Official Journal L 013 , 18/01/2003 P. 0035 - 0036
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi l-klassijiet ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti għall-bini (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 4807) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2003/43/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 20(2) tagħha, Billi: (1) "Komunikazzjoni tal-Kommissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE [3] . (2) Fir-rigward tal-ħtieġa essenzjali tas-sigurtà fil-każ ta' nirien, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka numru ta' miżuri inter-relatati li flimkien jiddiffenixxu l-istrateġija tas-sigurtà ta' kontra n-nirien żviluppata b'mod divers mill-Istati Membri. (3) Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-ġenerazzjoni u t-tixrid ta' nar u duħħan f'żona partikolari billi jkun limitat il-potenzjal ta' prodotti għall-bini li jikkontribwixxu għal żvilupp komplet ta' nar. (4) Il-livell ta' dik il-limitazzjoni jista' jkun espress biss f'termini tal-livelli differenti ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom. (5) Bħala soluzzjoni armonizzata, sistema ta' klassijiet kienet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta' Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti għall-bini [4]. (6) Fil-każ ta' ċerti pannelli ibbażati fuq l-injam, huwa meħtieġ li tkun użata l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE. (7) L-imġieba tar-reazzjoni għan-nar ta' ħafna mill-prodotti u/jew materjali tal-bini, fi ħdan il-klassifikazzjoni prevista fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u suffeċjentament magħrufa sewwa mar-regolaturi tan-nar fl-Istati Membri hekk li dawn ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal dik il-karatteristika partikolari ta' l-imġieba. (8) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodotti u/jew il-materjali għall-bini li jissodisfaw il-ħtiġiet kollha tal-karatteristika tal-imġieba "reazzjoni għan-nar" mingħajr ħtieġa ta' aktar testijiet huma elenkati fl-Anness. Artikolu 2 Il-klassijiet speċifiċi li għandhom ikunu applikati għal prodotti u/jew materjali diversi tal-bini, fi ħdan il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Il-prodotti għandhom ikunu meqjusa b'relazzjoni ma l-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tagħhom, meta relevanti. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Jannar 2003. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. [3] ĠU C 62, tat-28.2.1994, p. 1." [4] ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS It-tabelli miġjuba f'dan l-anness jelenkaw prodotti u/jew materjali għall-bini li jissodisfaw il-ħtiġiet kollha tal-karatteristika tal-imġieba "reazzjoni għan-nar" mingħajr ħtieġa ta' testijiet. Tabella 1 Klassijiet għall-imġieba tar-reazzjoni għan-nar għal pannelli ibbażati fuq l-injam [1] Prodotti ta' pannelli ibbażati fuq l-injam [2] | Grad ta' referenza għal prodott EN | Densità minima (kg/m3) | Ħxuna minima (mm) | Klassi [3](esklużi l-materjali ta' l-art) | Klassi materjali ta' l-art [4] | Pannelli magħmula minn partiċelli | EN 312 | 600 | 9 | D-s2, d0 | DFL-S1 | Pannelli tal-fibri, Iebsa | EN 622-2 | 900 | 6 | D-s2, d0 | DFL-S1 | Pannelli tal-fibri, Medji | EN 622-3 | 600 | 9 | D-s2, d0 | DFL-S1 | 400 | 9 | E, pass | EFL | Pannelli tal-fibri, Rotob | EN 622-4 | 250 | 9 | E, pass | EFL | Pannelli tal-fibri, MDF | EN 622-5 | 600 | 9 | D-s2, d0 | DFL-S1 | Pannelli tal-partiċelli mgħaqqda bis-siment | EN 634-2 | 1000 | 10 | B-s1, d0 | BFL-s1 | Pannell OSB | EN 300 | 600 | 9 | D-s2, d0 | DFL-s1 | Plywood | EN 636 | 400 | 9 | D-s2, d0 | DFL-s1 | Pannelli solidi ta' l-injam | EN 13353 | 400 | 12 | D-s2, d0 | DFL-s1 | [1] E N 13986. [2] Pannelli ibbażati fuq l-injam immuntati mingħajr spazju ta' l-arja direttament mal-prodotti tal-klassi A1 jew A2-s1, prodotti d0 b'densità ta' 10 kg/m3 jew mill-anqas klassi D-s2, prodotti d0 b'densità minima 400 kg/m3. [3] )Klassi kif hemm provvediment dwarha fit-Tabella 1 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE. [4] Klassi kif hemm provvediment dwarha fit-Tabella 2 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE. [5] Pannelli tal-fibra bi proċess fix-xott. [6] Kontenut tas-siment ta' mill-anqas 75 % bil-massa. [7] Strand board orjentat. --------------------------------------------------