<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-729/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0729</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:534">EU:C:2019:534</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190626">26.6.2019</DATE> – Kawża C‑729/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 258 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 49 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/123/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15(2) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/36/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 13, 14, 50 u l-Anness VII</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Regoli nazzjonali dwar il-fornituri ta’ taħriġ tal-medjaturi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑729/17,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fit‑<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn H. Tserepa‑Lacombe u H. Støvlbæk, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika</HT>, irrappreżentata minn M. Tassopoulou, D. Tsagkaraki u C. Machairas, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, K. Jürimäe, D. Šváby, S. Rodin (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-<DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi llimitat il-forma legali tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi għal kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, li għandhom ikunu kkostitwiti minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>). Barra minn hekk, din l-istituzzjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ssuġġettat il-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki akkademiċi għal rekwiżiti addizzjonali dwar il-kontenut ta’ ċertifikati u għal miżuri kumpensatorji mingħajr evalwazzjoni minn qabel tad-differenzi sostanzjali u billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet diskriminatorji li jobbligaw lill-applikanti għal akkreditazzjoni ta’ medjatur li jkollhom ċertifikati ta’ akkreditazzjoni miksuba barra mill-pajjiż jew li nħarġu minn organu ta’ taħriġ irrikonoxxut barra mill-pajjiż fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja juru li għandhom esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċedura ta’ medjazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 TFUE u taħt l-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 255, p. 22</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20131120">20 ta’ Novembru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="132" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 132</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva 2005/36<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/123</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Direttiva 2006/123 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[L-ostakoli għal-libertà tal-istabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi fejn l-Istati Membri] ma jistgħux jitneħħew biss billi jserrħu fuq l-applikazzjoni diretta ta’ l-Artikoli [49] u [56] tat-Trattat, peress, li minn naħa, jekk jiġu indirizzati fuq bażi individwali permezz ta’ proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri kkonċernati, speċjalment wara t-tkabbir, ikunu tassew kumplikat għall-istituzzjonijiet nazzjonali u Komunitarji, u min-naħa l-oħra, it-tneħħija ta’ bosta ostakoli titlob koordinazzjoni minn qabel ta’ l-iskemi legali nazzjonali, inkluż l-ħolqien ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Kif il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stess irrikonoxxew, strument Komunitarju leġiżlattiv jagħmilha possibbli li jintlaħaq suq ġenwin intern għas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 73 ta’ din id-direttiva tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ir-rekwiżiti li jridu jiġu eżaminati jinkludu r-regoli nazzjonali li, fuq bażijiet barra minn dawk relatati mal-kwalifiki personali, jirriżervaw aċċess għal ċerti attivitajiet lill-fornituri partikolari. Dawn ir-rekwiżiti jinkludu wkoll obbligi fuq fornitur li jieħu forma legali speċifika, b’mod partikolari biex ikun persuna legali, kumpannija b’sid individwali, organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt jew kumpannija li s-sidien tagħha huma biss persuni naturali, u rekwiżiti li jirrelataw ma’ ishma ta’ kumpannija, b’mod partikolari obbligi li jżommu ammont minimu ta’ kapital għal ċerti attivitajiet ta’ servizzi jew biex ikollhom kwalifikazzjoni speċifika sabiex iżżommu il-kapital f’ishma fiha jew biex jamministraw ċerti kumpanniji. L-evalwazzjoni tal-kompatibilità ta’ tariffi fissi minimi u/jew massimi mal-libertà ta’ l-istabbiliment tikkonċerna biss it-tariffi imposti minn awtoritajiet kompetenti speċifikament għall-provvista ta’ ċerti servizzi u mhux, per eżempju, regoli ġenerali dwar determinazzjoni ta’ prezz bħal għall-kiri ta’ djar.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) sa (3) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk, taħt is-sistema legali tagħhom, kwalunkwe mir-rekwiżiti elenkati fil-paragafu 2 huma imposti u għandhom jiżguraw li tali rekwiżiti huma kompatibbli mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. L-Istati Membru għandhom jaddattaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex jagħmluhom kompatibbli ma’ dawk il-kondizzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk is-sistema legali tagħhom tagħmilx l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha soġġetta għal konformità ma’ kwalunkwe minn dawn ir-rekwiżiti mhux-diskriminatorji:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>obbligu għal fornitur li jieħu formola legali speċifika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>rekwiżiti li huma relatati mal-proprjetà f’ishma ta’ kumpannija;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>non-diskriminazzjoni: ir-rekwiżiti m’għandhomx ikunu diskriminatorji la direttament lanqas indirettament skond in-nazzjonalità jew, fir-rigward ta’ kumpanniji, skond il-post ta’ l-uffiċċju rreġistrat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>bżonn: ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġġustifikati b’raġuni aktar importanti li għandha x’taqsam ma’ l-interess pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>proporzjonalità: ir-rekwiżiti għandhom ikunu adatti biex jiżguraw li jintlaħaq l-objettiv mixtieq; m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv; u ma għandux ikun possibbli li dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti minn miżuri oħrajn, anqas restrittivi li jwasslu għall-istess riżultat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2005/36</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2005/36 tistabbilixxi r-regoli li jipprovdu li Stat Membru li jissuġġetta l-aċċess għal professjoni rregolata jew l-eżerċizzju tagħha, fit-territorju tiegħu, għall-pussess ta’ kwalifiki professjonali partikolari, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>l-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, għandu jirrikonoxxi, għall-finijiet tal-aċċess għal din il-professjoni u l-prattika tagħha, il-kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor jew iktar u li jippermettu lill-persuna li jkollha dawn il-kwalifiki tipprattika l-istess professjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jirriżulta li din għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ Stat Membru, inklużi dawk li jappartjenu għall-professjonijiet liberali, li jixtiequ jeżerċitaw professjoni rregolata fi Stat Membru li huwa differenti minn dak li fih huma kisbu l-kwalifiki professjonali, fuq bażi ta’ xogħol għal rashom jew bħala impjegati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(a) sa (ċ) u (e) tad-Direttiva 2005/36 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>professjoni regolata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>: attività professjonali jew grupp ta’ attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom, l-eżerċizzju tagħhom, jew wieħed mill-modi ta’ l-eżerċizzju tagħhom huma soġġetti, direttament jew indirettament, permezz ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, għall-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi; b’mod partikolari, l-użu ta’ titolu professjonali limitat minn dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi lil titolari ta’ kwalifiki professjonali għandu jikkostitwixxi mod ta’ eżerċizzju. Fejn l-ewwel sentenza ta’ din id-definizzjoni ma tapplikax, professjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi trattata bħala professjoni regolata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kwalifiki professjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>: kwalifiki attestati minn prova ta’ kwalifiki formali, attestazzjoni ta’ kompetenza kif imsemmija fis-subparagrafu (i) tal-punt (a) ta’ l-Artikolu 11 u/jew esperjenza professjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>prova ta’ kwalifiki formali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>: diplomi, ċertifikati u provi oħra maħruġa minn awtorità fi Stat Membru nominata skond dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amminstrattivi ta’ dak l-Istat Membru u li jiċċertifikaw it-temma b’suċċess ta’ taħriġ professjonali miksub prinċiparjament fil-Komunità. Fejn l-ewwel sentenza ta’ din id-definizzjoni ma tapplikax, prova ta’ kwalifiki formali msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ttrattata bħala prova ta’ kwalifiki formali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>edukazzjoni u taħriġ regolat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>: kull taħriġ li huwa speċifikatament intiż għall-eżerċizzju ta’ professjoni speċifika u li jkun fih kors jew korsijiet komplimentati, fejn jixraq, b’taħriġ professjonali, jew bi prattika bi prova jew professjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-istruttura u l-livell tat-taħriġ professjonali, il-prattika bi prova jew professjonali għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istat Membru konċernat jew evalwat jew approvat mill-awtorità maħtura għal dan l-iskop;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-aċċess għal professjoni regolata jew it-twettiq tagħha fi Stat Membru ospitanti jkunu kontinġenti fuq il-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tippermetti lill-applikanti jkollhom aċċess għal dik il-professjoni u jwettquha, bl-istess kondizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, jekk għandhom attestazzjoni ta’ livell ta’ kompetenza jew prova ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 11, meħtieġa minn Stat Membru ieħor sabiex jiksbu aċċess għal dik il-professjoni jew għat-twettiq tagħha fit-territorju tiegħu.</ALINEA><ALINEA>L-attestazzjonijiet ta’ livell ta’ kompetenza jew il-provi ta’ kwalifiki formali għandhom jinħarġu minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, magħżula skont il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ dak l-Istat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-aċċess għal u l-eżerċitar tal-professjoni kif deskritt fil-paragrafu 1 għandhom jiġu awtorizzati wkoll għal applikanti li eżerċitaw il-professjoni inkwistjoni fuq bażi full-time għal sena jew għal perjodu globali ekwivalenti fuq bażi part-time matul l-għaxar snin preċedenti fi Stat Membru ieħor li ma jirregolax dik il-professjoni, u li jippossjedu attestazzjoni waħda jew aktar ta’ kompetenza jew prova ta’ kwalifiki formali maħruġa minn Stat Membru ieħor li ma jirregolax dik il-professjoni.</P><?PAGE NO="5"?><P>L-attestazzjonijiet ta’ livell ta’ kompetenza u l-prova ta’ kwalifiki formali għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>inħarġu minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, magħżula il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jikkonfermaw li d-detentur ġie ppreparat għall-eżerċitar tal-professjoni kkonċerata.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Is-sena ta’ esperjenza professjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tistax, madankollu, tkun meħtieġa jekk il-prova ta’ kwalifiki formali li jippossjedi l-applikant tiċċertifika edukazzjoni u taħriġ regolati.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1), (4) u (5) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Artikolu 13 ma għandux jipprekludi l-Istat Membru ospitanti milli jitlob lill-applikant sabiex jagħmel perjodu ta’ adattament sa tliet snin jew sabiex jagħmel test ta’ kapaċità jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-taħriġ li l-applikant ikun irċieva jkopri suġġetti sostanzjalment differenti fir-rigward tal-attivitajiet professjonali differenti minn dawk koperti mit-taħriġ fl-Istat Membru ospitanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-professjoni regolata fl-Istat Membru ospitanti tinkludi attività professjonali waħda jew aktar regolata li ma jeżistux fil-professjoni korrispondenti fl-Istat Membru ta’ oriġini tal-applikant, u t-taħriġ meħtieġ fl-Istat Membru ospitanti jkopri suġġetti sostanzjalment differenti minn dawk koperti mill-attestazzjoni ta’ kompetenza jew il-provi ta’ kwalifiki formali tal-applikant.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 5, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>suġġetti sostanzjalment differenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser suġġetti li fir-rigward tagħhom l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba huma essenzjali għall-eżerċitar tal-professjoni u li fir-rigward tagħhom it-taħriġ irċivut mill-immigrant juri differenzi sinifikanti f’termini ta’ kontenut mit-taħriġ meħtieġ mill-Istat Membru ospitanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1 għandu jiġi applikat fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. B’mod partikolari, jekk l-Istat Membru ospitanti jkun beħsiebu jitlob lill-applikant sabiex jagħmel perjodu ta’ adattament jew jagħmel test ta’ kapaċità, l-ewwel irid jaċċerta ruħu jekk l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba mill-applikant matul l-esperjenza professjonali tiegħu jew waqt it-tagħlim tul il-ħajja, u vvalidati formalment għal dak il-għan minn korp rilevanti, fi kwalunkwe Stat Membru jew f’pajjiż terz humiex tat-tip li jkopru bis-sħiħ jew f’parti minnhom, dawk is-suġġetti sostanzjalment differenti definit fil-paragrafu 4.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2005/36 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1. Fejn l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ospitanti jiddeċiedu dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ eżerċizzju tal-professjoni regolata in kwistjoni bis-saħħa ta’ dan it-Titolu, dawk l-awtoritajiet jistgħu jitolbu d-dokumenti u ċ-ċertifikati elenkati fl-Anness VII.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 56(3) ta’ din id-direttiva jipprovdi li kull Stat Membru għandu, mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20071020">20 ta’ Ottubru 2007</DATE>, jagħżel l-awtoritajiet u l-organi kompetenti sabiex jagħtu jew jirċievu provi ta’ kwalifiki u dokumenti jew informazzjoni oħra, u dawk li huma kompetenti sabiex jirċievu applikazzjonijiet u jieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija f’din id-direttiva u jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan immedjatament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punt 1(a) sa (ċ) tal-Anness VII ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1. Dokumenti</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Prova taċ-ċittadinanza tal-persuna konċernata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Kopji ta’ l-attestazzjonijiet ta’ kompetenza professjonali jew tal-provi ta’ kwalifiki formali li jagħtu aċċess għall-professjoni rilevanti, u attestazzjoni ta’ l-esperjenza professjonali tal-persuna konċernata meta dan ikun japplika.</TXT><P>L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti jistgħu jistiednu lill-applikant sabiex jipprovdi informazzjoni rigward it-taħriġ safejn huwa neċessarju sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ differenzi potenzjali sostanzjali fir-rigward tat-taħriġ nazzjonali meħtieġ, kif stabbilit fl-Artikolu 14. Fejn huwa impossibbli li l-applikant jipprovdi dan it-tagħrif, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandha jikkomunikaw mal-punt ta’ kuntatt, l-awtorità kompetenti jew xi korp rilevanti ieħor fl-Istat Membri ta’ oriġini.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 16, ċertifikat dwar in-natura u l-perjodu ta’ l-attività maħruġa mill-awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-pajjiż tal-persuna jew fl-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/52</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-premessa 16 tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080521">21 ta’ Mejju 2008</DATE> dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 136, p. 3</REF.DOC.OJ>) hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Sabiex tkun żgurata l-fiduċja reċiproka meħtieġa fir-rigward tal-kunfidenzjalità, l-effett fuq il-perijodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni, u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ kull ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, bi kwalunkwe mezz li huma jikkunsidraw xieraq, it-taħriġ ta’ medjaturi u l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi effikaċi għall-kontroll tal-kwalità rigward il-forniment ta’ servizzi ta’ medjazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-objettiv ta’ din id-Direttiva huwa li tiffaċilita l-aċċess għar-riżoluzzjoni alternattiva ta’ disputi u li tippromwovi r-riżoluzzjoni amikevoli ta’ disputi billi tinkoraġġixxi l-użu ta’ medjazzjoni u billi tiżgura relazzjoni bilanċjata bejn il-medjazzjoni u l-proċedimenti ġudizzjarji.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(b) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="7"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Medjatur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser kwalunkwe persuna terza li tiġi mitluba tagħmel medjazzjoni b’mod effettiv, imparzjali u kompetenti, irrispettivament mid-denominazzjoni jew professjoni ta’ dik il-parti terza fl-Istat Membru konċernat u mill-mod kif il-parti terza tkun ġiet maħtura jew mitluba tagħmel il-medjazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (2) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, bi kwalunkwe mezz li huma jikkunsidraw adegwat, l-iżvilupp ta’, u l-adeżjoni ma’, kodiċijiet ta’ kondotta volontarji minn medjaturi u organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni, kif ukoll mekkaniżmi effettivi oħra għall-kontroll tal-kwalità li jikkonċernaw il-forniment ta’ servizzi ta’ medjazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu t-taħriġ inizjali u ulterjuri ta’ medjaturi sabiex jiżguraw li l-medjazzjoni tiġi kondotta b’mod effikaċi, imparzjali u kompetenti fir-rigward tal-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Grieg</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi 3898/2010</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u (2) tal-Liġi 3898/2010 (FEK A’ 211/<DATE ISO="20100216">16.2.2010</DATE>) li ttraspona d-Direttiva 2008/52 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-organi ta’ taħriġ tal-medjaturi jistgħu jkunu kumpanniji ċivili mingħajr skop ta’ qligħ ikkostitwiti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas waħda mill-kmamar professjonali tal-pajjiż u li joperaw fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mis-servizz imsemmi fl-Artikolu 7.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Digriet Presidenzjali, ippubblikat fuq proposta tal-Ministru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Ministru għall-Ekonomija, il-Kompetizzjoni u l-Flotta Merkantili u tal-Ministru tal-Edukazzjoni, tat-Tagħlim ta’ Tul il-Ħajja u tal-Affarijiet Reliġjużi, għandu jistabbilixxi b’mod iktar preċiż il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni u l-operat tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi, il-kontenut tal-programmi tal-edukazzjoni bażika, tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ taħriġ kontinwu, it-tul ta’ żmien tagħhom, il-post fejn jingħataw il-korsijiet, il-kwalifiki tal-għalliema, in-numru ta’ parteċipanti u s-sanzjonijiet imposti fuq l-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tagħhom. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu multa jew revoka provviżorja jew definittiva tal-awtorizzazzjoni tagħhom li jiffunzjonaw. Il-kriterji tal-għażla u l-kalkolu tas-sanzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti mid-Digriet Presidenzjali hawn fuq imsemmi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) u (3) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Medjaturi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> hija kkostitwita taħt is-superviżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem. Taħt il-kompetenza tal-kummissjoni tal-akkreditazzjoni tal-kandidati medjaturi jaqgħu l-istħarriġ tal-konformità mal-obbligi tal-organi ta’ taħriġ tal-medjaturi u l-istħarriġ tal-konformità, mill-medjaturi akkreditati, mal-kodiċi ta’ etika. Il-kummissjoni għandha wkoll tagħmel rapport lill-Ministru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-impożizzjoni tas-sanzjonijiet previsti fl-Artikoli 5 u 7. Il-kummissjoni hija komposta mill-president tagħha u erba’ (4) membri, kif ukoll mill-istess numru ta’ membri supplenti. It-tul tal-mandat tagħhom huwa ta’ tliet snin.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-akkreditazzjoni tal-kandidati medjaturi hija suġġetta għal eżamijiet quddiem bord, li fih jipparteċipaw żewġ membri tal-kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, maħtura mill-president tagħha, u maġistrat li huwa maħtur skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 41(2) tal-Liġi 1756/1988 u li jippresiedi l-imsemmi bord. Il-bord jivverifika jekk il-kandidat għandux l-għarfien, il-ħiliet u t-taħriġ suffiċjenti mogħti mill-organi ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 5 sabiex jipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni; id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun miktuba u debitament motivata. Għas-segretarjat tal-kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tal-bord tal-eżami, l-assemblea plenarja tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati għandha tagħmel disponibbli l-persunal previst fir-regolament imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu. Permezz ta’ deċiżjoni konġunta, il-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem jistabbilixxu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-modalitajiet u l-ammont tar-remunerazzjoni tal-membri tal-bord tal-eżami, liema remunerazzjoni hija pagabbli mill-Fond ta’ Finanzi tal-Edifiċji Ġudizzjarji,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-drittijiet tal-eżami li l-kandidati huma meħtieġa jħallsu lill-bord minn qabel.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tal-istess liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>B’ordni, il-Ministru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiddefinixxi l-kundizzjonijiet partikolari għall-akkreditazzjoni tal-medjaturi, kif ukoll il-proċedura ta’ rikonoxximent taċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, miksub mill-medjaturi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Tali rikonoxximent kif ukoll ir-revoka provviżorja jew definittiva tal-akkreditazzjoni, huma suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-kummissjoni msemmija fl-Artikolu 6(1),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistabbilixxi kodiċi ta’ etika għall-medjaturi akkreditati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jistabbilixxi l-kundizzjonijiet partikolari dwar l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi hawn fuq iċċitat. Dawn is-sanzjonijiet, li huma imposti bl-approvazzjoni tal-kummissjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), jikkonsistu f’revoka provviżorja jew definittiva tal-akkreditazzjoni; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jirregola kull kwistjoni konnessa.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-Liġi 3898/2010 ġie emendat permezz tal-att leġiżlattiv tal-<DATE ISO="20121204">4 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet urġenti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Ministeru tal-Iżvilupp, tal-Kompetizzjoni, tal-Infrastruttura, tat-Trasport u tan-Netwerks, tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u tar-Reliġjon, tal-Ministeru tal-Kultura u tal-Isport, tal-Ministeru tal-Ambjent, tal-Enerġija u tat-Tibdil fil-Klima, tal-Ministeru tax-Xogħol, tas-Sigurtà Soċjali u tal-Għajnuna Soċjali, tal-Ministeru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Ministeru tar-Riforma Amministrattiva u tal-Governanza Elettronika, u dispożizzjonijiet oħra (FEK A’ 237/<DATE ISO="20121205">5.12.2012</DATE>), li żied il-paragrafu 2, li skontu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>huwa permissibbli li jiġi rrikonoxxut ċertifikat ta’ akkreditazzjoni ta’ medjatur maħruġ minn organu ta’ taħriġ barra mill-pajjiż fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja, sakemm dan iċ-ċertifikat ikun inkiseb mhux iktar tard mid-data tal-awtorizzazzjoni u tal-bidu tal-funzjonament ta’ organu jew ta’ organi ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 3898/2010 u, fi kwalunkwe każ, mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi 4512/2018</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 205 tal-Liġi 4512/2018 tas-<DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE> dwar ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Riformi Strutturali tal-Programm ta’ Adattament Ekonomiku u Dispożizzjonijiet Oħra (FEK A’ 5/<DATE ISO="20180117">17.1.2018</DATE>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>B’effett mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, kull dispożizzjoni kuntrarja li tirregola b’mod ieħor kwalunkwe kwistjoni relatata mal-medjazzjoni hija mħassra. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tal-Liġi 3898/2010 jibqgħu fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Presidenzjali 123/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali 123/2011 li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u għall-funzjonament tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi f’materji ċivili u kummerċjali (FEK A’ 255/<DATE ISO="20111209">9.12.2011</DATE>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Organu ta’ taħriġ ta’ medjaturi, iktar ’il quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>organu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jista’ jkun kumpannija ċivili mingħajr skop ta’ qligħ ikkostitwita b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas waħda mill-kmamar professjonali tal-pajjiż u li tiffunzjona fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mis-servizz tal-professjoni ta’ avukat u tal-uffiċjali tal-qorti li jaqgħu taħt id-Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja tal-Ministeru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Artikolu 5(1) tal-Liġi 3898/2010).<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Ordni Ministerjali 109088 emendata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1), (2) u (5) tal-Kapitolu A tal-Ordni Ministerjali 109088 tat-<DATE ISO="20111212">12 ta’ Diċembru 2011</DATE> kif emendata mill-Ordni 107309 tal-<DATE ISO="20121220">20 ta’ Diċembru 2012</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Ordni Ministerjali 109088 emendata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>A. Aħna niddefinixxu l-proċedura ta’ rikonoxximent tal-provi ta’ akkreditazzjoni tal-medjaturi maħruġa minn organu ta’ taħriġ barra mill-pajjiż kif ġej:</P><P>Iċ-ċertifikati ta’ medjatur akkreditat maħruġa minn organu ta’ taħriġ barra mill-pajjiż għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Medjaturi skont il-proċedura li ġejja:</P><P>1. Il-partijiet ikkonċernati għandhom iressqu applikazzjoni għar-rikonoxximent taċ-ċertifikat ta’ medjatur akkreditat.</P><P>[…]</P><P>2. Il-formola tal-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta’ prova li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ċertifikat tal-organu ta’ taħriġ, indirizzat lill-Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Medjaturi, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tal-Liġi 3898/2010, u li jiċċertifika:</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>in-numru totali ta’ sigħat ta’ taħriġ,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>is-suġġetti mgħallma,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>cc)</NO.P><TXT>il-post tat-taħriġ,</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>dd)</NO.P><TXT>in-numru ta’ parteċipanti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ee)</NO.P><TXT>in-numru u l-kwalifiki ta’ min iħarreġ,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ff)</NO.P><TXT>il-proċedura tal-eżami u tal-evalwazzjoni tal-kandidati u l-modalitajiet li jiggarantixxu l-integrità.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>5. Il-Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Medjaturi taċċetta l-ekwivalenza taċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, sakemm dan iċ-ċertifikat joriġina minn organu rrikonoxxut barra mill-pajjiż u sakemm il-persuna kkonċernata tkun tista’ turi esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċeduri ta’ medjazzjoni bħala medjatur, assistent ta’ medjatur jew konsulent ta’ waħda mill-partijiet. Il-kummissjoni tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, titlob lill-persuna kkonċernata tgħaddi minn eżami addizzjonali, b’mod partikolari meta t-taħriġ tagħha jkun twettaq fil-Ġreċja minn organu ta’ oriġini barranija.</P><P>Fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ ċertifikat ta’ akkreditazzjoni miksub barra mill-pajjiż jew maħruġ minn organu ta’ taħriġ irrikonoxxut barra mill-pajjiż fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja, il-Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Medjaturi tista’ taċċetta l-ekwivalenza taċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, anki jekk il-persuna kkonċernata ma tipprovax esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċeduri ta’ medjazzjoni bħala medjatur, assistent ta’ medjatur jew konsulent ta’ waħda mill-partijiet, sakemm l-elementi kollha fil-fajl tal-persuna kkonċernata juru b’mod ċar it-taħriġ kontinwu tagħha u l-prattika sistematika tagħha tal-medjazzjoni u sakemm dan iċ-ċertifikat inkiseb mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara lment irċevut mis-servizzi tagħha, il-Kummissjoni, wara li kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Liġi 3898/2010 u tal-Ordni Ministerjali 109088 emendata bid-Direttivi 2006/123 u 2005/36, talbet, fil-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, informazzjoni mingħand ir-Repubblika Ellenika dwar it-taħriġ tal-medjaturi fil-Greċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika wieġbet għal din it-talba permezz tal-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Ellenika u stednitha tressaq l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-inkompatibbiltà possibbli tal-imsemmija liġi u ordni mal-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/123, kif ukoll mal-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 2005/36. Ir-Repubblika Ellenika wieġbet għall-imsemmija ittra fit-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali, li permezz tagħha hija tenniet il-pożizzjoni tagħha u ddikjarat ukoll li kienet imħassba fir-rigward tal-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Griega mal-Artikolu 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36, sa fejn ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-medjaturi li jinkisbu fi Stati Membri oħra tal-Unjoni huwa suġġett għal kundizzjonijiet li jmorru lil hinn minn dak permess minn din id-direttiva. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-leġiżlazzjoni Griega kienet qiegħda tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif ipprovdut fl-Artikoli 45 u 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika wieġbet għall-imsemmija ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali fit-<DATE ISO="20151123">23 ta’ Novembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx konvinta mit-tweġibiet tar-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni ħarġet, fil-<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, opinjoni motivata, innotifikata fis-26 ta’ Frar lil dan l-Istat Membru li permezz tagħha hija sostniet, minn naħa, li billi llimitat il-forma tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi għal<?PAGE NO="11"?> kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, li għandhom ikunu kkostitwiti minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, din tal-aħħar naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-opinjoni motivata, billi ssuġġettat il-proċedura ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi għal rekwiżiti addizzjonali dwar il-kontenut taċ-ċertifikati u għal miżuri kumpensatorji mingħajr evalwazzjoni minn qabel tad-differenzi sostanzjali u billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet diskriminatorji li jobbligaw lill-applikanti juru esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċedura ta’ medjazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 45 u 49 TFUE, l-Artikoli 13, 14 u 50(1) tad-Direttiva 2005/36 u l-Anness VII tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Bit-tweġiba tagħha tal-<DATE ISO="20160510">10 ta’ Mejju 2016</DATE>, ir-Repubblika Ellenika kkontestat l-allegat nuqqas billi sostniet li, minn naħa, l-attività ta’ medjazzjoni hija koperta mill-eċċezzjoni prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51 TFUE peress li din hija attività li tipparteċipa fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika. Fi kwalunkwe każ, l-interess ġenerali relatat mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja jista’ jkun aċċettat bħala ġustifikazzjoni għal restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, dan l-Istat Membru sostna li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni ma jċaħħdux lill-medjatur li kiseb il-kwalifiki professjonali korrispondenti fi Stat Membru ieħor mid-dritt li jeżerċita din il-professjoni. Barra minn hekk, jirriżulta mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni li kien possibbli li l-kompetenza ta’ medjatur tiġi stabbilita mill-provi fil-fajl dwar it-taħriġ kontinwu tiegħu minflok il-kriterju tal-esperjenza li jirrikjedi tliet parteċipazzjonijiet fi proċedura ta’ medjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Billi ma qablitx mal-opinjoni tar-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni ressqet dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tar-rikors</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-ambitu tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni għamlet żewġ ilmenti. Minn naħa, hija sostniet li l-Artikolu 5(1) tal-Liġi 3898/2010 u l-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali 123/2011 introduċew restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment kif iddefinita fl-Artikolu 49 TFUE u kisru l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE. Min-naħa l-oħra, hija sostniet li l-Ordni Ministerjali 109088 emendata kisret l-Artikoli 13, 14 u 50 tad-Direttiva 2005/36 u l-Anness VII tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-difiża tagħha, mingħajr ma kkontestat l-ilmenti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Liġi 3898/2010 u l-Ordni Ministerjali 109088 emendata, ir-Repubblika Ellenika ddikjarat li l-Liġi 3898/2010 u d-Digriet Presidenzjali 123/2011 kienu tħassru b’effett mill-pubblikazzjoni, fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Ellenika</HT>, fis-<DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, tal-Liġi 4512/2018. Minn dan isegwi, skont ir-Repubblika Ellenika, li l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni fir-rikors tagħha ma jagħmlux iktar sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-<HT TYPE="ITALIC">petitum</HT> tan-nota tagħha u fis-seduta, il-Kummissjoni sostniet li dan ir-rikors ikopri wkoll is-sitwazzjoni li tirriżulta minn dawn l-emendi leġiżlattivi introdotti bil-Liġi 4512/2018, sa fejn, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sistema stabbilita mil-leġiżlazzjoni kkontestata matul il-proċedura prekontenzjuża nżammet, fl-intier tagħha, bil-miżuri l-ġodda adottati mill-Istat Membru wara l-opinjoni motivata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, għandu jiġi rrilevat li l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata skont kif tkun is-sitwazzjoni tal-Istat Membru meta jiskadi t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata u li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni t-tibdil li jsir wara (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑202/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:318">EU:C:2017:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ emenda sussegwenti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fi proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni ma għandhiex temenda s-suġġett tar-rikors tagħha billi timputa l-ilmenti tagħha fformulati kontra l-leġiżlazzjoni preċedenti lil dik li tirriżulta mill-emenda adottata, ladarba ż-żewġ verżjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom kontenut identiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:202">EU:C:2013:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-suġġett tat-tilwima ma jistax jiġi estiż għal obbligi li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġodda li ma jikkorrispondux għal dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-verżjoni inizjali tal-att inkwistjoni, mingħajr ma jkun hemm ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali li jirregolaw il-proċedura li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑488/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:267">EU:C:2017:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Sa fejn, kif għadu kif ġie indikat, il-Kummissjoni imputat, fir-replika tagħha, l-ewwel ilment imressaq fir-rikors tagħha fil-konfront tal-Liġi 4512/2018 ukoll, hemm lok li jiġi ddeterminat jekk din l-imputazzjoni timplikax bidla fis-suġġett tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma jirriżultax mill-qari tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi 4512/2018 jew mill-argumentazzjoni tal-Kummissjoni marbuta magħhom li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi tal-aħħar għandhom kontenut identiku għal dak tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn l-ewwel ilment tal-Kummissjoni jirrigwarda wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Liġi 4512/2018, dan jemenda s-suġġett tat-tilwima b’tali mod li għandhom jiġu eżaminati l-ilmenti kif imqajma fir-rikors tal-Kummissjoni, mingħajr ma titqies l-estensjoni tal-ewwel ilment li saret fir-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ilmenti relatati mal-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49 TFUE, tal-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123, tal-Artikoli 13, 14, 50(1) u tal-Anness VII tad-Direttiva 2005/36 għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli sa fejn dawn l-ilmenti jikkonċernaw il-Liġi 4512/2018.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment relatat mal-ksur tal-Artikolu 49 TFUE u tal-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, jirriżulta, minn naħa, mill-Artikolu 5(1) tal-Liġi 3898/2010 u, min-naħa l-oħra, mill-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali 123/2011, li l-kumpanniji li jipprovdu servizzi ta’ taħriġ bil-ħsieb li jipprovdu edukazzjoni lil medjaturi, li jkunu jistgħu, fuq dik il-bażi, joqogħdu għall-eżami li jwassal għall-ksib tal-akkreditazzjoni ta’ medjatur fil-Greċja, għandu jkollhom esklużivament il-forma<?PAGE NO="13"?> legali ta’ kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ komposti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn kamra professjonali fil-Greċja u għandhom ikunu joperaw fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 7 ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-rekwiżit tal-kompożizzjoni meħtieġa tal-organu ta’ taħriġ kif ukoll ir-rekwiżit tal-forma legali meħtieġa tiegħu, huma ta’ deterrent kemm għall-organi ta’ taħriġ barra mill-pajjiż li jkunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba fil-Greċja kif ukoll għal dawk li jixtiequ jistabbilixxu stabbiliment sekondarju, b’mod li dawn ir-rekwiżiti jirrestrinġu l-libertà tal-istabbiliment prevista fl-Artikolu 49 TFUE u fl-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, mil-Liġi 3898/2010 jirriżulta li t-taħriġ offrut mill-organi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti minn din il-liġi ma jistax jagħti aċċess għall-eżami meħtieġ, skont l-Artikolu 6 tal-imsemmija liġi, u, finalment, għall-kisba tal-akkreditazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ medjatur fil-Greċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li dawn ir-rekwiżiti la huma ġġustifikati minn raġuni impellanti ta’ interess ġenerali u lanqas ma huma adatti sabiex jiggarantixxu li jintlaħaq l-għan imfittex minnhom u jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Barra minn hekk, dawn jistgħu jiġu applikati b’mod li jista’ jkun diskriminatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, b’mod kuntrarju għall-argumenti mressqa mir-Repubblika Ellenika fl-ambitu tal-proċedura prekontenzjuża, l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 51 TFUE ma hijiex applikabbli f’dan il-każ. Minn naħa, ma jistax jiġi dedott mid-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Mauri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑250/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:96">EU:C:2005:96</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jirrigwarda l-parteċipazzjoni ta’ avukati fil-bord tal-eżami previst, li r-regola nazzjonali inkwistjoni hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, sa fejn l-Artikolu 5 tal-Liġi 3898/2010 jirrigwarda l-kompożizzjoni u l-forma legali tal-organi ta’ taħriġ tal-medjaturi. Min-naħa l-oħra, l-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma jikkonċernax is-servizz tal-medjazzjoni bħala tali, iżda s-servizz tat-taħriġ tal-medjaturi li ma jaqax taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, inkluża l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raġunijiet impellanti ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw ir-restrizzjonijiet inkwistjoni, il-Kummissjoni ssostni, fl-ewwel lok, li l-għan li tiġi ggarantita l-kwalità tal-medjazzjoni jista’ jsib sostenn fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/52. Madankollu, hija tqis li dan l-Artikolu 4 moqri fid-dawl tal-premessa 16 ta’ din id-direttiva jipprevedi, minn naħa, il-kontroll tal-kwalità tal-provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ permezz ta’ mekkaniżmi bħall-kodiċijiet ta’ kondotta tajba u, min-naħa l-oħra, li dan l-Artikolu 4 ma jirrigwardax ir-regoli relatati mal-organizzazzjoni tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi bħal dawk li jirregolaw il-forma legali meħtieġa u dawk relatati maż-żamma tal-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni targumenta li, jekk, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi ta’ medjazzjoni u l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ edukazzjoni jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet impellanti ta’ interess ġenerali, ir-Repubblika Ellenika tibqa’ tonqos milli turi li r-rekwiżiti relatati mal-forma legali u maż-żamma ta’ kapital ta’ kumpannija jippermettu li jintlaħqu dawn l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li r-restrizzjonijiet inkwistjoni ma humiex proporzjonati mal-għanijiet imfittxija peress li, minn naħa, jeżistu miżuri inqas restrittivi, bħall-introduzzjoni ta’ programm ta’ studji adattat, id-definizzjoni tal-kriterji għall-għalliema u l-materjal użat u l-istabbiliment ta’ kriterji għall-eżamijiet obbligatorji li jagħtu aċċess għall-professjoni. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tosserva li r-Repubblika Ellenika diġà tapplika miżuri oħrajn inqas restrittivi sabiex tiżgura livell għoli ta’ edukazzjoni, bħar-rekwiżit li t-taħriġ isir minn medjaturi esperjenzati, l-organizzazzjoni tal-eżamijiet quddiem bord tal-Istat, jew ukoll id-definizzjoni mil-liġi tal-kontenut u t-tul tal-programm ta’ taħriġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika sempliċement tirrimarka li, wara l-adozzjoni tal-Liġi 4512/2018, dan l-ilment ma għadux jagħmel sens.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel ilment ta’ dan ir-rikors huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 49 TFUE u l-ksur tal-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu fl-ewwel lok jitfakkar li mill-premessa 6 tad-Direttiva 2006/123 jirriżulta li t-tneħħija tal-ostakoli għal-libertà ta’ stabbiliment ma tistax titwettaq biss bl-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 49 TFUE minħabba, b’mod partikolari, il-kumplessità estrema tat-trattament każ b’każ tal-ostakoli għal din il-libertà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Rina Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑593/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:399">EU:C:2015:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u li, konsegwentement, għandha tiġi adottata direttiva fil-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123, ma jkunx hemm lok li din tiġi eżaminata wkoll fid-dawl tal-Artikolu 49 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:108">EU:C:2016:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>X u Visser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:44">EU:C:2018:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi evalwat jekk l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123 huwiex fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/123 jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk is-sistema legali tagħhom tipprevedix rekwiżiti bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 15, u għandhom jiżguraw li dawn ikunu kompatibbli mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 tal-imsemmi Artikolu 15.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet kumulattivi elenkati fl-imsemmi Artikolu 15(3) jirrigwardaw, l-ewwel nett, in-natura nondiskriminatorja tar-rekwiżiti kkonċernati, li ma jistgħux ikunu direttament jew indirettament diskriminatorji fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew, fir-rigward tal-kumpanniji, fuq il-bażi tal-post tas-sede statutorja tagħhom; it-tieni nett, in-natura neċessarja tagħhom, jiġifieri li għandhom ikunu ġġustifikati minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali; u, it-tielet nett, il-proporzjonalità tagħhom, peress li l-imsemmija rekwiżiti għandhom ikunu adatti sabiex jiżguraw li jintlaħaq l-għan imfittex u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan u miżuri oħrajn inqas vinkolanti ma għandhomx jippermettu li jintlaħaq l-istess riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ilmenti fformulati mill-Kummissjoni huma intiżi li jikkonstataw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li l-imsemmija istituzzjoni tidentifika fir-rikors tagħha jintroduċu rekwiżiti tat-tip ta’ dawk elenkati fl-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/123, u li, peress li l-imsemmija rekwiżiti ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 15, dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jiksru l-paragrafi 1 sa 3 tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżiti dedotti mill-Artikolu 5 tal-Liġi 3898/2010 jaqgħux taħt l-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) tal-imsemmija direttiva, kif issostni l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2006/123 moqri fid-dawl tal-premessa 73 jipprevedi kategorija ta’ rekwiżiti li jirrikjedu li l-fornitur ikun ikkostitwit f’forma legali partikolari, li tinkludi, b’mod partikolari, ir-rekwiżit li dan ikun persuna ġuridika jew entità mingħajr skop ta’ qligħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li r-rekwiżit dwar il-forma legali tal-organu ta’ taħriġ tal-medjaturi meħtieġ fl-Artikolu 5 tal-Liġi 3898/2010, li skontu l-organi ta’ taħriġ tal-medjaturi għandhom ikunu kkostitwiti bħala kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, jaqa’ espressament taħt l-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2006/123 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:108">EU:C:2016:108</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 15(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123 moqri fid-dawl tal-premessa 73 jirreferi għal kategorija oħra ta’ rekwiżiti marbuta maż-żamma tal-kapital ta’ kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, ir-rekwiżit relatat mal-kompożizzjoni tal-organu ta’ taħriġ li skontu l-organi ta’ taħriġ tal-medjaturi għandhom ikunu kkostitwiti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, meħtieġ mill-Artikolu 5 tal-Liġi 3898/2010, jaqa’ taħt l-Artikolu 15(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk ir-regoli nazzjonali inkwistjoni jaqgħux taħt l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, skont l-Artikolu 15(3)(a) tad-Direttiva 2006/123, ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma humiex inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva sakemm, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew, fir-rigward tal-kumpanniji, fuq il-bażi tal-post tas-sede statutorja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-Artikolu 5 tal-Liġi 3898/2010 jirriżulta li r-rekwiżiti relatati mal-forma legali, maż-żamma ta’ kapital u mal-kompożizzjoni tal-organu ta’ taħriġ tal-medjaturi japplikaw kemm għall-organi ta’ taħriġ stabbiliti fil-Greċja kif ukoll għal dawk stabbiliti fi Stati Membri oħra. Għalhekk, dawn ir-rekwiżiti ma humiex diskriminatorji fis-sens tal-Artikolu 15(3)(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-ħtieġa għar-regoli nazzjonali inkwistjoni, jekk ir-Repubblika Ellenika ma tipprovdix ġustifikazzjonijiet speċifiċi għall-Artikolu 5 tal-Liġi 3898/2010, jirriżulta mill-argumenti tagħha, espressi waqt is-smigħ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-leġiżlazzjoni hija adatta, skont l-Artikolu 15(3)(b) tad-Direttiva 2006/123, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ kwalità għas-servizzi ta’ taħriġ tal-medjaturi u sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ organi ta’ taħriġ f’reġjuni periferiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, minkejja li dawn ir-raġunijiet jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet impellanti ta’ interess ġenerali, xorta waħda jibqa’ l-fatt li r-Repubblika Ellenika ma ressqet l-ebda argument li jista’ juri li r-regoli relatati mal-forma legali ta’ kumpannija ta’ taħriġ u maż-żamma tal-kapital tagħha jikkostitwixxu miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Ladarba dawn it-tliet kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123 huma kumulattivi, għandu jiġi kkonstatat li r-regoli nazzjonali inkwistjoni ma josservawx it-tieni waħda minn dawn il-kundizzjonijiet mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi vverifikat it-tielet rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li, billi llimitat il-forma legali tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi għal kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, li għandhom ikunu kkostitwiti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment relatat mal-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi 3898/2010 u tal-Ordni Ministerjali 109088 emendata jiksru l-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36. Dawn id-dispożizzjonijiet jiksru wkoll il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>B’mod preliminari, din l-istituzzjoni ssostni billi tfakkar id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>professjoni regolata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36 li din id-direttiva ma teħtieġx ċertifikat ta’ studji speċifiku għall-aċċess għall-professjoni ta’ medjatur u lanqas ma tillimita l-applikazzjoni tagħha għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>eżerċizzju<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ta’ professjoni rregolata. Skont din l-istituzzjoni, jekk, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jirregolaw din il-professjoni u jiddefinixxu l-kundizzjonijiet tal-aċċess, xorta waħda jibqa’ l-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma jistgħux jikkostitwixxu ostakolu inġustifikat għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Peress li l-aċċess għall-professjoni ta’ medjatur huwa suġġett, fil-Greċja, kemm għal taħriġ speċifiku kif ukoll għal akkreditazzjoni, mogħtija lil kandidat li jkun għadda mill-eżami previst, il-Kummissjoni tqis li l-professjoni tal-medjaturi taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Hija tqis li n-nuqqas tar-Repubblika Ellenika li taħtar l-awtoritajiet kompetenti u l-organi kompetenti mogħtija s-setgħa joħorġu jew jirċievu l-provi ta’ kwalifiki u dokumenti jew informazzjoni oħra, skont l-Artikolu 56(3) ta’ din id-direttiva, ma jistax jiġi invokat sabiex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kontenut taċ-ċertifikat tal-organu ta’ taħriġ li għandu jiġi pprovdut minn medjatur migrant sabiex jikseb l-akkreditazzjoni sabiex jipprattika din il-professjoni fil-Greċja, il-Kummissjoni tosserva li mill-Ordni Ministerjali 109088 emendata jirriżulta li talba għar-rikonoxximent, fil-Greċja, taċ-ċertifikat ta’ studji ta’ medjatur barrani għandha tkun akkumpanjata, b’mod partikolari, minn ċertifikat mill-organu ta’ taħriġ li jiċċertifika l-metodu ta’ tagħlim, in-numru ta’ parteċipanti, in-numru u l-kwalifiki ta’ min iħarreġ, il-proċedura tal-eżami u l-evalwazzjoni tal-kandidati u l-modalitajiet li jiggarantixxu l-integrità. Tali kundizzjonijiet imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi evalwat il-livell tal-għarfien u tal-kwalifiki professjonali li d-detentur huwa preżunt li għandu. Konsegwentement, il-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija jmorru kontra l-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/36 jirriżulta li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tagħti aċċess għall-professjoni rregolata lil applikanti li jkollhom attestazzjoni ta’ kompetenzi jew prova ta’ kwalifiki meħtieġa minn Stat Membru ieħor sabiex ikollhom aċċess għal jew jipprattikaw l-istess professjoni fit-territorju tiegħu. Minkejja li tali ċertifikati għandhom jinħarġu minn awtorità kompetenti fi Stat Membru u jiċċertifikaw ċertu livell ta’ kwalifika professjonali, xorta waħda jibqa’ l-fatt, skont il-Kummissjoni, li d-Direttiva 2005/36 ma tirrikjedix li d-diplomi mogħtija fi Stati Membri oħra jiċċertifikaw edukazzjoni u taħriġ ekwivalenti jew komparabbli għal dawk meħtieġa fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2005/36 jipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lill-applikant jipprovdi informazzjoni dwar it-taħriġ tiegħu biss sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex wieħed jifhem l-eżistenza possibbli ta’ differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ellenika. Issa, skont din l-istituzzjoni, il-kundizzjonijiet meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma jippermettux li jiġi eżaminat jekk it-taħriġ irċevut mill-persuna kkonċernata jirrigwardax suġġetti li huma sostanzjalment differenti b’paragun ma’ dawk koperti mill-prova ta’ kwalifiki meħtieġa fit-territorju Grieg.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2005/36 jirriżulta li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, matul il-proċedura ta’ rikonoxximent, jeħtieġu d-dokumenti u ċ-ċertifikati elenkati fl-Anness VII ta’ din id-direttiva, bħal kopji taċ-ċertifikati ta’ ħiliet jew tat-titolu ta’ studji li jagħti aċċess għall-professjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Issa, il-Kummissjoni ssostni li mit-tieni subparagrafu tal-punt 1(b) tal-imsemmi Anness VII jirriżulta li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jistiednu lill-applikant jipprovdi tali informazzjoni dwar it-taħriġ tiegħu biss sa fejn dan huwa neċessarju sabiex wieħed jifhem l-eżistenza possibbli ta’ differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali meħtieġ. Għaldaqstant, skont din l-istituzzjoni, il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Griega jmorru kontra kemm l-Artikolu 14(1) kif ukoll l-Artikolu 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-miżuri kumpensatorji previsti mir-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni tfakkar li l-Artikolu 1(5) tal-Kapitolu A tal-Ordni Ministerjali 109088 emendata jipprovdi li l-Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Medjaturi tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, titlob lill-persuna kkonċernata tagħmel eżami addizzjonali, b’mod partikolari meta t-taħriġ tagħha jkun ġie pprovdut fil-Greċja minn organu ta’ oriġini barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Minkejja li l-Kummissjoni taċċetta li d-Direttiva 2005/36 ma tirrikjedix li jiġu ddikjarati l-kriterji ta’ tali eżamijiet, hija tosserva, madankollu, li, fl-assenza ta’ regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċedura tal-eżami, din tal-aħħar tista’ tkun arbitrarja jew saħansitra diskriminatorja. Għaldaqstant, hija tqis li proċedura ta’ eżami mingħajr evalwazzjoni minn qabel tad-differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali meħtieġ tmur kontra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li waħda mill-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza tat-titolu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali hija dik tal-prova ta’ esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċeduri ta’ medjazzjoni bħala medjatur, assistent ta’ medjatur jew konsulent ta’ waħda mill-partijiet. Issa, tali kundizzjoni ma hijiex meħtieġa għall-medjaturi mħarrġa fil-Greċja. Skont il-Kummissjoni, din il-kundizzjoni hija diskriminatorja u tmur kontra l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prattika tal-amministrazzjoni Griega li ma tapplikax il-kundizzjoni hawn fuq iċċitata jekk il-provi fil-fajl ikkonċernat jippermettu l-prova ta’ taħriġ kontinwu u prattika sistematika tal-medjazzjoni, il-Kummissjoni tosserva li l-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni tista’ tiġi eliminata b’mod definittiv biss permezz ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti, li jkollhom l-istess valur legali bħal dawk li għandhom jiġu emendati, b’mod li prattika amministrattiva ma tkunx biżżejjed sabiex titqies li hija implimentazzjoni valida tal-obbligi li joħorġu mit-Trattat FUE. Fi kwalunkwe każ, din l-istituzzjoni ssostni li, skont il-leġiżlazzjoni Griega, il-possibbiltà li l-kriterju tal-esperjenza ma jiġix applikat tikkonċerna biss lil dawk ikkonċernati li jkunu kisbu ċertifikat ta’ akkreditazzjoni ta’ medjatur sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika tenfasizza li l-Ordni Ministerjali 109088 emendata tħassret bid-dħul fis-seħħ tal-Liġi 4512/2018 u tqis, għalhekk, li dan l-ilment ma għadux jagħmel sens.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>B’mod preliminari, fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36 fid-dawl tad-Direttiva 2008/52, għandu jiġi rrilevat, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, li din id-direttiva tal-aħħar ma tistax taffettwa, f’dan il-każ, l-applikabbiltà tad-Direttiva 2005/36. Fil-fatt, minkejja li d-Direttiva 2008/52 tirrigwarda ċerti aspetti tal-medjazzjoni fil-qasam ċivili u kummerċjali, xorta waħda jibqa’ l-fatt li hija ma twettaqx armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-professjoni ta’ medjatur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Ladarba dan ġie ċċarat, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-professjoni ta’ medjatur tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>professjoni regolata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36, għandu jitfakkar li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>professjoni regolata<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> hija kkostitwita minn attività professjonali jew grupp ta’ attivitajiet professjonali li l-aċċess għalihom, il-prattika tagħhom jew wieħed mill-modi ta’ prattika tagħhom huwa suġġett direttament jew indirettament, skont dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi, għall-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Malta Dental Technologists Association u Reynaud</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:707">EU:C:2017:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>B’dan il-mod, mill-Artikolu 3(1)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva 2005/36 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>kwalifiki professjonali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> speċifiċi, li jinsab fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-direttiva, ikopri kull kwalifika li tikkorrispondi għal prova ta’ kwalifiki maħsuba speċifikament sabiex tħejji lill-persuni li jkollhom din il-kwalifika għall-prattika ta’ professjoni partikolari (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Malta Dental Technologists Association u Reynaud</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:707">EU:C:2017:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-professjoni ta’ medjatur, kif irregolata fil-Greċja, tissodisfa l-kriterji msemmija fil-punti 86 u 87 ta’ din is-sentenza, sa fejn l-aċċess għaliha huwa suġġett għall-kundizzjoni li jiġi segwit kors ta’ taħriġ xieraq bil-għan li tinkiseb kwalifika professjonali u ċertifikat li jippermetti b’mod speċifiku lil din il-professjoni tiġi pprattikata, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 6(1) u (3) tal-Liġi 3898/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36, għandu jiġi rrilevat li r-rikonoxximent tal-provi ta’ kwalifiki tal-medjaturi huwa rregolat mill-Artikoli 10 sa 14 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tippermetti lill-applikanti jaċċedu għal professjoni rregolata u jeżerċitawha, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk taċ-ċittadini tagħha, jekk dawn ikollhom attestazzjoni ta’ kompetenzi jew prova ta’ kwalifiki, kif imsemmi fl-Artikolu 11 tal-istess direttiva, maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għal dan l-istess skop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Minkejja li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2005/36 jipprovdi li l-Artikolu 13 tagħha ma jżommx lill-Istat Membru ospitanti milli jimponi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>miżuri kumpensatorji<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li jikkonsistu f’perijodu ta’ adattament jew test ta’ kapaċità, fuq il-persuni li jixtiequ jaċċedu għal professjoni rregolata u jipprattikawha, xorta waħda jibqa’ l-fatt li, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-paragrafu 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan l-istess Artikolu 14 jillimita din il-possibbiltà għal sitwazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2005/36 jirriżulta, qabelxejn, li l-Istati Membri jistgħu jimponu miżuri kumpensatorji fil-każ fejn it-taħriġ li l-applikant irċieva jkun jirrigwarda suġġetti li huma sostanzjalment differenti minn dawk koperti mill-prova ta’ kwalifiki meħtieġa fl-Istat Membru ospitanti. Sussegwentement, skont il-paragrafu 4 tal-istess artikolu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>suġġetti sostanzjalment differenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għandu jiġi interpretat li jfisser suġġetti li fir-rigward tagħhom l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba huma essenzjali għall-prattika tal-professjoni u li fir-rigward tagħhom it-taħriġ irċevut mill-migrant juri differenzi sinjifikattivi f’termini ta’ kontenut b’paragun mat-taħriġ meħtieġ fl-Istat Membru ospitanti. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 14(5) jissuġġetta l-possibbiltà li jkunu meħtieġa miżuri kumpensatorji għall-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2005/36 jirriżulta li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ teżiġi d-dokumenti u ċ-ċertifikati elenkati fl-Anness VII ta’ din id-direttiva. Il-punt 1(b) u (ċ) ta’ dan l-anness jindika li l-produzzjoni taċ-ċertifikati msemmija fih tista’ tintalab skont il-kundizzjonijiet stabbiliti taħt dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet li l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Griega mad-Direttiva 2005/36 għandha tiġi eżaminata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-proċedura għar-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi, suġġetta għal rekwiżiti addizzjonali relatati mal-kontenut taċ-ċertifikat tal-organu ta’ taħriġ li għandu jiġi pprovdut minn medjatur migrant sabiex jikseb l-akkreditazzjoni għall-prattika ta’ din il-professjoni fil-Greċja, mill-Artikolu 1(2)(c) tal-Kapitolu A tal-Ordni Ministerjali 109088 emendata jirriżulta li l-leġiżlazzjoni Griega teżiġi li ċ-ċertifikat tal-organu ta’ taħriġ, indirizzat lill-Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni Ellenika, jinkludi sensiela ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-post tat-taħriġ, il-proċedura tal-eżami, l-evalwazzjoni tal-kandidati u l-modalitajiet sabiex tiġi żgurata l-integrità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, il-kundizzjonijiet imsemmija fil-leġiżlazzjoni Griega ma jinsabux fid-Direttiva 2005/36 u, min-naħa l-oħra, għall-kuntrarju tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 14, mill-Artikolu 50(1) u mill-punt 1 tal-Anness VII ta’ din id-direttiva, dawn ma humiex, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, xierqa sabiex jiġi evalwat, b’mod proporzjonat, il-kontenut tat-taħriġ segwit mill-applikanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-miżuri kumpensatorji meħtieġa mir-Repubblika Ellenika mingħand l-applikanti għal akkreditazzjoni ta’ medjatur li għandhom kwalifiki miksuba barra mill-pajjiż jew maħruġa minn organu ta’ taħriġ irrikonoxxut barra mill-pajjiż wara taħriġ ipprovdut fil-Greċja, għandu jiġi rrilevat li mill-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2005/36 jirriżulta li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tippreżupponi eżami li permezz tiegħu l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tiddetermina jekk hemmx differenzi sostanzjali bejn it-taħriġ li l-applikant irċieva u t-taħriġ nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-Artikolu 1(5) tal-Kapitolu A tal-Ordni Ministerjali 109088 emendata jirriżulta li, fil-każ tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ ċertifikat ta’ akkreditazzjoni miksub barra mill-pajjiż jew maħruġ minn organu ta’ taħriġ barrani fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja, il-Kummissjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Medjaturi tista’ taċċetta din l-ekwivalenza jekk l-applikant jista’ juri li għandu esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċeduri ta’ medjazzjoni bħala medjatur, assistent ta’ medjatur jew konsulent ta’ waħda mill-partijiet. Barra minn hekk, din il-kummissjoni tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, timponi fuq l-applikant eżami addizzjonali, b’mod partikolari fil-każ li t-taħriġ ikun sar fil-Greċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, li tali kundizzjonijiet ma jikkorrispondux għat-tipi ta’ kriterji previsti fid-Direttiva 2005/36 u li dawn jaqbżu l-marġni ta’ diskrezzjoni li din tal-aħħar tħalli lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tipprevedix evalwazzjoni minn qabel sabiex jiġi stabbilit li l-applikant irċieva taħriġ dwar suġġetti li huma sostanzjalment differenti minn dawk koperti mill-prova ta’ kwalifiki meħtieġa fl-Istat Membru ospitanti, meta tali evalwazzjoni minn qabel hija meħtieġa, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2005/36, sabiex kummissjoni ta’ akkreditazzjoni tkun tista’ teżiġi miżuri kumpensatorji, ma jistax jiġi sostnut li din il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija konformi mad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 1(5) tal-Kapitolu A tal-Ordni Ministerjali 109088 emendata jinjora wkoll l-obbligi previsti fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36 sa fejn il-persuni li japplikaw għal akkreditazzjoni ta’ medjatur wara li jkunu kisbu ċertifikat ta’ akkreditazzjoni minn organu ta’ taħriġ barrani huma meħtieġa li juru li għandhom esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċeduri ta’ medjazzjoni, filwaqt li tali kundizzjoni ta’ akkreditazzjoni ma tapplikax għall-persuni li jkunu kisbu ċertifikat ta’ akkreditazzjoni minn organu ta’ taħriġ nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux jiġu kkonfutati bl-argument li l-prattika amministrattiva tista’ tħalli tali kundizzjoni mhux applikata, sa fejn huwa stabbilit li anki jekk, fil-prattika, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ma japplikawx dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, iċ-ċertezza legali<?PAGE NO="20"?> teżiġi xorta waħda li din id-dispożizzjoni tiġi emendata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070705">5 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑522/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:405">EU:C:2007:405</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Mill-osservazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, billi ssuġġettat il-proċedura ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi għal rekwiżiti addizzjonali li jikkonċernaw il-kontenut taċ-ċertifikati meħtieġa u għal miżuri kumpensatorji mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-eżistenza possibbli ta’ differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>billi llimitat il-forma legali tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi għal kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, li għandhom ikunu kkostitwiti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123;</P></ITEM><ITEM><P>billi ssuġġettat il-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki akkademiċi għal rekwiżiti addizzjonali relatati mal-kontenut taċ-ċertifikati meħtieġa u għal miżuri kumpensatorji mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-eżistenza possibbli ta’ differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali, u billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet diskriminatorji li jobbligaw lill-applikanti għal akkreditazzjoni ta’ medjatur li jkollhom ċertifikati ta’ akkreditazzjoni miksuba barra mill-pajjiż jew maħruġa minn organu ta’ taħriġ irrikonoxxut barra mill-pajjiż fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja juru li għandhom esperjenza ta’ mill-inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċedura ta’ medjazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni talbet li r-Repubblika Ellenika tiġi kkundannata għall-ispejjeż u din tal-aħħar tilfet il-kawża, hemm lok li r-Repubblika Ellenika tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">Billi llimitat il-forma legali tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi għal kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, li għandhom ikunu kkostitwiti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad‑Direttiva 2006/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">billi ssuġġettat il-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki akkademiċi għal rekwiżiti addizzjonali relatati mal-kontenut taċ‑ċertifikati meħtieġa u għal miżuri kumpensatorji mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-eżistenza possibbli ta’ differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali, u billi żammet fis‑seħħ dispożizzjonijiet diskriminatorji li jobbligaw lill-applikanti għal akkreditazzjoni ta’ medjatur li jkollhom ċertifikati ta’ akkreditazzjoni miksuba barra mill-pajjiż jew maħruġa minn organu ta’ taħriġ irrikonoxxut barra mill-pajjiż fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja juru li għandhom esperjenza ta’ mill‑inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċedura ta’ medjazzjoni, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l‑Artikoli 13, 14, 50(1) u<?PAGE NO="21"?> l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20131120">20 ta’ Novembru 2013</DATE>.</HT></P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>