma hemm l-ebda kriterju ċar dwar dak li jikkostitwixxi stokk fil-mira.

Huwa importanti li wieħed jinnota li fid-diskussjonijiet dwar l-MAPs, il-Kummissjoni pproponiet li l-koleġiżlaturi jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni biex temenda l-listi ta’ stokkijiet fil-mira. Madankollu, il-koleġiżlaturi ma qablux mal-proposta tal-Kummissjoni, u ddeċidew li jżommu s-setgħa tagħhom li jemendaw il-lista ta’ stokkijiet fil-mira.

3.4Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-330/22

Fis-sentenza tagħha tal-11 ta’ Jannar 2024 24 , il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti) ikkonfermat il-validità tar-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2020 25 , sa fejn dan stabbilixxa erba’ TACs esklużivament għal qabdiet aċċessorji inevitabbli ogħla mill-parir tal-ICES għal ebda qbid. Il-Qorti ddeċidiet li l-Kunsill kellu marġni ta’ diskrezzjoni biex jistabbilixxi dawk it-TACs għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji ogħla mil-livelli rakkomandati xjentifikament sabiex jirrikonċilja l-objettiv tat-tkomplija tas-sajd imħallat mal-kisba ta’ status bijoloġiku tajjeb għall-istokkijiet ikkonċernati. Fl-istess ħin, il-Qorti ddeċidiet li, għall-istokkijiet elenkati bħala “fil-mira” skont l-MAPs, l-obbligu li jintlaħaq u jinżamm l-MSY wara l-2020 “japplika strettament u mingħajr eċċezzjoni”.

4Approċċ ibbażat fuq l-ekosistema

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku jiddikjara li l-PKS trid timplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd biex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. L-Artikolu 3(3) tal-MAPs jipprevedi li l-MAPs iridu jkunu koerenti mal-liġi ambjentali tal-UE u b’mod partikolari mal-objettiv li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif meħtieġ mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD, Marine Strategy Framework Directive) 26 . L-MSFD tipprovdi 11-il deskrittur kwalitattiv għad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb. L-MAPs għandhom l-għan li jiżguraw li l-kundizzjonijiet tad-deskrittur 3 (bħala dak l-aktar rilevanti għall-ġestjoni tas-sajd) jiġu ssodisfati u li jikkontribwixxu biex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħra fi proporzjon mar-rwol relattiv tas-sajd.

Id-deskrittur 3 hu relatat direttament mal-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd. Dan jaqra “Il-popolazzjonijiet tal-ħut u krostaċej kollha sfruttati kummerċjalment jinsabu f’limiti bijoloġiċi sikuri, filwaqt li jippreżentaw distribuzzjoni tal-popolazzjoni abbażi tal-età u tad-daqs li tindika stokk b’saħħtu.” L-attivitajiet tas-sajd għandhom impatt fuq id-deskritturi relatati ma’: (1) id-diversità bijoloġika; (4) is-sistemi marini tal-ikel; (6) l-integrità ta’ qiegħ il-baħar; u (10) ir-rifjuti marini. Il-kontribut tas-sajd għad-deskritturi l-oħra hu l-aktar l-aktar indirett u/jew mhux sostanzjali 27 .

L-ICES jindika li l-mortalità mis-sajd ilha tonqos b’mod kostanti mis-snin 1990 u issa tinsab bħala medja taħt l-FMSY 28 .

Is-sajd għandu l-potenzjal li jaqbad speċijiet protetti, bħal għasafar tal-baħar u mammiferi tal-baħar 29 . Ir-riforma tal-PKS tal-2013 offriet modi ġodda lill-partijiet ikkonċernati u lill-Istati Membri ta’ reġjun partikolari biex jaħdmu flimkien u jkunu jistgħu jaqblu dwar miżuri personalizzati għall-baċiri tal-baħar tagħhom.

5Obbligu ta’ ħatt l-art

Objettiv ewlieni tal-PKS riformata (2013) huwa li jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art u jiġi eliminat gradwalment il-qbid skartat billi jiġu evitati u jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa. L-obbligu ta’ ħatt l-art japplika għall-ispeċijiet ġestiti minn TAC, li ilha fis-seħħ minn Jannar 2019.

Dwar l-obbligu ta’ ħatt l-art, il-partijiet ikkonċernati li wieġbu għall-konsultazzjoni rrapportaw li filwaqt li hemm evidenza għal tnaqqis fl-iskartar tal-ħut, l-obbligu ta’ ħatt l-art ma laħaqx l-objettiv tiegħu, u l-isfida ewlenija hija l-obbligu ta’ ħatt l-art isir fattibbli skont il-qafas legali filwaqt li tiġi mħeġġa bidla fix-xejriet tas-sajd lejn selettività ulterjuri. Minkejja dan, saru sforzi konsiderevoli mis-settur tas-sajd minn meta ġie introdott l-obbligu ta’ ħatt l-art biex din il-politika tinftiehem u mbagħad tiġi implimentata, biex ikun hemm involviment attiv mal-istituti tar-riċerka biex jiġu żviluppati modi kif jiġu evitati u jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa, biex jittejjeb l-għarfien ġenerali tagħhom dwar dawn l-ispeċijiet (inkluż is-sopravivenza).

Fuq nota pożittiva, il-partijiet ikkonċernati jikkonfermaw li l-obbligu ta’ ħatt l-art stimula r-riċerka xjentifika biex jiġu żviluppati rkapti u xejriet tas-sajd aktar selettivi. Madankollu, għas-sajd demersali mħallat, il-partijiet ikkonċernati jemmnu li se jkun hemm limitu għall-grad ta’ selettività.

Il-Kummissjoni tqis li l-problema attwali tal-qbid skartat hija kwistjoni ta’ kontroll u infurzar li għandha tiġi indirizzata fi ħdan is-sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-UE. L-MAPs ma kinux imfassla biex isolvu dik il-problema.

6Il-kooperazzjoni reġjonali

Il-kooperazzjoni reġjonali hija waħda mill-fergħat ċentrali tal-PKS. L-għan ewlieni tagħha huwa li tqis aħjar id-differenzi bejn id-diversi baċiri tal-baħar u li tintegra aktar lill-partijiet ikkonċernati fil-ġestjoni tas-sajd, bl-użu tal-għarfien u l-esperjenza tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, involviment aktar dirett tal-partijiet ikkonċernati fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni se jwassal għal sens akbar ta’ sjieda kondiviża u impenn għall-konformità mal-miżuri. Permezz tal-kooperazzjoni reġjonali, il-partijiet ikkonċernati b’interess ta’ ġestjoni dirett jistgħu jappoġġaw l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni, bħall-MAPs u l-pjanijiet għall-iskartar. Dan jinkiseb l-aktar permezz ta’ kunsilli konsultattivi u gruppi tal-Istati Membri.

Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati pprovdiet feedback utli dwar kif il-kooperazzjoni reġjonali skont il-MAPs taħdem fil-prattika. Żvelat il-fehma komuni li l-MAPs jipprovdu l-qafas legali meħtieġ biex jippermetti l-kooperazzjoni reġjonali. Pereżempju, il-membri tal-NWWAC u tal-STECF kellhom perċezzjoni pożittiva dwar iż-żieda fil-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti 30 . Maż-żmien, ir-rakkomandazzjonijiet konġunti pprovdew gradwalment aktar evidenza teknika u għarfien prattiku, kif ukoll miżuri mfassla apposta għall-baċiri tal-baħar. Il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw ukoll minn involviment akbar tal-partijiet ikkonċernati u tax-xjenzati. F’dan is-sens, il-Patt dwar is-Sajd u l-Oċeani mħabbar fir-rapport tal-PKS tal-2024 31 jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu progress dwar il-governanza tal-PKS għall-benefiċċju tal-partijiet ikkonċernati kollha u għas-soċjetà inġenerali.

7L-iżvilupp soċjoekonomiku

7.1Il-Baħar tat-Tramuntana

Abbażi tar-rapport ekonomiku annwali tal-STECF tal-2023 dwar il-flotta tas-sajd tal-UE 32 , l-ebda flotta ta’ Stat Membru ma tiddependi għalkollox mir-reġjun għall-attività tas-sajd tagħha. Abbażi tal-valur tal-ħatt l-art, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku tal-Lvant huwa reġjun ewlieni tas-sajd għad-Danimarka (86 % tal-ħatt l-art totali), in-Netherlands (83 %), il-Ġermanja (61 %), l-Iżvezja (70 %) u l-Belġju (32 %).

7.2L-ilmijiet tal-Majjistral (NWW)

Skont ir-rapport tal-STECF, abbażi tal-valur tal-ħatt l-art, is-sajd Franċiż u Irlandiż għandu l-ogħla livell ta’ ħatt l-art fl-Ilmijiet tal-Majjistral. Madankollu, l-Irlanda għandha l-ogħla perċentwal totali ta’ valur nazzjonali żbarkat mir-reġjun ta’ 90 % li jindika d-dipendenza għolja tagħhom fuq din iż-żona (97 % tal-jiem fuq il-baħar iseħħu f’dawn l-ilmijiet). Il-Belġju (54 %) u Franza (29 %) għandhom ukoll dipendenza għolja fuq iż-żona f’termini ta’ jiem fuq il-baħar. Filwaqt li l-Irlanda u l-Belġju għandhom dipendenza għolja, l-ogħla sehem tas-sajd jitwettaq minn Franza u l-Irlanda.

7.3L-ilmijiet tal-Lbiċ (SWW)

Skont ir-rapport tal-STECF, il-flotot ewlenin li joperaw fir-reġjun kienu l-flotot Spanjoli, Franċiżi u Portugiżi. Minbarra dawn, sitt flotot oħra tal-UE operaw fir-reġjun fl-2021: Il-Belġju, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Litwanja u n-Netherlands, iżda l-attività tas-sajd fir-reġjun kienet limitata (is-sehem totali tal-isforz ta’ dawn l-Istati Membri kien ta’ 0.16 % u l-ħatt l-art kien ta’ 1.12 % fil-valur u 2.23 % fil-piż tat-totali tar-reġjun). Abbażi tal-valur tal-ħatt l-art, Spanja pproduċiet l-aktar mir-reġjun, segwita mill-Portugall u Franza. Spanja għandha l-ogħla perċentwal totali ta’ piż nazzjonali żbarkat mir-reġjun (51 %), segwita mill-Portugall (32 %) u Franza (15 %). Il-Portugall huwa l-pajjiż li jiddependi l-aktar fuq dawn l-ilmijiet: 98 % tal-isforz tal-flotta Portugiża jseħħ fl-Ilmijiet tal-Lbiċ, u jipproduċi 85 % u 82 % tal-valur u l-piż totali tal-ħatt l-art, rispettivament.

8Delega tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent u mir-Regolament dwar l-Aċċess għall-Baħar Fond

L-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent jiddelegaw lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta regolamenti delegati għall-istokkijiet koperti mill-MAPs wara bidliet fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet (l-Artikolu 1(1) tal-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent), il-miżuri ta’ rimedju (l-Artikolu 8 tal-MAPs), il-miżuri tekniċi (l-Artikolu 9 tal-MAPs), l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art (l-Artikolu 11 tal-MAP tal-Baħar tat-Tramuntana u l-Artikolu 13 tal-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent), u l-limiti rigward il-kapaċità totali tal-flotot tal-Istati Membri kkonċernati (l-Artikolu 14(2) tal-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent).

Sal-lum, il-Kummissjoni qatt ma użat dawk is-setgħat, ħlief għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art. Għall-miżuri tekniċi, l-għoti tas-setgħa ġie sostitwit mill-2019 b’dak aktar speċifiku li ġie stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi. Rigward l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, il-Kummissjoni adottat tmien regolamenti delegati skont l-MAP tal-Baħar tat-Tramuntana u disgħa taħt l-MAP tal-Ilmijiet tal-Punent.

Ir-Regolament dwar l-Aċċess għall-Baħar Fond (l-Artikolu 9(7)) jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li temenda l-lista ta’ speċijiet indikaturi tal-ekosistemi marini vulnerabbli (VME). Madankollu, sal-lum, il-Kummissjoni qatt ma użat dik is-setgħa.


9Glossarju

AC: Kunsill Konsultattiv

PKS: Il-Politika Komuni tas-Sajd

CNPMEM: Comité National des Pêches Maritimes et des Élevages Marins

FMSY: Mortalità mis-sajd konsistenti ma’ rendiment massimu sostenibbli

ICES: Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar

MSG: Grupp tal-Istati Membri

MAP: Pjan multiannwali

MSY: Rendiment massimu sostenibbli

NWW: Ilmijiet tal-Majjistral

NWWAC: Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Majjistral

SSB: Bijomassa ta’ stokk riproduttiv

STECF: Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għal Żoni tas-Sajd

SWW: Ilmijiet tal-Lbiċ

SWWAC: Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ

TAC: Qabda totali permissibbli

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1).

Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1).

(4)

Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1).

(5)

 Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 1).

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(7)

 “medda tal-FMSY” tfisser medda ta’ valuri li jingħataw bl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b’mod partikolari dak tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES, International Council for the Exploration of the Sea), jew ta’ korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-UE jew f’dak internazzjonali, li fiha l-livelli kollha tal-mortalità mis-sajd jagħtu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) fuq żmien twil ibbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u taħt kundizzjonijiet ambjentali medji attwali, mingħajr ma taffettwa b’xi mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni tal-istokk ikkonċernat. Din hija mfassla biex tagħti tnaqqis ta’ mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY. Din għandha limitu massimu sabiex il-probabbiltà li l-istokk jaqa’ taħt il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk (Blim) ma tkunx aktar minn 5 %, kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2019/472 u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/973.

(8)

“FMSY” huwa l-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li b’xejra tas-sajd partikolari u fil-kundizzjonijiet ambjentali medji attwali jagħti l-MSY fit-tul.

(9)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2021 (SWD(2020) 112 final), p. 2.

(10)

Il-partijiet ikkonċernati kkonsultati kienu l-Grupp tal-Istati Membri tal-Baħar tat-Tramuntana (il-Grupp ta’ Scheveningen), il-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral, il-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ, il-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, il-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral, il-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Lbiċ, il-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi u l-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar, li wieġbu li ma setgħux jipparteċipaw f’tali stħarriġ, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, il-Korrispondenti Nazzjonali u l-Presidenti tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali (Qafas għall-Ġbir tad-Data), il-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura, l-Attachés tas-Sajd, l-esperti tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Baħar.

(11)

Disponibbli hawn: https://www.ices.dk/advice/Pages/Latest-Advice.aspx.

(12)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) – Evaluation of Evaluation of joint recommendations on the landing obligation, technical measures, and conservation measures necessary for compliance with obligations under Union environmental legislation (STECF-24-04). L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2024, https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/d/stecf/stecf_24-04_review-jrs-on-lo-tm-and-cm .

(13)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi (l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/1241) (COM/2021/583 final). Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi (l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/1241) (COM/2024/349 final).

(14)

Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).

(15)

“Blim” tfisser il-punt ta’ referenza ta’ limitu tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk previst skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, […], li taħtu jista’ jkun hemm kapaċità riproduttiva mnaqqsa kif definita fl-MAPs tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Ilmijiet tal-Punent.

(16)

ICES. 2023. Iberian Waters mixed-fisheries considerations. Fir-rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES, 2023. Parir tal-ICES tal-2023, https://doi.org/10.17895/ices.advice.24212058 .

ICES. 2024. Hake (Merluccius merluccius) in divisions 8.c and 9.a, Southern stock (Cantabrian Sea and Atlantic Iberian waters). Fir-rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES, 2024. Parir tal-ICES tal-2024, https://doi.org/10.17895/ices.advice.25019306 .

(17)

MSY Btrigger hija l-bijomassa li taħtha għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni sabiex stokk ikun jista’ jimtela mill-ġdid ’il fuq mil-livelli li kapaċi jipproduċi l-MSY fit-tul.

(18)

ICES. 2023. Benchmark workshop on anglerfish and hake (WKANGHAKE; outputs from 2022 meeting). ICES Scientific Reports. 5:17. 354 pp. https://doi.org/10.17895/ices.pub.20068997 .

(19)

ICES. 2022. Bay of Biscay and the Iberian Coast ecoregion – Ecosystem overview. Fir-rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES, 2022. Il-Parir tal-ICES tal-2022, it-Taqsima 6.1, https://doi.org/10.17895/ices.advice.21731579 .

(20)

 Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10).

(21)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2324 tat-23 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 1).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2588 tal-20 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja (ĠU L 338, 30.12.2022, p. 44).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/492 tat-30 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja (ĠU L, 2024/492, 13.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/492/OJ ).

(22)

ICES. 2022. Blackspot seabream (Pagellus bogaraveo) in subareas 6–8 (Celtic Seas, the English Channel, and Bay of Biscay). Fir-rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES, 2022. Parir tal-ICES tal-2022, https://doi.org/10.17895/ices.advice.19453802 .

(23)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/56 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi speċifiċi għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES (ĠU L 5, 6.1.2023, p. 1).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/491 tat-30 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tiġdid tal-miżuri tekniċi speċifiċi għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES (ĠU L, 2024/491, 13.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/491/oj .

(24)

Is-Sentenza tal-11 ta’ Jannar 2024, Friends of the Irish Environment (Possibilités de pêche supérieures à zéro), C-330/22, EU:C:2024:19.

(25)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(26)

Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (ĠU 164, 25.6.2008, p. 19).

(27)

Id-deskritturi l-oħra huma: (2) l-introduzzjoni ta’ speċiji mhux indiġeni; (5) l-ewtrofikazzjoni indotta mill-bniedem; (7) il-kondizzjonijiet idrografiċi; (8) il-livell ta’ kontaminanti fil-baħar; (9) il-livell ta’kontaminanti f’ħut u f’ikel tal-baħar; (11) l-introduzzjoni tal-enerġija inkluż l-istorbju ta’ taħt il-baħar.

(28)

 ICES. 2022. Bay of Biscay and the Iberian Coast ecoregion – Fisheries Overview. Fir-rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES, 2022. Parir tal-ICES 2022, it-taqsima 6.2. https://doi.org/10.17895/ices.advice.21641396 .

(29)

 ICES. 2022. Bay of Biscay and the Iberian Coast ecoregion – Ecosystem overview. Fir-rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES, 2022. Il-Parir tal-ICES tal-2022, it-Taqsima 6.1, https://doi.org/10.17895/ices.advice.21731579 .

(30)

Żewġ Membri tal-STECF wieġbu għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(31)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Is-sajd sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2025 ( (COM/2024/235 final).

(32)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) – The 2023 Annual Economic Report on the EU Fishing Fleet (STECF 23–07), Prellezo, R., Sabatella, E., Virtanen, J., Tardy Martorell, M. u Guillen, J. editur(i), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2023, https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC135182 .