|
18.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/19 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1212/2010
tad-29 ta’ Novembru 2010
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Protokoll ġdid (minn issa “il-Protokoll”) għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (1) (minn issa “il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-21 ta’ Mejju 2010 u ġie emendat bi Skambju ta’ Ittri fis-16 ta’ Settembru 2010. Dan il-Protokoll ġdid jipprovdi lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom l-Unjoni tal-Komoros għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni Nru 2010/783/UE (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid, |
|
(3) |
Għandu jiġi definit il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għal kemm idum jgħodd il-Protokoll, |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 10(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità (3), jekk ikun jidher illi l-possibiltajiet ta’ sajd allokati lill-Unjoni Ewropea bis-saħħa tal-Protokoll mhumiex użati bis-sħiħ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. F’każ li ma tasalx risposta, fi żmien li għandu jiġi ffissat mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tagħhom tas-sajd matul il-perjodu in kwistjoni. Din l-iskadenza għandha tiġi ffissata. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sjad stipulati fil-Protokoll għall-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun
|
|
(b) |
bastimenti tas-sajd għall-wiċċ
|
2. Bla ħsara għall-Ftehim u għall-Protokoll, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tikkunsidra l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
Il-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(1), tar-Regolament imsemmi għandu jiġi ffissat għal għaxar ġranet ta’ xogħol.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
K. PEETERS
(1) ĠU L 290, 20.10.2006, p. 7.
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.