|
11.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9827 — International Flavors & Fragrances/Nutrition & Biosciences)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 380/08)
1.
Fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
International Flavors & Fragrances Inc (“IFF”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
in-negozju ta’ Nutrition & Biosciences (“N&B”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li hija proprjetà ta’ DuPont de Nemours, Inc. |
IFF takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-N&B kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
IFF: l-iżvilupp, il-manifattura u l-provvista ta’ togħmiet u fwejjaħ użati fl-industriji tal-oġġetti tal-konsumatur, bħall-ikel u x-xorb, il-kura personali u l-industriji tal-kura fid-djar, |
|
— |
N&B: l-iżvilupp, il-manifattura u l-provvista ta’ ikel u ingredjenti industrijali u addittivi, inklużi ingredjenti speċjali naturali u bbażati fuq il-pjanti (pereż. proteini, emulsjonanti, sustanzi li jagħtu l-ħlewwa), soluzzjonijiet għal applikazzjonijiet tas-saħħa u l-bijoxjenza (pereż., probijotiċi, fibri, kulturi, enżimi, kontroll mikrobjali), polimeri ċellulożiċi funzjonali u eċċipjenti derivati mill-alka għal supplimenti tal-farmaċewtiċi u tad-dieta. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9827 — International Flavors & Fragrances/Nutrition & Biosciences
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).