31997R0286



Official Journal L 048 , 19/02/1997 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 286/97

tas-17 ta' Frar 1997

li jikkonċerna l-klassifika ta' ċertu oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif amendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li iżżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċi NM addattati indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3;

Billi t-Taqsima tat-Tariffa u tan-Nomenklatura Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma wasslitx opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-president tagħha,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM addattat indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 27.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifika kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Emulsjoni li tindilek tat-tip ta' l-ilma fiż-żejt li fiha x-xaħam tal-ħalib (61,2 % bħala toqol), proteini tal-ħalib u biċċiet żgħar ta' tewm, tursin u ħwawar oħra. | 04052030 | Il-klassifika hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 2(b) tal-Kapitolu 4 u l-kliem tal-kodiċi NM 0405, 040520 u 04052030. |

--------------------------------------------------