27.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9363 — Koito/Elbit/BWV/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 181/05)

1.   

Fl-20 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Koito Manufacturing Co., Ltd (“Koito”, il-Ġappun),

—

Elbit Systems Ltd (“Elbit”, l-Iżrael),

—

BrightWay Vision (“BWV”, l-Iżrael), li bħalissa huma kkontrollati b’mod konġunt minn Elbit u Syneregir Capital LLC.

Koito u Elbit jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BWV. Wara t-tlestija tal-konċentrazzjoni proposta, Koito se tissostitwixxi Syneregir Capital LLC, bħala l-azzjonist kontrollanti.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Koito: il-manifattura u l-provvista ta’ (i) dawl u aċċessorji tal-karozzi; (ii) tagħmir tad-dawl u tagħmir ieħor għall-ajruplani; u (iii) dwal tal-vapuri/prodotti speċjali.

—   Elbit: l-iżvilupp u l-provvista ta’ firxa wiesgħa ta’ sistemi tal-ajru, tal-art u navali u ta’ prodotti għad-difiża, is-sigurtà interna u l-applikazzjonijiet kummerċjali.

—   BWV: il-manifattura, ir-riċerka u l-iżvilupp, u l-bejgħ ta’ sistemi ta’ viżjoni mtejba għall-applikazzjonijiet tal-karozzi. It-teknoloġija tal-BWV tipprovdi funzjonalità ta’ Sistemi Avvanzati ta’ Assistenza għas-Sewwieq (Advanced Driver Assistance Systems, “ADAS”).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9363 — Koito/Elbit/BWV/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.