7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10809 – CD&R / TPG / COVETRUS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 262/09)

1.   

Fit-28 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Clayton, Dubilier & Rice Fund XI, L.P. u tliet sħubijiet limitati oħra f’kontroll komuni (“CD &R”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

TPG Partners VIII, L.P. (“TPG Partners VIII”), u TPG Healthcare Partners, L.P. (“TPG Healthcare”) (“TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Covetrus, Inc. (“Covetrus”, l-Istati Uniti tal-Amerka) (“il-Kumpanija fil-Mira”).

CD&R u TPG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Covetrus kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CD&R hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li għandha investimenti f’diversi setturi tal-ekonomija,

—

TPG hija fond ta’ ekwità privata li jinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwiżizzjonijiet u ristrutturar korporattiv.

—

Covetrus hija kumpanija kkwotata fil-Borża attiva globalment bħala fornitur ta’ teknoloġija u servizzi tas-saħħa tal-annimali lil kumpaniji li jappoġġaw is-swieq veterinarji tal-kumpanija, ekwini u tal-annimali kbar, speċifikament veterinarji u prattikanti tas-saħħa tal-annimali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10809 – CD&R / TPG / COVETRUS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.