<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-131/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CO0131</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:306">EU:C:2019:306</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-<DATE ISO="20190411">11.4.2019</DATE> – Kawża C‑131/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Gambietz</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/7/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas ta’ somma fissa u ta’ kumpens raġonevoli</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis mis-somma fissa tal-ispejjeż sostnuti sabiex jitqabbad avukat qabel ma tiġi adita qorti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑131/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20180219">19 ta’ Frar 2018</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vanessa Gambietz</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Erika Ziegler,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász u M. Ilešič, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="048" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 48, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Vanessa Gambietz u Erika Ziegler dwar l-irkupru tal-kreditu ta’ V. Gambietz mingħand E. Ziegler.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 19 u 20 tad-Direttiva 2011/7 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(19)</NO.P><TXT>Jeħtieġ kumpens ġust tal-kredituri għall-ispejjeż ta’ rkupru mġarrba minħabba ħlas tard biex jiġi skoraġġit il-ħlas tard. L-ispejjeż ta’ rkupru għandhom ukoll jinkludu l-irkupru ta’ spejjeż amministrattivi u kumpens għal spejjeż interni mġarrba minħabba ħlas tard li għalih din id-Direttiva għandha tiddetermina somma minima stabbilita li tista’ tingħadd mal-imgħax għall-ħlas tard. Il-kumpens fil-forma ta’ somma stabbilita għandu jkun immirat lejn it-trażżin tal-ispejjeż amministrattivi u interni marbuta mal-irkupru. Kumpens biex jiġu rkuprati l-ispejjeż għandu jkun determinat bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li bis-saħħa tagħhom qorti nazzjonali tista’ tagħti kumpens lill-kreditur għal kwalunkwe ħsara addizzjonali rigward ħlas tard tad-debitur.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Minbarra li jkunu intitolati għal ħlas ta’ somma stabbilita biex ikopru l-ispejjeż interni ta’ rkupru, il-kredituri għandhom ukoll ikunu intitolati għal rimborż tal-ispejjeż l-oħra ta’ rkupru li jġarrbu minħabba ħlas tard minn debitur. Spejjeż ta’ dan it-tip għandhom jnkludu, b’mod partikolari, dawk l-ispejjeż imġarrba mill-kredituri biex iqabbdu avukat jew inkella aġenzija tal-ġbir tad-djun.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-imgħax għal ħlas tard isir dovut fi transazzjonijiet kummerċjali b’mod konformi mal-Artikolu 3 jew 4, il-kreditur huwa intitolat li jikseb mingħand id-debitur, bħala minimu, somma stabbilita ta’ EUR 40.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1 tkun dovuta mingħajr il-ħtieġa ta’ tfakkira u bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru tal-kreditur stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kreditur, apparti s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun intitolat li jikseb kumpens raġonevoli mid-debitur għal kwalunkwe spejjeż ta’ rkupru li jaqbżu dik is-somma stabbilita u mġarrba minħabba l-ħlas tard tad-debitur. Dawn jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrba, fost l-oħrajn, biex jitqabbdu avukat jew aġenzija tal-ġbir tad-djun.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>V. Gambietz talbet il-kundanna ta’ E. Ziegler, id-debitriċi tagħha, għall-ħlas tal-kreditu prinċipali tagħha u tal-interessi dovuti, kif ukoll għal somma supplimentari ta’ EUR 112 li tikkorrispondi, minn naħa, għas-somma fissa ta’ EUR 40, prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 288(5) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), u, min-naħa l-oħra, għall-ispejjeż tal-avukat li jammontaw għal EUR 72.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Peress li l-Amtsgericht Eilenburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Eilenburg, il-Ġermanja) laqgħet din it-talba, ħlief fir-rigward tas-somma fissa ta’ EUR 40, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellat mis-sentenza mogħtija quddiem il-Landgericht Leipzig (il-Qorti Reġjonali ta’ Leipzig, il-Ġermanja). Din tal-aħħar ċaħdet l-appell billi ddeċidiet li din is-somma fissa kellha, konformement mat-tielet sentenza tal-Artikolu 288(5) tal-BGB, titnaqqas mill-ispejjeż tal-avukat marbuta mal-perijodu prekontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat, quddiem il-qorti tar-rinviju, appell għal reviżjoni kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, fl-ewwel lok, li s-somma fissa ta’ EUR 40, li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 288(5) tal-BGB hija dovuta lir-rikorrenti, għandha, konformement mat-tielet sentenza tal-Artikolu 288(5) tal-BGB, titnaqqas mill-ispejjeż ta’ avukat ta’ EUR 72 li r-rikorrenti nefqet fl-istadju prekontenzjuż sabiex tiddefendi d-drittijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Madankollu, fit-tieni lok, hija għandu dubju dwar jekk din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 288 tal-BGB hijiex kompatibbli mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li l-imsemmija dispożizzjoni tipprevedi wkoll tali tpaċija tas-somma fissa. Madankollu, hija tosserva li l-premessi 19 u 20 tad-Direttiva 2011/7 jistgħu jwasslu għal interpretazzjoni kuntrarja. Bl-istess mod, jista’ jirriżulta li, fil-każ li s-somma fissa titnaqqas mill-ispejjeż tal-avukat imġarrba sabiex jiġi rkuprat il-kreditu, l-imsemmija somma fissa tisfa’ assorbita fil-parti l-kbira tagħha jew anki kompletament, u dan iwassal sabiex fl-aħħar mill-aħħar il-kreditur ikun jista’ jitlob biss ammont li jikkorrispondi għall-ispejjeż tal-avukat imġarrba matul il-fażi prekontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Artikolu 6(3) tad-[Direttiva 2011/7] għandu jiġi interpretat fis-sens li s-somma fissa ta’ EUR 40 msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dik id-direttiva għandha titnaqqas mill-ispejjeż legali esterni mġarrba b’konnessjoni mal-istruzzjoni li ngħatat minn avukat fil-fażi prekontenzjuża wara d-dewmien fil-ħlas min-naħa tad-debitur, u għalhekk huma rimborsabbli skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7 għandux jiġi interpretat fis-sens li mill-kumpens raġonevoli previst f’din id-dispożizzjoni għandha titnaqqas is-somma fissa ta’ EUR 40, irrikonoxxuta lill-kreditur bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata fir-rinviju għal deċiżjoni preliminari ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7 huwa intiż li jiżgura kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru mġarrba mill-kreditur meta bis-saħħa ta’ din id-direttiva jkunu eżiġibbli interessi minħabba ħlas tard. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jipprevedi l-għoti lill-kreditur ta’ somma fissa ta’ EUR 40. Skont il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, dan il-kreditur huwa barra minn hekk intitolat għal kumpens raġonevoli għall-ispejjeż l-oħra kollha tal-irkupru li jaqbżu din is-somma fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7 jirriżulta li l-kumpens raġonevoli previst fl-imsemmija dispożizzjoni jikkonċerna l-ispejjeż l-oħra kollha tal-irkupru, li ma humiex ikkumpensati permezz tas-somma fissa mogħtija lill-kreditur bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, fil-punti 22 sa 24 tas-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Česká pojišťovna</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑287/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:707">EU:C:2018:707</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, meta fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7 uża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>li jaqbżu dik is-somma<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jenfasizza li għalhekk setgħu jkunu s-suġġett ta’ kumpens raġonevoli l-ispejjeż tal-irkupru, ikunu xi jkunu, li jaqbżu s-somma ta’ EUR 40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mit-test stess tad-dispożizzjoni inkwistjoni jirriżulta li l-kumpens raġonevoli previst minnha japplika għall-ispejjeż kollha, ikunu ta’ liema natura jkunu, li ma jkunux diġà kkumpensati bl-ammont ta’ EUR 40 mogħti bħala somma fissa taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan segwit mid-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-għan ta’ din tal-aħħar huwa l-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali sa fejn dan id-dewmien fil-ħlas jikkostitwixxi, skont il-premessa 12 ta’ din id-direttiva, ksur tal-kuntratt li jkun sar finanzjarjament interessanti għad-debituri minħabba l-livell baxx jew l-assenza ta’ interessi għal ħlas tard iffatturati (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>IOS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Česká pojišťovna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:707">EU:C:2018:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għan tal-imsemmija direttiva huwa l-protezzjoni effettiva tal-kreditur kontra l-ħlasijiet tard. Tali protezzjoni timplika li l-imsemmi kreditur jingħata l-iktar kumpens sħiħ possibbli għall-ispejjeż tal-irkupru li huwa jkun nefaq sabiex jiġi skoraġġut tali dewmien fil-ħlas (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Česká pojišťovna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:707">EU:C:2018:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-kumpens previst fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jkun raġonevoli, dan il-kumpens la jista’ jkopri l-parti tal-imsemmija spejjeż li tkun diġà kkumpensata permezz tas-somma fissa ta’ EUR 40 prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu u lanqas ma jista’ jkopri l-ispejjeż li jidhru li huma eċċessivi fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ ineżami (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Česká pojišťovna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:707">EU:C:2018:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-fatt li l-kumpens raġonevoli ma jistax ikopri l-parti tal-ispejjeż diġà kkumpensata permezz tas-somma fissa ta’ EUR 40 ma huwiex ta’ natura li jdaħħal inkwistjoni l-għan dissważiv tal-kumpens previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7. Fil-fatt, dan l-artikolu jagħti lill-kreditur, fi kwalunkwe każ, id-dritt li jikseb, minbarra s-somma fissa ta’ EUR 40 li huwa intitolat għaliha b’mod awtomatiku, kumpens raġonevoli għall-kumplament tal-ispejjeż li jkun nefaq, filwaqt li jevita li l-istess spejjeż tal-irkupru jiġu kkumpensati darbtejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7 u kemm mill-għan ta’ din id-direttiva jirriżulta li dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kumpens raġonevoli, previst fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu għall-ispejjeż tal-irkupru mġarrba mill-kreditur, għandu jiġi kkalkolat billi mill-ammont tal-imsemmija spejjeż jiġu esklużi l-ispejjeż tal-irkupru li huma diġà koperti mill-EUR 40 mogħtija bħala somma fissa lill-kreditur, bis-saħħa tal-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qrati nazzjonali għandhom jagħtu lill-kreditur kumpens raġonevoli, taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7, sa fejn it-total tal-ispejjeż tal-irkupru kollha, li jkun ġarrab il-kreditur u li l-imsemmija qrati jqisu li huma raġonevoli, jaqbeż l-EUR 40 u wara li jnaqqsu mill-imsemmi total l-ammont ta’ EUR 40 li jkun diġà ngħata bħala somma fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax tiddaħħal inkwistjoni mill-premessi 19 u 20 tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn dawn il-premessi ma jistax jiġi dedott li l-ispejjeż tal-irkupru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>interni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jistgħu jiġu kkumpensati biss bis-somma fissa ta’ EUR 40, filwaqt li l-ispejjeż l-oħra tal-irkupru għandhom ikunu s-suġġett ta’ kumpens awtonomu, taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Česká pojišťovna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:707">EU:C:2018:707</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, il-preambolu ta’ att tal-Unjoni ma għandux valur legali vinkolanti u la jista’ jiġi invokat sabiex issir deroga mid-dispożizzjonijiet stess tal-att ikkonċernat u lanqas sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu interpretati f’sens manifestament kuntrarju għall-formulazzjoni tagħhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Česká pojišťovna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:707">EU:C:2018:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, kif barra minn hekk tosserva l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7 ma jagħmel ebda distinzjoni bejn l-ispejjeż tal-irkupru interni u l-ispejjeż l-oħra tal-irkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li mill-kumpens raġonevoli previst f’din id-dispożizzjoni għandha titnaqqas is-somma fissa ta’ EUR 40, irrikonoxxuta lill-kreditur bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li mill-kumpens raġonevoli previst f’din id-dispożizzjoni għandha titnaqqas is-somma fissa ta’ EUR 40, irrikonoxxuta lill-kreditur bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>