|
7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 38/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 112/2009
tas-6 ta’ Frar 2009
impożizzjoni ta’ taxxa proviżorja ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Repubblika tal-Moldovja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
|
(1) |
Fil-25 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar l-importazzjonijiet ta’ staneg u vireg, imremblin bis-sħana, f’kojls imkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat li mhumiex tal-istejnles steel, (“virga tal-wajer”), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), mir-Repubblika tal-Moldovja (“l-RM”) u t-Turkija. |
|
(2) |
L-ilment ġie ppreżentat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku mill-EUROFER (“l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni Komunitarja ta’ vireg tal-wajer. |
|
(3) |
L-ilment kellu evidenza prima facie ta’ dumping u ta’ ħsara materjali kkawżata minn dan id-dumping li kien ikkunsidrat biżżejjed biex jiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura. |
|
(4) |
Fit-8 ta’ Mejju 2008, infetħet proċedura bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (l-“avviż ta’ bidu”). |
2. Il-Partijiet ikkonċernati fil-proċedura
|
(5) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi fl-RPĊ, l-RM u t-Turkija, l-importaturi, il-kummerċjanti, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, l-awtoritajiet tal-RPĊ, l-RM u t-Turkija, il-produtturi tal-Komunità li qegħdin jagħmlu l-ilment u produtturi oħra tal-Komunità magħrufa li huma kkonċernati bil-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fit-terminu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom ikunu mismugħa, ingħataw seduta. |
|
(6) |
Sabiex tippermetti lill-produtturi esportaturi jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għal trattament individwali (“TI”), jekk jixtiequ, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u dawk mill-Moldovja magħrufa li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tal-RPĊ u l-RM. Żewġ produtturi esportaturi mill-RPĊ, li huma t-tnejn gruppi ta’ kumpaniji relatati, u wieħed mill-RM, talbu għal TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku, jew għal TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES. |
|
(7) |
Minħabba n-numru kbir apparenti ta’ produtturi esportaturi fl-RPĊ u t-Turkija, importaturi u produtturi fil-Komunità, il-Kummissjoni indikat fl-avviż ta’ bidu li jistgħu jiġu applikati metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping u tal-ħsara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku. |
|
(8) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-RPĊ u fit-Turkija, l-importaturi Komunitarji u l-produtturi Komunitarji ġew mitluba biex jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u biex jipprovdu, kif kien speċifikat fl-avviż ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat. |
|
(9) |
Minħabba n-numru limitat ta’ risposti għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u Torok, jew għall-produtturi Komunitarji u l-importaturi fi ħdan il-Komunità. |
|
(10) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-kumpaniji kollha fl-RPĊ, u fit-Turkija li wieġbet għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni, lill-produttur esportatur uniku tal-Moldovja, lill-produtturi Komunitarji kollha, l-utenti u l-importaturi li wieġbu għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni u lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati. Żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi mill-RPĊ, produttur esportatur wieħed mill-RM, sitt produtturi mit-Turkija, għoxrin produttur Komunitarju, importatur wieħed u tmien utenti fil-Komunità bagħtu risposta. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għal determinazzjoni ta’ dumping, il-ħsara li rriżultat u l-interess Komunitarju u għamlet xi verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(12) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għal produtturi esportaturi fl-RPĊ u fl-RM li għalihom jista’ jkun illi ma jingħatax TES, saret verifika biex jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi ta’ dejta minn pajjiż analogu, f’dan il-każ il-Brażil, fil-bini tal-kumpanija li ġejja:
|
3. Il-perijodu għall-investigazzjoni
|
(13) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet l-perijodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 (“il-perijodu għall-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminar tat-tendenzi relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-aħħar tal-perijodu għall-investigazzjoni (“il-perijodu kkunsidrat”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(14) |
Il-prodott ikkonċernat huwa staneg u vireg, imremblin bis-sħana, f’kojls imkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat li mhumiex tal-istejnles steel li joriġinaw mill-RPĊ, mill-RM u mit-Turkija (“il-prodott ikkonċernat” jew virga tal-wajer), normalment iddikjarat fil-kodiċijiet NM 7213 10 00 , 7213 20 00 , 7213 91 10 , 7213 91 20 , 7213 91 41 , 7213 91 49 , 7213 91 70 , 7213 91 90 , 7213 99 10 , 7213 99 90 , 7227 10 00 , 7227 20 00 , 7227 90 10 , 7227 90 50 u 7227 90 95 . Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix il-vireg tal-wajer tal-istejnles steel. |
|
(15) |
Biex tiġi fabbrikata virga tal-wajer, billets tal-azzar magħmulin minn forn b’ark elettriku (EAC - electric arc furnace) jew funderija li taħdem bi blast furnace (blast furnace melt shop) huma mremblin ġo magna tal-irrumblar. Il-billets huma mqassra transversalment b’mod progressiv billi jgħaddu minn serje ta’ rollijiet u wara jiġu kkojljati. Fil-proċess tal-EAC jintużaw il-fdalijiet tal-metall, filwaqt li fil-proċess tal-funderija jintużaw il-fdalijiet tal-metall u ħadid mhux maħdum. |
|
(16) |
Il-vireg tal-wajer jintużaw għall-gożwajer issaldjat fl-industrija tal-bini (wajers li jintużaw biex japplikaw tensjoni preċedenti jew tensjoni sussegwenti u swiegel tal-wajer li jintużaw biex jissaħħaħ il-konkos), u jintużaw għal ħafna aktar affarijiet wara li jkunu magħmulin f’wajer, inkluż fl-industrija tat-tajers (kordi tat-tajers), fl-industrija tal-iskorfini u l-viti (qafliet), prodotti għal bini tal-istekkati, trolleys tas-supermarkit, kordi tal-azzar, elettrodi, kejbils, molol tas-sodda, molol tas-suspenxins u wajer tal-issaldjar. |
2. Il-prodott simili
|
(17) |
L-investigazzjoni wriet li l-vireg tal-wajer iffabbrikati u mibjugħin mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, il-vireg tal-wajer iffabbrikati u mibjugħin fis-suq domestiku fil-Brażil, li serva bħala pajjiż analogu, u l-vireg tal-wajer iffabbrikati fl-RPĊ, l-RM u t-Turkija u mibjugħin lill-Komunità u mibjugħin fis-suq domestiku Tork għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu bażiku. |
|
(18) |
Il-vireg tal-wajer kollha msemmija hawn fuq huma għalhekk ikkunsidrati simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Bażiku. |
Ċ. DUMPING
1. L-applikazzjoni tal-Arikolu 18 tar-Regolament Bażiku
|
(19) |
Produttur esportatur Ċiniż ippreżenta formula tat-teħid tal-kampjuni, talba għal TES u risposta għal-kwestjonarju kontra d-dumping fiż-żmien stipulat, iżda ma tax risposta għall-ittra ta’ nuqqasijiet tal-Kummissjoni, anke wara li rċieva nota ta’ tfakkir. |
|
(20) |
Il-kumpanija ġiet infurmata dwar l-applikazzjoni proposta tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. |
|
(21) |
Il-kumpanija affermat li l-Kummissjoni tathom żmien ta’ skadenza qasir wisq biex ikunu jistgħu jagħtu l-informazzjoni kollha fis-sottomissjonijiet tagħhom u biex jikkooperaw. Peress illi l-kumpanija ma indikat lill-Kummissjoni ebda restrizzjoni ta’ ħin fiż-żminijiet ta’ skadenza, kien ikkunsidrat li ma ġewx sottomessi argumenti deċiżivi jew ipprovduta evidenza sabiex id-deċiżjoni li jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku tiġi annullata. |
|
(22) |
Il-kumpanija appellat lill-Uffiċjal tas-Seduta. Wara li nstemgħu l-argumenti tal-kumpanija u l-osservazzjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta, kien ikkonfermat li l-kumpanija ma indikat ebda restrizzjoni ta’ żmien fil-ħin u għalhekk ma kkooperatx b’diliġenza biżżejjed fl-investigazzjoni. |
|
(23) |
Għalhekk ġie kkunsidrat xieraq li ma tiġix aċċettata l-informazzjoni sottomessa minn din il-kumpanija u li jiġu bbażati s-sejbiet fuq fatti disponibbli. |
2. It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“TES”)
|
(24) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Bażiku, f’investigazzjonijiet anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM, il-valur normali jkun determinat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li qegħdin jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku. |
|
(25) |
Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji tat-TES huma elenkati f’forma mqassra hawn taħt:
|
|
(26) |
Wara l-bidu tal-proċedura, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi u wieħed mill-Moldovja talbu t-TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Bażiku u taw risposta għall-formola tat-talba tat-TES fiż-żmien ta’ skadenza stipulat. |
2.1 Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
|
(27) |
Għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, kellu jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku (ara l-premessi (19) sa (23) hawn fuq), u għalhekk it-talba tiegħu għat-TES ma kinitx approvata. |
|
(28) |
Fir-rigward tal-produttur esportatur Ċiniż li fadal, il-kumpanija ma setgħetx turi li ssodisfat il-kriterji 2 u 3. Rigward il-kriterju 2, instab li bosta politiki tal-kontabilità tal-kumpanija ma kinux konformi mal-IAS. Instab li dawn il-problemi kienu sistematiċi u ma kinux riflessi fir-rapport tal-awditur. Rigward il-kriterju 3, instab li l-kumpanija ma kinitx qiegħda tħallas is-somma kapitali ewlenija ta’ ċertu self, ħafna żmien wara t-terminu previst inizjalment fil-kuntratti tas-self. Il-kumpanija kienet ukoll qiegħda tibbenefika minn tnaqqis sinifikanti fit-taxxa fuq id-dħul matul l-IP. |
|
(29) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-produttur esportatur Ċiniż ma wriex li ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku. |
|
(30) |
Wara l-iżvelar tal-analiżi TES, il-produttur esportatur Ċiniż ta risposta li fiha l-kumpanija qablet man-nuqqas ta’ konformità mal-kriterju 2 iżda ma qablitx fuq il-konklużjoni negattiva dwar il-kriterju 3. B’mod partikolari, il-kumpanija argumentat li n-nuqqas ta’ ħlas tas-somma kapitali ewlenija ta’ self ma kienx distorsjoni li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq iżda sinjali li l-kumpanija kellha rata ta’ kreditu għoli. Wara eżami dettaljata nstab li, matul l-IP, is-self in kwistjoni ma kien kopert b’ebda kuntratt, għalhekk il-kumpanija ma kellha ebda obbligu legali li tħallas l-interessi jew is-somma kapitali ewlenija. L-eżistenza ta’ self bħal dan joħloq distorsjoni sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-kumpanija, u jirrappreżenta tħassir tad-djun. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ ħlas mill-ġdid tas-somma kapitali ewlenija ta’ self m’huwiex konformi mal-prinċipji tal-ekonomija tas-suq. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
|
(31) |
Barra minn hekk, tressaq l-argument li t-tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul ma kienx sussidju u għalhekk ma setax jiġi ttrattat bħala distorsjoni li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq. Dan l-argument ġie miċħud għaliex l-applikazzjoni tat-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul huwa kontinġenti fuq l-użu ta’ tagħmir domestiku fuq dak importat, u għalhekk jirrappreżenta sussidju speċifiku. |
2.2 Ir-Repubblika tal-Moldovja
|
(32) |
Il-produttur tal-Moldivja ma setax juri li ssodisfa xi wieħed mill-kriterji tat-TES. Rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-ispejjeż (kriterju 1) instab li l-ogħla amministrazzjoni tal-kumpanija kellha pożizzjonijiet ewlenin fl-amministrazzjoni tar-reġjun tat-Transnistrija fil-Moldovja, ir-Repubblika li nfirdet iżda mhux rikonoxxuta internazzjonalment ir-“Repubblika tat-Transnistrija fil-Moldovja” (aktar ‘il quddiem “RTM”), u li kien hemm distorsjoni sinifikanti fir-rigward tal-ispejjeż. Rigward il-kriterju 2, instab li l-kumpanija ma kellhiex sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità li huma vverifikati independentement, u ġew identifikati nuqqasijiet serji fir-rigward tal-eżatezza u konsistenza tal-kontijiet, u għalhekk il-kontijiet ma setgħux jiġu fdati. Rigward il-kriterju 3, kien hemm distorsjoni li ntirtet mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq li affettwat l-ispejjeż. L-aktar waħda sinifikanti kienet li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-kumpanija sar bi prezz aktar baxx mill-valur tas-suq. Ġie skopert ukoll li l-kumpanija kienet involuta ta’ spiss fi prattiċi kummerċjali ta’ tpartit. Rigward il-kriterju 4, dwar iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali tal-operazzjonijiet, instab li l-kumpanija fil-biċċa l-kbira ma timxix mal-qafas legali tal-Moldovja. Fl-aħħar nett, instab ukoll li l-kumpanija topera, inter alia, b’valuta li mhijiex rikonoxxuta internazzjonalment u li r-rata ta’ kambju tagħha mhijiex stabbilita b’mod liberu skont is-sinjali tas-suq (kriterju 5). |
|
(33) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-produttur esportatur mill-Moldovja ma wriex li ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku. |
|
(34) |
Il-produttur esportatur mill-Moldovja oppona din id-deċiżjoni. B’mod ġenerali, huwa afferma li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku għall-RM jirrappreżenta ksur mill-Komunità tal-impenni tagħha tad-WTO lejn l-RM. |
|
(35) |
B’risposta għal dan l-argument, għandu jiġi mfakkar li n-nota għall-Artikolu VI tal-GATT tirrikonoxxi li, fil-każijiet ta’ importazzjoni minn ċerti pajjiżi fejn jista’ jkun hemm diffikultajiet fid-determinazzjoni tal-qbil tal-prezz biex jiġi stabbilit jekk hux qed isir dumping, il-membri tad-WTO jistgħu jikkunsidraw li tqabbil mal-prezzijiet domestiċi f’pajjiż bħal dan mhux dejjem jista’ jkun xieraq. Fil-każ tal-RM, huwa maħsub li jeżistu diffikultajiet bħal dawn. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-valur normali jkun iddeterminat skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku. Barra minn hekk, huwa osservat li l-Artikolu 2(7)(a) isemmi speċifikament l-RM fil-lista ta’ pajjiżi ta’ ekonomija mhux tas-suq li għalihom tapplika din il-kundizzjoni. |
|
(36) |
Ġie affermat ukoll li l-iskadenzi mandatorji stabbiliti fir-Regolament Bażiku ma ġewx irrispettati. L-Applikanti affermaw li d-deċiżjoni li jiġi miċħud t-TES għandha tiġi annullata għaliex il-Kummissjoni m’għamlitx id-determinazzjoni tat-TES fil-perijodu tat-tliet xhur li kien stabbilit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku. |
|
(37) |
Huwa korrett li l-Kummissjoni m’għamlitx id-determinazzjoni tat-TES fil-perijodu ta’ tliet xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni. Madankollu, dan mhux raġuni għall-annullament tad-deċiżjoni biex jiġi miċħud it-TES. Filwaqt li l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku jistipola li d-determinazzjoni tat-TES għandha ssir fi żmien tliet xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-kundizzjoni ma tistipolax li jekk jinqabeż il-perijodu ta’ tliet xhur jkun hemm xi konsegwenzi speċifiċi. B’mod partikolari, il-kundizzjoni ma tistipolax li jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni fil-perijodu ta’ tliet xhur fuq talba ta’ TES ta’ esportatur, (i) l-esportatur jieħu t-TES awtomatikament jew (ii) li l-instituzzjonijiet ma jistgħux aktar jimponu miżuri kontra l-esportatur. Għalhekk, jirriżulta li l-fatt biss li l-Kummissjoni ma rrispettatx il-perijodu ta’ tliet xhur ma jagħmilx id-deċiżjoni biex jiġi miċħud it-TES illegali. |
|
(38) |
Il-produttur esportatur mill-Moldovja jafferma wkoll li kien hemm diskriminazzjoni b’paragun mal-produtturi esportaturi mill-Ukraina u mir-Russja fi proċeduri preċedenti u li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq fatti politiċi. Barra minn hekk huwa jafferma li hemm numru ta’ żbalji minħabba nuqqas ta’ evidenza jew għaliex il-konklużjonijiet mhumiex irraġunati biżżejjed, u li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Il-kumpanija ma tagħtix raġunijiet speċifiċi għal dan il-ksur. |
|
(39) |
Rigward l-affermazzjoni ta’ diskriminazzjoni kontra l-RM dwar kif saru l-evalwazzjonijiet tat-TES f’każijiet preċedenti kontra l-Ukraina u r-Russja, għandu jiġi ddikjarat li l-evalwazzjonijiet tat-TES isiru fuq bażi ta’ każ b’każ. Id-Deċiżjonijiet f’każijiet fil-passat li rrigwardaw dawn il-pajjiżi ma jistgħux jiġu applikati awtomatikament għall-proċess kurrenti. Għandu wkoll jiġi enfasizzat li la l-Ukraina u lanqas ir-Russja m’huma elenkati bħalissa fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku bħala pajjiżi ta’ ekonomija mhux tas-suq, għalhekk is-sitwazzjoni kurrenti ma tistax tkun mqabbla mar-Repubblika tal-Moldovja. Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, l-allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni fit-trattament bejn l-RM u pajjiżi oħra li qabel kienu ta’ ekonomija mhux tas-suq hija miċħuda. |
|
(40) |
Il-kumpanija mill-Moldovja kkontestat l-analiżi ta’ konformità mal-ħames kriterji tat-TES. |
|
(41) |
Rigward il-kriterju 1, il-kumpanija targumenta li m’hemmx interferenza min-naħa tal-Istat għaliex, għall-finijiet tal-proċedura, ma jistgħux isiru referenzi għall-Istat b’referenza għall-awtoritajiet tal-RTM, li mhumiex rikonoxxuti bħala Stat. Madankollu, huwa kkunsidrat li, għall-finijiet ta’ dan il-kriterju, ir-referenza għall-Istat għandha tinftiehem bħala l-awtoritajiet li qegħdin jikkontrollaw ir-reġjun b’mod effettiv, irkonoxxuti jew le, li għandhom il-kapaċità li jinterferixxu fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kumpanija. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
|
(42) |
Il-Kumpanija lanqas ma taqbel mal-evalwazzjoni tal-kriterju 2, filwaqt li tafferma li l-kumpanija għanda sett wieħed biss ta’ rekords bażiċi tal-kontabilità, li jiġu vverifikati indipendentement skont l-IAS. |
|
(43) |
Madankollu, instab li l-kumpanija kellha sett ta’ kontijiet li kienu ppreparati skont l-hekk imsejħin standards tal-kontabilità RTM, li ma jinkludux dispożizzjoni għad-djun ħżiena, u li ma kinux ivverifikati. Il-kumpanija kellha sett ta’ kontijiet ieħor, li kien kkonsolidat ma’ kontijiet ta’ kumpaniji relatati oħra u vverifikat, u skont kif kien allegat, bi qbil mal-IAS. Dan it-tieni sett ta’ kontijiet irċieva opinjoni kkwalifikata mill-awdituri, li esprimew riżervi dwar il-valutazzjoni tal-assi mill-kumpanija fl-2003 u fl-2005. Ir-raġunijiet eżatti għal dawk ir-riżervi ma setgħux ikunu espressi b’mod ċar matul l-investigazzjoni. Il-kumpanija aktar tard affermat li r-riżervi li esprimew l-awdituri ma kinux materjali, iżda ma pprovdewx evidenza f’dan ir-rigward. |
|
(44) |
Għalhekk, l-argumenti tal-kumpanija msemmijin hawn fuq fir-rigward tal-kriterju 2 kellhom jiġu miċħuda. |
|
(45) |
Rigward il-kriterju 3, il-kumpanija affermat li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-kumpanija kien irrilevanti għall-iskop tal-indikazzjoni ta’ distorsjoni possibbli li ntirtet mis-sistema ta’ ekonomija mhux tas-suq, għaliex wara l-kumpanija imbiegħet mill-ġdid b’mod normali u b’valur tas-suq ġust. Madankollu dan ma setax jiġi ppruvat peress li l-bejgħ mill-ġdid tal-kumpaniji li għandhom xi ishma tal-MMZ setgħu jinkludu assi oħra u ma ġietx sottomessa evalwazzjoni dokumentata sewwa ta’ dawn l-operazzjonijiet. |
|
(46) |
Il-kumpanija affermat ukoll li, fir-rigward tal-prattiċi kummerċjali ta’ tpartit. l-ammonti ta’ kummerċ ta’ tpartit misjuba fl-investigazzjoni ma kinux materjali skont dan il-kriterju. Madankollu, huwa kkunsidrat li l-livell ta’ materjalità ta’ prattiċi bħal dawn mhuwiex kriterju validu għall-analiżi, għaliex il-valur reali tal-oġġetti kkumerċjalizzati huwa magħruf biss għall-partijiet involuti fl-operazzjoni ta’ kummerċ ta’ tpartit. Għalhekk l-argument relevanti huwa li prattiċi bħal dawn, li huma tipiċi ta’ ekonomiji mhux tas-suq, intużaw regolarment mill-kumpanija. Għalhekk l-argument tal-kumpanija kellu jiġi miċħud. |
|
(47) |
Rigward self minn kumpanija relatata li għaliha il-kumpanija tal-Moldovja ma setgħet, minkejja li kienet mitluba, tipproduċi ebda evidenza dak il-ħin ta’ ħlas mill-ġdid, il-kumpanija affermat li dan is-self kien tħallas kollu. Sussegwentement il-kumpanija ssottomettiet kopji ta’ dokumenti, skont kif kien allegat, bħala evidenza tal-ħlas, iżda ma tat ebda spjegazzjoni dwar il-għala ma ngħatawx dak il-ħin. Il-fatt jibqa’ li din l-evidenza ma kinitx disponibbli matul il-verifiki fuq il-post u li dan it-tip ta’ sottomissjoni ma jistax ikun ivverifikat f’dan l-istadju tal-proċedura. Għalhekk l-affermazzjoni tal-kumpanija kellha tiġi miċħuda. |
|
(48) |
Fir-rigward tal-kriterju 4, il-kumpanija affermat li l-fatt li l-kumpanija kienet irreġistrata b’mod temporanju fl-RM, u l-esportazzjonijiet tagħha saru permezz tad-dwana tal-RM, għandu jiżgura li mxiet mal-qafas legali tal-RM. Hija argumentat ukoll li l-fatt li l-kontijiet ġew ivverifikati wera li l-liġijiet applikabbli għandhom ikunu biżżejjed biex jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali. Madankollu, wieħed għandu jinnota li la r-reġistrazzjoni temporanja ta’ kumpanija fl-RM u lanqas l-ivverifikar tal-kontijiet ma jiddependu fuq l-applikazzjoni tal-qafas legali tal-RM, u li s-sjieda kurrenti tal-kumpanija mhijiex rikonoxxuta legalment fl-RM. Għalhekk dawk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(49) |
Rigward il-kriterju 5 il-kumpanija affermat li l-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju f’rubli RTM jitwettqu skont ir-rata tas-suq li tirriżulta minn bejgħ liberu u x-xiri ta’ valuti. Madankollu, il-fatt li l-valuta RTM mhijiex rikonoxxuta jew ikkumerċjalizzata internazzjonalment ifisser li ma tistax tkun ikkunsidrata li għandha valur tas-suq, iżda biss valur li huwa stabbilit b’mod amministrattiv mill-hekk imsemmija awtoritajiet tal-RTM. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
3. It-Trattament Individwali (“TI”)
|
(50) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku, dazju għall-pajjiż kollu, jekk jeżisti, għandu jiġi stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn kumpaniji huma kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku biex jingħataw it-TI. |
|
(51) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi u dawk mill-Moldovja li ma ssodisfawx il-kriterji tat-TES (ara l-premessi (28) sa (33) hawn fuq) talbu wkoll għat-TI fil-każ li ma jingħatawx it-TES. |
|
(52) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, instab li l-produttur esportatur Ċiniż issodisfa l-ħtiġijiet kollha għat-TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku. |
|
(53) |
Fir-rigward tal-produttur esportatur uniku mill-Moldovja, instab li l-produttur esportatur mill-Moldovja ma ssodisfax ir-rekwiżiti biex jingħata t-TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku, għaliex ma setax jipprova li l-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet ġew stabbiliti mingħajr interferenza min-naħa tal-Istat, li l-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju twettqu skont ir-rati tas-suq, jew li l-interferenza min-naħa tal-Istat ma ppermettietx l-evitar tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju. |
4. Il-valur normali
4.1. It-Turkija
|
(54) |
B’mod konformi mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat għal kull produttur esportatur jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk l-ammont totali ta’ bejgħ bħal dan kienx ugwali jew aktar minn 5 % tal-ammont totali tal-bejgħ ta’ esportazzjoni korrispondenti lill-Komunità. |
|
(55) |
Wara, il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku mill-kumpaniji li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod ġenerali, li kienu identiċi jew li jistgħu jiġu mqabbla direttament mat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-ammont ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perijodu għall-investigazzjoni kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-ammont totali tat-tip ta’ prodott simili mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
|
(56) |
Wara, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott mibjugħ fuq livell domestiku f’kwantitajiet rappreżentattivi minn kull kumpanija f’kull pajjiż esportatur jistax jiġi megjus li sar f’sitwazzjoni ta’ kummerċ normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat, fis-suq domestiku matul il-perijodu tal-investigazzjoni. |
|
(57) |
Meta l-ammont ta’ bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz ta’ bejgħ nett ugwali jew aktar mill-ispiża ta’ produzzjoni kkalkulata, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-ammont totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, u meta il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien ugwali jew aktar mill-ispiża ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet ta’ bejgħ kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PI, irrispettivament minn jekk sarx profitt minn dan il-bejgħ jew le. |
|
(58) |
Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-ammont ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, li huwa kkalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ bi qligħ ta’ dak it-tip biss. |
|
(59) |
Kull meta il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat valur normali kostruwit, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku. |
|
(60) |
Il-valur normali kien kostruwit billi ġie miżjud mal-ispejjeż ta’ fabbrikazzjoni tat-tipi għall-esportazzjoni ta’ kull esportatur, aġġustati fejn meħtieġ, ammont raġonevoli għal bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġini raġonevoli ta’ qligħ. |
|
(61) |
Fil-każijiet kollha l-SG&A u l-qligħ ġew stabbiliti bil-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-SG&A involuti u l-qligħ magħmul minn kull produttur esportatur ikkonċernat fis-suq domestiku kinux dejta kredibbli. |
|
(62) |
Mill-ħames produtturi esportaturi Torok investigati, il-bejgħ tal-prodott simili kienu rappreżentattivi. Fil-biċċa l-kbira, il-valur normali kien bbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew li kellhom jitħallsu, f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, minn klijenti indipendenti fit-Turkija, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Bażiku. |
|
(63) |
Madankollu, għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn il-bejgħ domestiku ma kienx biżżejjed jew ma kienx magħmul f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, il-valur normali kien kostruwit skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku. L-SG&A u l-qligħ kienu bbażati fuq dejta reali relatata mal-produzzjoni u l-bejgħ, f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur li qiegħed jiġi investigat, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku. |
4.2. Ir-RPĊ u l-RM
|
(64) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku, fl-ekonomiji li jinsabu fi stadju ta’ tranżizzjoni, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur kostruwit f’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz (“pajjiż analogu”). Peress li l-ebda produttur esportatur fl-RPĊ jew l-RM ma ngħata TES, il-valur normali għal dawn il-kumpaniji kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-dejta minn pajjiż analogu. |
4.3. Il-pajjiż analogu
|
(65) |
Fl-avviż ta’ bidu, il-Brażil ġie propost bħala pajjiż analogu approprjat sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għall-RPĊ u l-RM. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-partijiet interessati kollha biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq din il-proposta. |
|
(66) |
Minkejja li ġew ikkuntattjati numru ta’ produtturi f’pajjiżi terzi oħra, l-ebda kumpanija ma aċċettat li tikkoopera minbarra l-produttur Brażiljan wieħed. |
|
(67) |
Bosta partijiet interessati taw kummenti li affermaw li l-Brażil ma kienx għażla approprjata u pproponew it-Turkija bħala pajjiż analogu. L-ilmentatur issottometta argumenti oħra favur l-għażla tal-Brażil. Dawn l-argumenti ġew analizzati u investigati mill-Kummissjoni. |
|
(68) |
Parti interessata waħda affermat li l-metodi ta’ produzzjoni fl-RM u l-Brażil kienu differenti u għalhekk ipproponiet lit-Turjika bħala pajjiż analogu aktar adattat għall-RM. L-istess parti affermat ukoll li l-livell ta’ żvilupp ekonomiku fl-RM u l-Brażil huwa differenti. Madankollu, instab li l-metodi ta’ produzzjoni fil-Brażil huma essenzjalment l-istess jew simili għal dawk fl-RPĊ. Id-differenza fil-metodi ta’ produzzjoni bejn il-Brażil u l-RM tikkonċerna biss il-proċess preliminari, li ma jwassalx għal differenzi sinifikanti fl-ispejjeż. Rigward il-livell ta’ żvilupp ekonomiku, mhuwiex ikkunsidrat per se bħala kriterju għall-għażla ta’ pajjiż analogu. |
|
(69) |
Tressaq ukoll l-argument li l-produttur Brażiljan li kkoopera kien relatat mal-ilmentatur, li jista’ jagħmel l-għażla tal-Brażil mhux xierqa bħala pajjiż analogu. Dan l-argument ma kienx aċċettat. Kien ikkunsidrat li jekk ma jkunx hemm distorsjoni fil-prezzijiet u l-ispejjeż, m’hemmx raġuni li tiġi eskluża d-dejta pprovduta minn kumpaniji li kkooperaw li huma relatati mal-ilmentatur meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-valuri normali bbażati fuq il-bejgħ domestiku f’pajjiż analogu. |
|
(70) |
Parti interessata waħda affermat li l-prodott simili kkonċernat kellu prezz għoli wisq fis-suq domestiku Brażiljan. Parti interessata oħra affermat li kien hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq domestiku minħabba l-fatt li l-produtturi domestiċi huma integrati vertikalment, u tnejn minnhom flimkien allegatament ikollhom aktar minn 60 % tas-sehem tas-suq. |
|
(71) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet domestiċi fil-Brażil kienu pjuttost għoljin, kif ukoll il-marġini ta’ profitt li kellu l-produttur Brażiljan li kkoopera. Dan jista’ jkun indikazzjoni ta’ livell insuffiċjenti ta’ kompetizzjoni fis-suq Brażiljan, ikkawżat mill-fatt li hemm tliet prodotturi biss tal-prodott simili, u tnejn minnhom, kif ġie kkonfermat mill-investigazzjoni, jirrappreżentaw madwar 90 % tas-suq. |
|
(72) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li hemm madwar 12-il produttur fit-Turkija li, meta kkunsidrati mal-importazzjonijiet minn sorsi diversi, jiżguraw suq domestiku kompetittiv. |
|
(73) |
Fi kwalunkwe każ, u sabiex jiġi evitat l-effett ta’ prezzijiet għoljin fis-suq domestiku Brażiljan, u peress li d-dejta vverifikata minn ħames produtturi esportaturi Torok hija disponibbli, kien ikkunsidrat aktar xieraq li tintuża t-Turkija bħala pajjiż analogu minflok il-Brażil. |
|
(74) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, ġie konkluż li l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu tista’ tiġi kkunsidrata bħala aktar adattata mill-Brażil għall-finijiet ta’ din il-proċedura, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku. |
4.4. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(75) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit b’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni mħallsa realment jew li għandhom jitħallsu. |
|
(76) |
Produttur esportatur wieħed għamel xi bejgħ ta’ esportazzjoni permezz ta’ importatur relatat fil-Komunità. F’dan il-każ il-prezz ta’ esportazzjoni ġie kostruwit, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih inbiegħu għall-ewwel darba l-prodotti importati lil xerrej indipendenti, aġġustati kif dovut għall-ispejjeż kollha involuti bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll għal marġini raġonevoli għall-SG&A u l-profitti. L-ispejjeż tal-SG&A tal-importatur relatat stess intużaw, u l-marġini ta’ qligħ ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw. |
4.5. It-tqabbil
|
(77) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq il-bażi ex-works. |
|
(78) |
Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tal-Regolament Bażiku. |
|
(79) |
Għall-produtturi esportaturi investigati kollha li kkooperaw, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż għat-trasport tal-merkanzija u l-assigurazzjoni, l-ispejjeż bankarji, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-ispejjeż għall-krediti u kummissjonijiet fejn kien applikabbli u ġġustifikat. |
5. Il-marġini tad-dumping
5.1. Il-produtturi Ċiniżi
|
(80) |
Għall-produttur esportatur uniku li ngħata t-TI, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit billi tqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni ex-works tagħhom, permezz tal-PCN, mal-valur normali rispettiv tal-pajjiż analogu. |
|
(81) |
Għall-esportaturi kollha li ma jikkooperawx, u minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-marġini tad-dumping residwali kien iffissat fuq il-livell tal-marġini tad-dumping l-aktar għoli li kien stabbilit għal kwantità rappreżentattiva esportata mill-produttur esportatur li kkoopera. |
|
(82) |
Il-marġini tad-dumping medji peżati temporanji espressi bħala perċentwali tal-prezz CIT fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huma:
|
5.2. Il-produttur esportatur tal-Moldovja
|
(83) |
Il-kalkolu tal-marġini tad-dumping għall-produttur mill-Moldovja sar billi ntużaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni vverifikati tiegħu mal-prezz domestiku tal-pajjiż analogu. Peress li l-esportazzjonijiet tal-produttur mill-Moldovja jsiru permezz ta’ negozjant relatat, il-kalkolu tal-marġini tad-dumping hija bbażata fuq prezz tal-esportazzjoni kostruwit għall-bejgħ lil klijent indipendenti fl-UE, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku. |
|
(84) |
Il-marġini tad-dumping ikkalkulat b’dan il-mod huwa ta’ 16,1 %. |
|
(85) |
Peress li l-kooperazzjoni kienet għolja, jiġifieri l-importazzjonijiet mill-produttur tal-Moldovja li kkoopera rrappreżentaw madwar 85 % tal-importazzjonijiet kollha, ġie stabbilit marġini tad-dumping uniku għal pajjiż kollu fuq il-bażi tad-dejta tal-MMZ ivverifikata, jiġifieri fuq l-istess livell ta’ dak tal-produttur esportatur li kkoopera. |
|
(86) |
Għalhekk, il-marġini tad-dumping uniku għal pajjiż kollu għall-RM huwa stabbilit għal 16,1 %. |
5.3. Il-produtturi esportaturi Torok
|
(87) |
Skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament Bażiku l-marġini tad-dumping kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju peżat għal kull tip ta’ prodott ma’ prezz medju peżat ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott kif stabbilit hawn fuq. |
|
(88) |
Il-marġini tad-dumping preliminari huma kif ġejjin:
|
D. L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA
1. Il-Produzzjoni Komunitarja
|
(89) |
L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Komunità, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Komunità qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali Komunitarja. |
|
(90) |
Fuq dik il-bażi, il-produzzjoni totali Komunitarja kienet stmata għal madwar 24,9 miljun tunnellata matul il-PI. Dan l-ammont jinkludi il-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Komunità li ppreżentaw ruħhom u l-istima tal-produzzjoni tal-produtturi li baqgħu siekta matul il-proċedura (“produtturi siekta”). Il-produtturi siekta jirrappreżentaw madwar 30 % tal-produzzjoni totali Komunitarja. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Komunità magħrufa ma kien newtrali jew kien jopponi l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(91) |
Fir-rigward tal-produtturi siekta l-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji biex tiġbor dejta aktar preċiża, b’mod partikolari fuq l-ammonti tal-bejgħ u l-prezzijiet tagħhom. Madankollu, ma rċeviet ebda risposta minn dawn il-produtturi. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta indikata fl-ilment dwar il-produtturi siekta ntużat biex jiġu stabbiliti l-produzzjoni u l-konsum tal-Komunità. |
|
(92) |
L-ammont ta’ produzzjoni tal-produtturi tal-Komunità li appoġġaw l-ilment kien ta’ 11,1 miljun tunnellata fil-PI, li għalhekk jirrappreżenta 45 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Komunità, filwaqt li produtturi oħra li appoġġaw l-ilment iżda ma xtaqux jikkooperaw jirrappreżentaw 25 %. |
2. Id-definizzjoni tal-industrija Komunitarja
|
(93) |
Kif imsemmi fil-premessa (92), l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Komunità li appoġġaw l-ilment u aċċettaw li jikkooperaw fl-investigazzjoni rrappreżentaw madwar 45 % tal-produzzjoni totali Komunitarja matul il-PI. Dawn il-produtturi għalhekk għandhom jistabbilixxu l-industrija Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Bażiku. |
|
(94) |
Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi li appoġġaw l-ilment u aċċettaw li jikkooperaw fl-investigazzjoni kien ippjanat li jsir teħid ta’ kampjuni. Kien hemm 20 risposta għal kwestjonarju tat-teħid ta’ kampjuni li ntbagħat lill-produtturi tal-Komunità magħrufa. Billi dawn l-20 produttur li kkooperaw kienu jikkonsistu f’erba’ gruppi ta’ kumpaniji u żewġ produtturi indipendenti, kien deċiż li ma jiġix applikat it-teħid ta’ kampjuni. |
|
(95) |
Minħabba n-numru kbir ta’ kumpaniji relatati inklużi fi tnejn mill-erba’ gruppi, kien deċiż li d-dejta pprovduta minn 11-il kumpanija individwali, magħżula fuq il-bażi tal-ammont ta’ produzzjoni tagħhom kif ukoll fuq il-firxa ġeografika tagħhom, tkun ivverifikata fuq il-post fl-istadju temporanju. Għall-bqija tal-kumpaniji saret analiżi dokumentata tad-dejta sottomessa fir-risposti tagħhom għall-kwestjonarji. |
E. ĦSARA
1. Il-konsum Komunitarju
|
(96) |
Il-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-importazzjonijiet totali, meħud minn Eurostat, il-bejgħ totali fis-suq Komunitarju tal-industrija Komunitarja u l-produtturi l-oħra tal-Komunità, inkluża stima tal-bejgħ tal-produtturi siekta. |
|
(97) |
Kif imsemmi fil-premessa (91), il-produtturi siekta ġew ikkuntattjati u mitluba biex jipprovdu dejta, b’mod partikolari dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom ta’ vireg tal-wajer matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, billi ma kienx hemm kooperazzjoni u fin-nuqqas ta’ dejta oħra dwar il-bejgħ tagħhom fis-suq Komunitarju, intużat id-dejta pprovduta fl-ilment minflok. Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||
|
(98) |
B’mod ġenerali, il-konsum Komunitarju żdied b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat. Iż-żieda bdiet fl-2006, wara tnaqqis temporanju ta’ 5 % fl-2005. Wara dan, il-konsum irkupra u żdied sal-2007, u wara dan kien hemm tnaqqis żgħir matul il-PI. Il-bidla ġenerali għall-agħar fil-konsum fl-2005 kienet ir-riżultat ta’ domanda aktar baxxa fl-industrija tal-bini. |
2. L-importazzjonijiet lejn il-Komunità mill-RPĊ, l-RM u t-Turkija
2.1. Kumulazzjoni
|
(99) |
Sabiex issir evalwazzjoni dwar il-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi li huma soġġetti għal din l-investigazzjoni, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni individwali ta’ kull pajjiż fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Bażiku. |
|
(100) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM, instab li l-ammont tal-importazzjoni tagħhom kien ‘il fuq mil-limitu de minimis previst fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament Bażiku u li l-ammont tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli. Barra minn hekk, l-ammonti tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi segwew tendenza simili matul il-perijodu kkunsidrat, laħqu l-ogħla livell fl-2007 u wara dan naqsu ftit. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti kienu simili, b’mod partikolari matul il-PI. B’mod partikolari, instab li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja. Għalhekk kien ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet għal kumulazzjoni ġew issodisfati. |
|
(101) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Turkija, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw prattikament it-totalità tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità matul il-PI. Għalhekk, l-analiżi ta’ dawn l-importazzjonijiet kienet ibbażata fuq id-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Fuq dik il-bażi nstab li, b’mod simili għall-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM, l-ammont tal-importazzjoni mit-Turkija kien ‘il fuq mil-limitu de minimis previst fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament Bażiku u li l-ammont tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli. Madankollu, b’mod kontrarju għaż-żewġ pajjiżi l-oħra kkonċernati, instab li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti ma kinux simili, b’mod partikolari rigward l-imġieba tagħhom f’dak li jirrigwarda l-prezz. Fil-fatt dawn l-esportaturi la kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja u lanqas ma kienu qegħdin ibiegħu l-prodotti tagħhom fis-suq Komunitarju bi prezz aktar baxx minn dak li ma jagħmilx dannu stabbilit għall-industrija tal-Komunità matul il-PI. Għalhekk ġie kkunsidrat li l-kundizzjonijiet għall-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mit-Turkija b’relazzjoni mal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM ma ġewx issodisfati. |
|
(102) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, ġie konkluż b’mod temporanju li l-importazzjonijiet mit-Turkija m’għandhomx jiġu kumulati mal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM. |
2.2. L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM
|
(103) |
L-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM (“il-pajjiżi kkonċernati”) żviluppaw kif ġej matul il-perijodu kkunsidrat: Tabella 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(104) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod sinifikanti minn madwar 0,3 miljun tunnellata fl-2004 sa 1,4 miljun tunnellata fl-2007, jiġifieri kważi ħames darbiet. Dawn l-importazzjonijiet laħqu l-limitu fl-2007, u wara dan urew tendenza li jonqsu ftit b’mod konformi mal-iżviluppi fil-konsum tal-Komunità. |
|
(105) |
Għalkemm il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 12 % matul il-perijodu kkunsidrat, instab li kienu qegħdin iwaqqgħu dawk tal-industrija Komunitarja, b’mod partikolari matul il-PI. Għalhekk, is-sehem tagħhom fis-suq żdied b’mod sinifikanti minn 1,4 % fl-2004 sa 6,3 % fil-PI. |
2.3. It-twaqqigħ tal-prezz
|
(106) |
Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-industrija Komunitarja għal klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għall-ewwel klijent indipendenti, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustament kif xieraq għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(107) |
Il-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna. Produttur wieħed biss li jirrappreżenta 5 % tal-ammont totali tal-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-RPĊ ikkoopera fl-investigazzjoni. Fuq il-bażi ta’ tipi ta’ prodotti li jistgħu jitqabblu, instab marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 4,5 % għal dan il-produttur. |
|
(108) |
Għall-produtturi l-oħra kollha fl-RPĊ, it-twaqqigħ tal-prezz kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezz medju tal-esportazzjoni kif irrappurtat fil-Eurostat u l-prezz medju tal-industrija Komunitarja. Fuq din il-bażi, instab marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 7,6 %. |
|
(109) |
L-uniku produttur mill-Moldovja, MMZ, irrappreżenta 85 % tal-importazzjonijiet kollha lejn il-Komunità mill-RM fil-PI. Għalhekk il-marġini ta’ twaqqigħ għall-RM kien stabbilit fuq il-bażi tat-tqabbil tal-prezz medju ta’ esportazzjoni tal-produtturi li kkoopera mal-prezz medju ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja, għat-tipi ta’ prodotti li jistgħu jitqabblu. Fuq din il-bażi, instab marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 0,1 %. |
|
(110) |
Is-sejbiet imsemmijin hawn fuq għandhom jidhru fid-dawl tal-fatt li l-prodott ikkonċernat huwa tip ta’ prodott bażiku, li s-suq tiegħu huwa trasparenti u fejn l-operaturi kollha huma konxji tal-prezzijiet li huma kkwotati. Barra minn hekk, il-fatt li fis-suq Komunitarju kien hemm żieda tal-prezzijiet tal-materja prima wassal għal tensjoni supplementari fuq il-prezzijiet tal-bejgħ, b’mod partikolari matul il-PI. |
3. Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja
3.1. Kummenti preliminarji
|
(111) |
B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija Komunitarja mill-2004 sal-aħħar tal-PI. |
3.2. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
Tabella 3
|
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
|
Il-produzzjoni (tunnellati) |
11 475 041 |
10 435 463 |
11 464 051 |
11 159 222 |
11 122 136 |
|
Indiċi |
100 |
91 |
100 |
97 |
97 |
|
Il-kapaċità (tunnellati) |
14 164 000 |
14 652 000 |
14 627 000 |
14 846 000 |
15 049 000 |
|
Indiċi |
100 |
103 |
103 |
105 |
106 |
|
L-użu tal-kapaċità |
81 % |
71 % |
78 % |
75 % |
74 % |
|
Indiċi |
100 |
88 |
97 |
93 |
91 |
|
Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji. |
|||||
|
(112) |
Kif jidher fit-tabella hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija Komunitarja naqset bi 3 % fil-perijodu kkunsidrat, għalhemm il-konsum Komunitarju żdied matul l-istess perijodu. It-tnaqqis fil-produzzjoni b’9 % osservat bejn l-2004 u l-2005 kien irkuprat fis-sena ta’ wara bi qbil ma’ żieda fil-konsum Komunitarju ta’ aktar minn 9 %. |
|
(113) |
L-industrija Komunitarja żiedet il-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha għal madwar 15 miljun tunnellata matul il-PI bi qbil mal-aspettattivi pożittivi fis-suq Komunitarju. Madankollu, minħabba l-istaġnar fil-bejgħ u t-tnaqqis fl-ammonti ta’ produzzjoni, l-użu tal-kapaċità disponibbli naqset minn 81 % fl-2004 sa 74 % fil-PI. |
3.3. L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem fis-suq
|
(114) |
Kif imsemmi fil-premessa (94), l-industrija tal-Komuntià hija magħmula inter alia minn erba’ gruppi li jinkludu numru kbir ta’ kumpaniji relatati. L-investigazzjoni wriet li kien hemm xi trasferimenti tal-prodott ikkonċernat bejn kumpaniji relatati. Iċ-ċifri tal-bejgħ li ġew ikkunsidrati fit-tabella hawn taħt huma relatati mal-ammont mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq Komunitarju. Tabella 4
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(115) |
Fil-waqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat, l-ammont tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Komunità lil klijenti indipendenti fis-suq Komunitarju baqa’ stabbli. Dan ifisser li l-industrija tal-Komuntià ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum minħabba l-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk is-sehem fis-suq tal-industrija Komunitarja naqas b’6 % bejn l-2004 u l-PI. |
|
(116) |
It-telf fis-sehem tas-suq seħħ minkejja l-isforzi tal-industrija Komunitarja biex tersaq lejn il-gradi ta’ produzzjoni aktar għoljin, kif spjegat fil-premessa (117). |
3.4. Unitajiet ta’ prezzijiet medji tal-industrija Komunitarja
|
(117) |
Il-prezzijiet ta’ bejgħ ex-works medji tal-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju żdiedu b’14 % fil-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni wriet li din iż-żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ kienet parzjalment ir-riżultat tal-bidla lejn prodotti ta’ livell ogħla, fejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma kinux preżenti, iżda saret ukoll minħabba ż-żieda fl-ispejjeż ta’ produzzjoni. Madankollu wieħed għandu jinnota li l-prodotti standard irrappreżentaw madwar 80 % tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja matul il-PI u għalhekk baqgħu l-prodotti ewlenin ta’ dik l-industrija. Tabella 5
|
||||||||||||||||||||||||
|
(118) |
Fil-fatt, instab li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdiedet b’25 % bejn l-2004 u l-PI prinċipalment minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fdalijiet li huma l-materja prima prinċipali li tintuża fil-produzzjoni tal-vireg tal-wajer. Il-prezz tal-fdalijiet żdied b’34 % matul l-istess perijodu u għalhekk iż-żieda fil-prezz li tidher fit-Tabella hawn fuq setgħet tkopri parti biss miż-żieda tal-prezzijiet tal-materja prima. |
3.5. L-istokks
|
(119) |
L-istokks irrappreżentaw madwar 5 % tal-ammont tal-produzzjoni fil-PI. L-industrija Komunitarja naqset il-livelli tal-istokks tagħha b’10 % matul il-perijodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PI. Madankollu dan it-tnaqqis fl-istokks jista’ jindika li livell ta’ attività aktar baxx huwa previst fil-futur. F’dan il-kuntest wieħed għandu jinnota li madwar 20 % tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja huwa magħmul għall-użu kaptiv biex jiġu pproċessati aktar il-prodotti downstream. Il-proporzjon tal-użu kaptiv baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat. Tabella 6
|
||||||||||||||||||||||||
3.6. Xogħol, salarji u produttività
Tabella 7
|
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
|
Xogħol – ekwivalenti għal full-time (full-time equivalent - FTE) |
4 131 |
3 918 |
3 825 |
4 084 |
4 206 |
|
Indiċi |
100 |
95 |
93 |
99 |
102 |
|
Spiża għall-ħaddiema (Eur FTE) |
41 300 |
43 200 |
45 300 |
45 300 |
44 600 |
|
Indiċi |
100 |
105 |
110 |
110 |
108 |
|
Produttività (Indiċi) |
100 |
96 |
108 |
98 |
95 |
|
Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji. |
|||||
|
(120) |
Bħal m’huwa ġeneralment il-każ fl-industriji tal-metallurġija, in-numru ta’ impjegati ma jistax jitnaqqas faċilment mingħajr ma tiġi kompromessa l-produzzjoni. Għalhekk ix-xogħol baqa’ pjuttost stabbli, u żdied ftit fil-PI. |
|
(121) |
Minkejja ż-żieda fl-ispejjeż tal-ħaddiema, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja għamlet sforzi biex tirrazzjonalizza l-produzzjoni tagħha u tnaqqas l-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħha sabiex tpatti għaż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-materja prima, kif deskritt hawn fuq fil-premessa (118). Għalhekk iż-żieda fl-ispiża medja tal-produzzjoni kienet iżgħar miż-żieda fil-prezzijiet tal-fdalijiet. |
|
(122) |
Minkejja ż-żieda fil-konsum Komunitarju fil-perijodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-produttività tagħha, kif kien mistenni. Fil-fatt, il-produttività naqset bi qbil mat-tnaqqis tal-ammont ta’ produzzjoni, kif jidher fit-Tabella 3 hawn fuq. |
3.7. Ir-rendiment, il-likwidità, l-investimenti, id-dħul fuq l-investimenti u l-abilità li jinġabar il-kapital
Tabella 8
|
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
|
Ir-rendiment |
14,2 % |
7,1 % |
8,1 % |
7,7 % |
6,7 % |
|
Indiċi |
100 |
50 |
57 |
54 |
47 |
|
Il-likwidità 1 000 EUR |
499 500 |
260 845 |
354 398 |
276 463 |
262 764 |
|
Indiċi |
100 |
52 |
71 |
55 |
53 |
|
L-investimenti 1 000 EUR |
147 897 |
136 031 |
231 726 |
221 808 |
200 126 |
|
Indiċi |
100 |
92 |
157 |
150 |
135 |
|
Id-dħul fuq l-investimenti |
69 % |
49 % |
51 % |
47 % |
47 % |
|
Indiċi |
100 |
72 |
74 |
68 |
68 |
|
Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji. |
|||||
|
(123) |
Ir-rendiment tal-industrija Komunitarja ġie stabbilit billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perijodu kkunsidrat ir-rendiment tal-industrija Komunitarja naqas minn qligħ ta’ 14,2 % fl-2004 sa 6,7 % fil-PI. It-tnaqqis kbir fir-rendiment fl-2005 jista’ jkun relatat mar-riċessjoni fis-settur u saret fl-istess żmien tat-tnaqqis fil-konsum. Fl-2006 ir-rendiment tal-industrija Komunitarja rkuprat ftit iżda bdiet terġa’ tmur għall-agħar fl-2007 u aktar fil-PI. |
|
(124) |
L-industrija Komunitarja żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, minħabba l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx ma kinitx f’pożizzjoni li tpoġġi ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima fuq dahar il-klijenti tagħha u tibbenefika mit-tkabbir tas-suq li sar f’dawk is-snin. |
|
(125) |
It-tendenza tal-likwidità, li huwa l-abilità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, tirrifletti ħafna l-iżviluppi fir-rendiment. Għalkemm il-likwidità baqgħet pożittiva matul il-perijodu kkunsidrat, din kienet fuq livell baxx ħafna meta mqabbla b’mod partikolari mal-2004. Jistgħu jsiru l-istess kummenti dwar id-dħul fuq l-investimenti li wrew żvilupp negattiv simili matul il-perijodu kkunsidrat. |
|
(126) |
Minkejja t-tnaqqis fl-effikaċja finanzjarja tagħha, l-industrija Komunitarja baqgħet tinvesti matul il-perijodu kkunsidrat. Dan jissuġġerixxi li l-industrija mhijiex lesta twaqqaf il-produzzjoni iżda hija taħseb li s-settur huwa vijabbli. Il-livell tal-investimenti juri li s-settur għandu l-abilità li jiġbor il-kapital meħtieġ. Madankollu, din l-abilità saret aktar limitata bid-deterjorazzjoni sinifikanti tal-likwidità matul il-perijodu kkunsidrat. |
3.8. It-tkabbir
|
(127) |
L-ammont ta’ bejgħ tas-suq tal-industrija Komunitarja staġna bejn l-2004 u l-PI, u b’dan il-mod ma ħalliex lill-industrija Komunitarja tibbenefika mit-tkabbir fil-konsum Komunitarju li żdied b’6 % bejn l-2004 u l-PI. Għalhekk, is-sehem fis-suq tagħha naqas b’2 punti perċentwali matul l-istess perijodu. |
3.9. Id-daqs tal-marġini reali tad-dumping
|
(128) |
Il-marġini tad-dumping għall-RPĊ, l-RM u t-Turkija speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma b’mod ċar ‘il fuq mil-limitu de minimis. Minħabba l-ammonti u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping, l-impatt tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli. |
4. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(129) |
Ċerti indikaturi tal-ħsara, bħal pereżempju l-prezzijiet tal-bejgħ (+ 14 %), il-kapaċità ta’ produzzjoni (+ 6 %) u l-investimenti (+ 35 %) juru tendenza pożittiva matul il-perijodu kkunsidrat. |
|
(130) |
Madankollu, xi indikaturi tal-ħsara oħra bħal pereżempju l-produzzjoni (– 3 %), l-użu tal-kapaċità (– 9 %), is-sehem tas-suq (– 6 %) u l-produttività (– 5 %) naqsu filwaqt li l-ammont ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju staġna minkejja ż-żieda fil-konsum matul il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-effikaċja finanzjarja tal-industrija Komunitarja bħal-likwidità (– 47 %), id-dħul fuq l-investiment (– 32 %) u r-rendiment (– 7,5 punti perċentwali) kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abilità tal-industrija Komunitarja biex tiġbor il-kapital naqset ukoll. |
|
(131) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat, prinċipalment minħabba ż-żieda kbira fil-prezzijiet tal-fdalijiet (+34 %) li huma l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer. Madankollu, minħabba s-sottokwotazzjoni pprattikata mill-esportaturi Ċiniżi u mill-Moldovja matul il-PI, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha skont iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. |
|
(132) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, għalkemm l-industrija Komunitarja baqgħet tagħmel qligħ matul il-PI billi kkonċentrat fuq segmenti fuq livelli għoljin tas-suq bi prezzijiet ogħla, il-qagħda finanzjarja tagħha ddeterjorat b’mod sinifikanti. Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, ġie konkluż li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Bażiku. |
F. KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
|
(133) |
B’konformità mal-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament Bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-RPĊ u l-RM ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sal-livell li jwassal li din tkun ikklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li jistgħu fl-istess ħin ikunu qed jagħmlu ħsara lill-industrija Komunitarja, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn l-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping
|
(134) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM żdiedu b’mod sinifikanti, kważi b’ħames darbiet, matul il-perijodu kkunsidrat, u żdiedu b’1,1 miljun tunnellata bejn l-2004 u l-PI. Din iż-żieda kienet b’mod partikolari għolja bejn l-2006 u l-PI. F’termini tas-sehem tas-suq, l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem tagħhom tas-suq Komunitarju minn 1,4 % fl-2004 sa 6,3 % fil-PI. Fil-prattika dan kien jikkorrispondi għaż-żieda totali fil-konsum Komunitarju li sar matul il-perijodu kkunsidrat. |
|
(135) |
Matul l-istess perijodu, għalkemm l-ammont tal-bejgħ tagħha fis-suq Komunitarju baqa’ stabbli, l-industrija Komunitarja tilfet is-sehem fis-suq minn 35,3 % sa 33,3 %, jiġifieri 2 punti perċentwali. |
|
(136) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, minkejja l-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni oġġett ta’ dumping żdiedu b’12 % matul il-perijodu kkunsidrat bi qbil maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, dawn xorta kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Għalhekk, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda sħiħa fil-prezzijiet tal-materja prima. Ir-rendiment tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas minn 14,2 % fl-2004 sa 6,7 % matul il-PI. |
|
(137) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li s-suq tal-vireg tal-wajer huwa suq trasparenti fejn l-operaturi kollha huma konxji tal-livell tal-prezzijiet offruti mis-sorsi diversi tal-provvista. Il-preżenza ta’ ammonti li qegħdin jiżdiedu ta’ importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati kellha impatt negattiv fuq is-suq globalment minħabba it-tnaqqis fil-prezzijiet, kif spjegat aktar ‘il quddiem fil-premessa (138). |
|
(138) |
Huwa maħsub li t-tensjoni kontinwa li ġejja mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-suq Komunitarju ma ppermettitx lill-industrija Komunitarja tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għaż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, b’mod partikolari fil-PI, meta l-prezzijiet tal-fdalijiet laħqu l-ogħla livell. Dan jispjega t-telf fis-sehem tas-suq, il-livell baxx tal-prezzijiet tal-bejgħ u t-telf fir-rendiment għall-industrija Komunitarja. Għalhekk ġie konkluż b’mod temporanju li ż-żieda tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mill-RPĊ u l-RM kellha impatt negattiv konsiderevoli fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja, b’mod partikolari fil-PI. |
3. L-effett ta’ fatturi oħra
3.1. L-iżvilupp tad-domanda
|
(139) |
Kif imsemmi fil-premessa (98) hawn fuq, il-konsum Komunitarju tal-vireg tal-wajer żdied b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għalhekk huwa maħsub li l-iżviluppi fil-konsum mhumiex fattur li seta’ jikkontribwixxi għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
3.2. Il-prezzijiet tal-materja prima u tal-elettriku fis-suq Komunitarju
|
(140) |
Il-prezzijiet tal-materja prima, prinċipalment il-fdalijiet tal-azzar jew f’ċerti każijiet il-ħadid mhux maħdum, żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat. Tressaq l-argument li l-prezzijiet tal-materja prima aktar għoljin kellhom effett fuq id-deterjorazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-perijodu kkunsidrat u b’mod partikolari fil-PI, meta l-prezzijiet tal-materja prima laħqu l-aktar livell għoli. |
|
(141) |
Ġie ukoll affermat li ż-żieda fil-prezz tal-elettriku, komponent prinċipali fl-ispiża tal-produzzjoni (cost of production - COP) tal-vireg tal-wajer, kienet kawża tal-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja matul il-PI. |
|
(142) |
L-investigazzjoni kkonfermat li s-COP għall-industrija Komunitarja għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer żdiedet b’25 % matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, f’suq irregolat minn kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel ħsara, jista’ jkun mistenni li l-prezzijiet ikunu adattai regolarment sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni tal-komponenti diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Dan ma sarx f’dan il-każ. Għalkemm l-industrija Komunitarja għolliet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, dan ma kienx biżżejjed biex jiġi evitat it-tnaqqis sinifikanti fir-rendiment tagħha. Għalhekk, kien it-twaqqigħ fil-prezzijiet ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi u mill-Moldovja li għamlu niżżlu l-prezzijiet fis-suq Komunitarju u ma ħallewx lill-industrija Komunitarja tgħaddi l-prezzijiet aktar għoljin tal-materja prima fuq il-klijenti tagħhom. |
3.3. Il-produzzjoni kaptiva tal-industrija Komunitarja
|
(143) |
Ġeneralment, ammont ta’ produzzjoni akbar iwassal għal ekonomiji ta’ skala li huma ta’ benefiċċju għall-produttur ikkonċernat. L-industrija Komunitarja fil-biċċa l-kbira tagħha hija integrata vertikalment u l-produzzjoni kaptiva tintuża għal proċessar ulterjuri fi prodotti ta’ valur miżjud fl-industrija downstream. L-investigazzjoni ma wriet ebda problema fil-produzzjoni li hija realata ma’ dawn il-prodotti downstream. Fil-fatt, kif issemma qabel fil-premessa (119) l-użu kaptiv baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat. |
|
(144) |
Fuq dik il-bażi, kien maħsub li l-produzzjoni kaptiva tal-industrija Komunitarja ma kkontribwietx għad-deterjorazzjoni tal-qagħda finanzjarja tagħha, b’mod partikolari matul il-PI. |
3.4. Il-bejgħ ta’ prodotti ta’ livell għoli mill-industrija Komunitarja
|
(145) |
Tressaq l-argument li l-industrija Komunitarja mhijiex qiegħda ġġarrab ħsara għaliex ressqet il-produzzjoni u l-bejgħ tagħha fis-suq Komunitarju lejn prodotti ta’ livell għoli u għalhekk hija protetta minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jinsabu prinċipalment fis-segment standard tas-suq tal-vireg tal-wajer. |
|
(146) |
Madankollu, is-sejbiet tal-investigazzjoni jikkontradixxu d-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq. Anke jekk, kif iddikjarat fil-premessa (117) hawn fuq, l-industrija Komunitarja resqet parzjalment lejn prodotti ta’ livell aktar għoli, b’mod partikolari matul il-PI, instab li 80 % tal-ammont tal-bejgħ tagħha kien jikkonsisti minn prodotti standard li għalhekk kienu qed ibatu mill-kompetizzjoni diretta ma’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(147) |
Għalhekk kien maħsub li r-resqa lejn prodotti ta’ livell aktar għoli ppermetta lill-industrija Komunitarja tillimita t-tnaqqis fir-rendiment tagħha matul il-perijodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul il-PI. |
3.5. Ħsara li wieħed iġib fuqu nnifsu
|
(148) |
Parti waħda argumentat li l-industrija Komunitarja għamlet importazzjonijiet sinifikanti ta’ vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkunċernati u li għalhekk għandha titqies li ġabet fuqha nfisha l-ħsara li hija ġarrbet. |
|
(149) |
L-eżami ta’ din l-affermazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat magħmulin mill-industrija Komunitarju kienu baxxi ħafna u rrappreżentaw inqas minn 1 % tal-produzzjoni tagħhom matul il-PI. Għalhekk kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet tkun fl-agħar każ negliġibbli. |
3.6. L-effikaċja tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja
|
(150) |
Għalkemm l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità kkonċentrat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju, l-effikaċja ta’ esportazzjoni tagħha kienet eżaminata bħala fattur possibbli ieħor li jista’ jispjega l-ħsara misjuba. L-analiżi wriet li l-bejgħ esportat lil partijiet mhux relatati li sar mill-industrija Komunitarja baqa’ relattivament modest (madwar 7 %) matul il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, kien hemm tendenza ta’ tnaqqis tas-sehem tal-bejgħ esportat matul il-perijodu kkunsidrat. It-tnaqqis fl-ammont ta’ bejgħ esportat, minn madwar 900 000 tunnellata fl-2004 sa madwar 500 000 tunnellata matul il-PI, jista’ jiġi spjegat bit-tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perijodu. Madankollu, il-prezz ta’ esportazzjoni kien aktar għoli mill-prezz li kienet qed toffri l-industrija Komunitarja lill-klijenti tagħha fis-suq Komunitarju. Għalhekk, kien ikkunsidrat li t-tnaqqis fl-ammont ta’ esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja u b’mod partikolari t-tnaqqis sinifikanti fir-rendiment matul il-PI. |
3.7. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(151) |
It-tendenzi fl-ammonti u l-prezzijiet ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2004 u l-PI kienu kif ġej: Tabella 9
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(152) |
Il-pajjiżi terzi ewlenin l-oħra li jesportaw il-vireg tal-wajer lill-Komunità huma l-Iżvizzera, l-Ukraina u l-Brażil. Kif jidher fit-Tabella hawn fuq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għamlu telf fl-ammonti tal-bejgħ u fis-sehem fis-suq matul il-perijodu kkunsidrat u l-prezzijiet tagħhom kienu relattivament għoljin matul il-PI. |
|
(153) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li l-importazzjonijiet mit-Turkija u minn pajjiżi terzi oħra ma kkontribwewx għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
3.8. Produtturi oħra fil-Komunità
|
(154) |
L-analiżi ta’ dejta li għandha x’taqsam mas-suq Komuntarju ssuġġeriet li l-produtturi Komunitarji l-oħra kollha ma akkwistawx iżda tilfu l-ishma fis-suq matul il-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni ma indikat ebda problema partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi Komunitarji, jew ebda effett ta’ distorsjoni tal-kummerċ li jista’ jispjega l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
|
(155) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li l-produtturi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni tal-industrija tal-Komunità ma kkontribwewx għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
4. Konklużjoni fuq il-kawżalità
|
(156) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM bejn l-2004 u l-PI. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet magħmulin bi prezzijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet offruti mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju għal tipi ta’ prodotti simili. |
|
(157) |
Din iż-żieda fl-ammont u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-RPĊ u l-RM ġrat fl-istess ħin ma’ żieda globali fid-domanda fil-Komunità iżda wkoll mal-iżvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija Komunitarja u deterjorament tal-indikaturi ewlenin tal-qagħda ekonomika tagħha matul il-PI. Fil-fatt, ir-rendiment tal-industrija Komunitarja naqas b’aktar min-nofs bejn l-2004 u l-PI. |
|
(158) |
L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu jikkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja wriet li ebda wieħed minn dawn il-fatturi ma seta’ jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq dik l-industrija, b’mod partikolari matul il-PI. |
|
(159) |
Fuq il-bażi tal-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat kif jixraq l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b’mod temporanju li l-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja skont it-tifsira fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Bażiku. |
5. L-importazzjonijiet mit-Turkija
Tabella 10
|
It-Turkija |
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
|
Importazzjonijiet (tunnellati) |
540 040 |
581 432 |
754 811 |
625 409 |
560 669 |
|
Indiċi |
100 |
108 |
139 |
116 |
104 |
|
Is-sehem fis-suq |
2,5 % |
2,8 % |
3,4 % |
2,7 % |
2,5 % |
|
Indiċi |
100 |
112 |
136 |
93 |
100 |
|
Prezz (Eur/tunnellata) |
397 |
369 |
388 |
444 |
458 |
|
Indiċi |
100 |
93 |
98 |
112 |
115 |
|
Sors: Eurostat. |
|||||
|
(160) |
Kif jidher fit-Tabella hawn fuq, l-ammonti ta’ importazzjoni mit-Turkija żdiedu b’4 %, għalhekk ftit inqas miż-żieda fil-konsum matul il-perijodu kkunsidrat. B’kuntrast mal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM, l-ammonti ta’ importazzjoni mit-Turkija laħqu l-ogħla livell fl-2006, u wara dan kellhom tendenza li jonqsu. Is-sehem tagħhom fis-suq ukoll laħaq l-ogħla livell fl-2006, u wara naqas u laħaq il-livell tal-2004 fil-PI. |
|
(161) |
Il-prezzijiet ta’ importazzjoni medji żdiedu bi 15 % matul il-perijodu kkunsidrat. Kif deskritt hawn fuq fil-paragrafu 2.1, l-importazzjonijiet mit-Turkija ma nstabux li qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju matul il-PI. Barra minn hekk, ma nstab ebda bejgħ taħt il-prezz f’dawn l-importazzjonijiet. |
|
(162) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq ġie konkluż li l-importazzjonijiet mit-Turkija ma kkontribwewx għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
G. INTERESS KOMUNITARJU
1. Kumment preliminarju
|
(163) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni temporanja dwar dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet serji għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li tadotta miżuri proviżorji ta’ anti-dumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess Komunitarju kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija Komunitarja, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
2. L-industrija Komunitarja
|
(164) |
L-industrija Komunitarja tikkonsisti minn numru ta’ produtturi li jferrxin madwar il-Komunità, li jimpjegaw direttament aktar minn 4 000 persuna relatata mal-prodott ikkonċernat. |
|
(165) |
L-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perijodu kkunsidrat. B’mod parikolari l-indikaturi ta’ ħsara relatati mal-effikaċja finanzjarja tal-industrija Komunitarja, bħal-likwidità, id-dħul fuq l-investimenti u r-rendiment kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja ser tkompli tmur għall-agħar. |
|
(166) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping proviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq Komunitarju u li l-prezz tal-vireg tal-wajer jirrifletti l-ispejjeż ta’ komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. L-investigazzjoni wriet li żieda fil-prezz ta’ 3 % jew żieda fl-ammont ta’ bejgħ għandha tkun biżżejjed biex tippermetti lil din l-industrija tirkupra malajr il-qagħha finanzjarja tagħha. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri temporanji jistgħu jippermettu lill-industrija Komunitarja tirkupra għallinqas parti mis-sehem fis-suq mitluf matul il-perijodu kkunsidrat, b’impatt ieħor pożittiv fuq il-qagħda finanzjarja tagħha u fuq ir-rendiment. |
|
(167) |
Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping temporanji għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM tkun fl-interess tal-industrija Komunitarja. |
3. L-importaturi
|
(168) |
Intbagħtu kwestjonarji lil disa’ importaturi. Erba’ importaturi ddikjaraw espliċitament li ma riedux jikkooperaw filwaqt li erbgħa oħra ma taw ebda reazzjoni. Dan jindika li l-importaturi mhux ser ikunu affettwati ħafna mill-impożizzjoni ta’ miżuri. Importatur wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni billi wieġeb il-kwestjonarju u ppermetta li ssir verifika fuq il-post tar-risposta tiegħu. Skont id-dejta pprovduta minn dan l-importatur, huwa jġib il-vireg tal-wajer l-aktar mit-Turkija. Għalhekk jekk jiġu imposti xi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer mill-RPĊ u l-RM, mhux ser ikun affettwat. |
|
(169) |
Għalhekk ġie konkluż, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping temporanji ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq l-importaturi. |
4. L-utenti
|
(170) |
Intbagħtu kwestjonarji lil 28 utent. Madankollu tmien utenti biss, li jirrappreżentaw 15 % tal-importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkonċernati matul il-PI kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn l-utenti li jinsabu fl-Italja, Spanja, il-Polonja u l-Belġju, li jirrappreżentaw 1 % biss tal-konsum Komunitarju, huma attivi f’diversi setturi industrijali, l-aktar f’dawk tal-vetturi, il-bini u l-inġinerija mekkanika. |
|
(171) |
Tlieta mill-utenti li kkooperaw (li qegħdin f’Assoċjazzjoni) huma attivi fl-industrija tal-bini. Matul il-PI flimkien kienu jirrappreżentaw 12 % tal-importazzjonijiet kollha tal-vireg tal-wajer mill-RPĊ u l-RM. Fl-istess perijodu huma ġabu l-maġġoranza tal-vireg tal-wajer tagħhom (58 %) miż-żewġ pajjiżi kkonċernati, filwaqt li l-bqija nxtara minn pajjiżi terzi oħra jew l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, instab li l-vireg tal-wajer jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Għalhekk ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri jista’ jkollha impatt negattiv fuq dawn l-utenti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra d-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista, f’pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għal miżuri kif ukoll fil-Komunità, dan l-impatt għandu jkun limitat. |
|
(172) |
L-assoċjazzjoni tal-utenti msemmija hawn fuq fil-premessa (171), li l-membri tagħha huma attivi fis-settur tal-bini u f’xi mumenti f’kompetizzjoni diretta ma xi wħud mill-produtturi Komunitarji li huma integrati vertikalment, allegat li l-impożizzjoni ta’ miżuri ser twassal għal nuqqas ta’ provvista f’dan is-settur partikolari. Madankollu, huwa maħsub li minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fil-Komunità kif ukoll sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli f’pajjiżi terzi oħra, inkluża t-Turkija, m’għandux ikun hemm riskju ta’ nuqqas fis-suq Komunitarju. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi fl-RPĊ u l-RM għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jbiegħu l-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju, iżda bi prezzijiet li ma jagħmlux ħsara. |
|
(173) |
Wieħed mit-tmien utenti li kkooperaw ma importax vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkonċernati matul il-PI. Għalhekk, din il-kumpanija m’għandhiex tkun affettwata b’mod negattiv mill-impożizzjoni ta’ miżuri. |
|
(174) |
Rigward l-erba’ utenti li fadal fil-Komunità, dawn irrappreżentaw 3 % tal-importazzjonijiet totali tal-vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkonċernati u huma attivi l-aktar fis-settur tal-vetturi u l-inġinerija mekkanika. Dawn l-utenti xtraw il-vireg tal-wajer tagħhom l-aktar minn fornituri fil-Komunità u minn pajjiżi terzi oħra u s-sehem ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati pparagunat mal-importazzjonijiet totali tagħhom kien baxx ħafna (5 %) matul il-PI. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-qagħda ekonomika ta’ dawn il-kumpaniji. |
|
(175) |
Wara li ġie kkunsidrat dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-effett tal-miżuri anti-dumping, jekk ikun hemm, aktarx li mhux ser ikollhom impatt materjali fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
5. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
|
(176) |
Wara li ġie kkunsidrat dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess Komunitarju, m’hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM. |
H. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
1. Livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara
|
(177) |
Skont il-konklużjonijiet milħuqa rigward dumping, il-ħsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, miżuri ta’ anti-dumping proviżorji għandhom ikunu imposti sabiex tkun evitata ħsara ulterjuri kkawżata lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM. |
|
(178) |
Sabiex ikun stabbilit il-livell ta’ dawn id-dazji, kienu kkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-indsutrija Komunitarja. |
|
(179) |
Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jiġu eliminati l-effetti tad-dumping ta’ ħsara kien ikkunsidrat li l-miżuri li jistgħu jittieħdu għandhom jippermettu lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħha u li jkollha qligħ qabel it-taxxa li tista’ taqla b’mod raġonevoli industrija ta’ dan it-tip fis-settur b’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, fuq bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Il-marġini ta’ qligħ ta’ qabel it-taxxa li ntuża għal din il-kalkolu kien 9.9 %, stabbilit fuq il-bażi tal-qligħ magħmul mill-industrija Komunitarja għas-snin ta’ qabel l-ogħla livell tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, jiġifieri mill-2004 sal-2006. Fuq din il-bażi, kien ikkalkulat prezz mhux ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja għall-prodott simili. |
|
(180) |
Wara dan ġiet iddeterminata ż-żieda meħtieġa fil-prezz fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju peżat tal-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux ta’ ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad kienet espressa bħala perċentwal tal-valur tal-importazzjoni CIF totali. |
|
(181) |
Sabiex jiġi kkalkulat il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara li fadal għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-RPĊ, wieħed għandu jfakkar li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx ħafna. Għalhekk il-marġini għal dawk li ma kkooperawx kien stabbilit fuq il-bażi tal-ogħla marġini li nstab għal kwantità rappreżentattiva mibjugħa mill-esportatur li kkoopera fis-suq Komunitarju. |
|
(182) |
Fir-rigward tal-RM, il-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli. Għalhekk, id-dejta disponibbli u vverifikata matul l-investigazzjoni ntużat biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara għall-pajjiż kollu. Il-marġini huwa bbażat fuq il-prezz medju li nstab fl-RM għal ċerti tranżazzjonijiet matul il-PI. |
2. Miżuri proviżorji
|
(183) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM fuq il-livell tal-marġini l-aktar baxxi ta’ dumping u ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazji. F’dan il-każ, ir-rati tad-dazju kollha għandhom jiġu stabbiliti skont il-livell tal-marġinijiet tal-ħsara misjuba. |
|
(184) |
Ebda dazju anti-dumping proviżorju m’għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Turkija. |
|
(185) |
Ir-rati ta’ dazju ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju nazzjonali applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha) huma għalhekk esklużivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u magħmula mill-kumpaniji u għalhekk minn entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(186) |
Kwalkunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandha x’taqsam mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, temenda ir-Regolament kif meħtieġ billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali. |
|
(187) |
Id-dazji anti-dumping proposti huma dawn li ġejjin:
|
I. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(188) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għan ta’ kwalunkwe sejba definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju proviżorju tal-anti-dumping qed ikun impost fuq l-importazzjonijiet ta’ staneg u vireg, imremblin bis-sħana, f’kojls imkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat li mhumiex tal-istejnles steel, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7213 10 00 , 7213 20 00 , 7213 91 10 , 7213 91 20 , 7213 91 41 , 7213 91 49 , 7213 91 70 , 7213 91 90 , 7213 99 10 , 7213 99 90 , 7227 10 00 , 7227 20 00 , 7227 90 10 , 7227 90 50 u 7227 90 95 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Repubblika tal-Moldovja.
2. Ir-rata tad-dazju proviżorja ta’ anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji ta’ hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Valin Group |
8,6 % |
A930 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
24,6 % |
A999 |
|
Ir-Repubblika tal-Moldovja |
Il-kumpaniji kollha |
3,7 % |
— |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xhar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni