|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/346 |
14.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11787 — ARES / GCP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/346)
1.
Fis-6 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ares Management Corporation (“Ares”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
GLP Capital Partners (“GCP”, Singapore). |
Ares se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GCP.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Ares għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’California, l-Istati Uniti, u hija maniġer ta’ investiment alternattiv globali li joffri lill-klijenti soluzzjonijiet ta’ investiment primarji u sekondarji komplementari fil-klassijiet ta’ kreditu, ekwità privata, proprjetà immobbli u infrastruttura. |
|
— |
GCP huwa negozju globali tal-ġestjoni tal-assi ta’ Global Logistics Partner. GCP huwa maniġer ta’ investiment alternattiv iffukat primarjament fuq il-loġistika tal-proprjetà immobbli, l-infrastruttura diġitali u l-awtoħażna b’enfasi fuq l-Asja, l-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Brażil. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11787 – ARES / GCP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/346/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)