2008R0619 — MT — 01.07.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 619/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

(ĠU L 168, 28.6.2008, p.20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 150/2009 tal-20 ta' Frar 2009

  L 50

19

21.2.2009

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 151/2009 tal-20 ta' Frar 2009

  L 50

20

21.2.2009

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2011 tas-27 ta’ April 2011

  L 108

23

28.4.2011

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 619/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fil-kummerċ dinji u fil-Komunità tista' tkun koperta għal ċerti prodotti tal-ħalib b'rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni safejn ikun meħtieġ ħalli jagħmluha possibbli li dawk il-prodotti jkunu esportati fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet milħuqa skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 ( 2 ) stipula r-regoli għall-proċedura ta’ l-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi ex 0402 10 19 9000, il-butir naturali fi blokki kopert bil-kodiċi ex 0405 10 19 9700, iż-żejt tal-butir fil-kontenituri kopert bil-kodiċi ex 0405 90 10 9000. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula r-regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta li tiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli ( 3 ) jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 580/2004 mill-1 ta’ Lulju 2008.

(3)

Skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 għandha tinfetaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-prodotti koperti bl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament. Billi r-Regolament (KE) Nru 1454/2007 ma jelenkax ir-regoli speċifiċi kollha għas-settur tal-ħalib inklużi s'issa fir-Regolament (KE) Nru 580/2004, huwa meħtieġ li dawk ir-regoli jkunu stipulati mid-data tar-revoka ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ prattiċità u fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut Regolament uniku li jkun fih ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir ( 4 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna trab tal-ħalib xkumat ( 5 ).

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 6 ) japplika għal-liċenzji kollha ta’ l-esportazzjoni u għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib. Ġaladarba l-liċenzji maħruġa fil-kuntest ta’ l-offerta li għandha tinfetaħ b'dan ir-Regolament huma għal prodotti speċifiċi, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli speċifiċi ta’ deroga mir-regoli ġenerali tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1282/2006. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 jipprovdi li l-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa r-rifużjoni massima u jistipula li l-liċenzja għandha ssir valida fl-istess jum li tinħareġ. Huwa xieraq għalhekk li jkun stipulat perjodu ta’ validità differenti minn dak li jipprovdi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 biex ikun żgurat perjodu ugwali għal-liċenzji kollha maħruġa.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-ambitu

Sejħa permanenti għall-offerti hija miftuħa sabiex tiddetermina r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal dawn il-prodotti tal-ħalib imsemmija fis-Sezzjoni 9 ta’ l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3864/87 ( 7 ), li tiżgura aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunità:

(a) il-butir naturali fi blokki ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex 0405 10 19 9700;

(b) iż-żejt tal-butir f'kontenituri ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex 0405 90 10 9000;

(c) it-trab tal-ħalib xkumat fi xkejjer ta’ mhux anqas minn 25 kilogramma piż nett u li jkun fih mhux iktar minn 0.5 % tal-piż magħmul minn materjal mhux lattiku miżjud kopert bil-kodiċi tal-prodott ex 0402 10 19 9000.

Artikolu 2

Destinazzjonijiet

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma intenzjonati għall-esportazzjoni fid-destinazzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta':

(a) pajjiżi terzi: Andorra, il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u s-Santa Sede (L-Istat tal-Belt tal-Vatikan);

(b) it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta’ Livigno u Campione fl-Italja, u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(c) it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom huwa responsabbli Stat Membru u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà;

▼M2

(d) dawk it-territorji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 36(1), l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 ( 8 ).

▼B

Artikolu 3

Regoli applikabbli

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 ( 9 ), (KE) Nru 1282/2006 u (KE) Nru 1454/2007 għandhom japplikaw, għajr meta jipprovdi xort'oħra dan ir-Regolament.

Artikolu 4

It-tressiq ta’ l-offerti

1.  L-offerti jistgħu jitressqu biss matul il-perjodi ta’ l-offerti u għandhom ikunu validi biss għall-perjodu ta’ l-offerti li fih ikunu mressqa.

 

Kull perjodu tal-offerti għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) fit-Tlieta ta’ qabel id-data tal-għeluq, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

 ◄

(a) f’Awwissu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta;

(b) f’Diċembru għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) ta’ l-ewwel Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.

▼M3

Kull perjodu tal-offerti għandu jagħlaq fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) f’Awwissu għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tar-raba’ Tlieta;

(b) f’Diċembru għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tieni Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jagħlaq fil-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.

3.  Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jkun innumerat f'serje li tibda bl-ewwel perjodu li hemm provvediment għalih.

4.  L-offerti għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness II.

5.  L-offerti għandhom jitressqu separatament, skond id-destinazzjoni, għal wieħed mill-kodiċi tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1.

6.  Minbarra r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, offerta għandha tindika f'Sezzjoni 16 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja l-kodiċi tal-prodott għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni u qablu “ex” kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Kwantitajiet ta’ l-applikazzjoni

Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 kull offerta għandha tkopri kwantità minima ta’ mhux anqas minn 10 tunnellati.

Artikolu 6

Garanziji

Il-garanzija ta’ l-offerti għandha tkun ta’ 15 % ta’ l-ammont massimu l-iktar riċenti ta’ rifużjoni ta’ l-offerta stabbilit għall-istess kodiċi ta’ prodott u għall-istess destinazzjoni. Madankollu, il-garanzija ta’ l-offerta ma tistax tkun ta’ inqas minn EUR 5 għal kull 100 kg.

Artikolu 7

Notifika ta’ l-offerti lill-Kummissjoni

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fi żmien tliet sigħat mill-għeluq ta’ kull perjodu ta’ offerti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, separatament l-offerti validi kollha kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni

1.  L-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 ma għandux japplika.

2.  B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandu jibda fl-istess jum li jinħarġu u għandu jagħlaq fl-aħħar tar-raba' xahar li jiġi wara x-xahar li fih jagħlaq il-perjodu ta’ l-offerti skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 581/2004 u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 huma revokati.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

L-ISTAT MEMBRU:

Persuna ta' kuntatt:

Telefown:

Feks:

Posta elettronikal:



A.  82 % Butir

1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (1)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

(1)   Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.



B.  Iż-żejt tal-butir:

1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (1)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

(1)   Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.



C.  It-trab tal-ħalib xkumat

1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (1)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

(1)   Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.




ANNESS II

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1454/2007 u fir-Regolament preżenti fejn għandhom jitressqu l-offerti:



BE

Bureau d'intervention et de restitution belgeBelgisch Interventie- en RestitutiebureauRue de Trèves 82/Trierstraat 82B-1040 Bruxelles/BrusselTél./Tel. (32-2) 287 24 11Télécopieur/Fax (32-2) 287 25 24

BG

State fund “Agriculture” — Paying Agency136, Tsar Boris III Blvd.1618 SofiaBulgariaTel.: + 359 2 81 87 100Tel./fax: + 359 2 81 87 167

CZ

Státní zemědělský intervenční fond (SZIF)Ve Smečkách 33110 00, Praha 1Czech RepublicTel: (420) 222 871 431Fax: (420) 0 222 871 769E-mail: licence@szif.cz

DK

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og FiskeriDirektoratet for FødevareErhvervEksportstøttekontoretNyropsgade 30DK-1780 København VTlf. (45) 33 95 80 00Fax (45) 33 95 80 18

DE

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE)D-53168 Bonn

oder

Deichmanns Aue 29D-53179 BonnTel. (0049 228) 6845-3732, 3718, 3884Fax (0049 228) 6845-3874, 3792

EE

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)Narva mnt 3Tartu 51009EestiTel: (+ 372) 737 1200Fax: (+ 372) 737 1201

EL

ΟΠΕΚΕΠΕ — Διεύθυνση μηχανισμών αγοράςΑχαρνών 364 & Γλαράκη 10βGR-111 45 ΑθήναTηλ.: (30-210) 212 48 93Φαξ: (30-210) 202 06 08

ES

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y MarinoFondo Español de Garantía AgrariaSubdireccion General de Regulación de MercadosAlmagro, 33E-28010Tel. (34) 913 47 49 17-18Fax (34) 913 47 47 07

FR

Office de l’élevage12, rue Henri-Rol-TanguyTSA 30003F-93555 Montreuil-sous-BoisTél. (33-1) 73 30 30 00Fax (33-1) 73 30 30 38

▼M4

HR

Agencija za plaćanja u poljoprivredi, ribarstvu i ruralnom razvojuUlica grada Vukovara 269 d10 000 ZagrebIl-KroazjaTelefon: 00 385 1 6002 700Telefaks: 00 385 1 6002 85

▼B

IE

Department of Agriculture, Fisheries and FoodJohnstown Castle EstateWexfordIrelandTel. (353) 53 63 400Fax (353) 53 42 843

IT

Ministero del commercio internazionaleDirezione generale per la politica commercialeDIV. IIViale Boston 25I-00142 RomaTel: + 39 06 59 93 22 04Fax: + 39 06 59 93 21 41

CY

Ministry of Commerce, Industry and TourismImport & Export Licensing Unit1421 Lefkosia (Nicosia)CyprusTel: + 357 22867 100Fax: + 357 22375 120

LV

Lauku atbalsta dienests (LAD)Republikas laukums 2Rīga, LV-1981LatvijaTālr.: (371) 702 75 42Fakss: (371) 702 71 20

LT

Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijosBlindžių g. 1708111 VilniusLietuvaTel. + 370 5 25 26 703Faksas + 370 5 25 26 945

LU

Office des licences21, Rue Philippe IIL-2011 LuxembourgTél.: 352 24782370Télécopieur: 352 466138

HU

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (MVH)Soroksári út 22–24.H-1095 BudapestHungaryTel.: (36-1) 37 43 603Fax: (36-1) 47 52 114

MT

Ministry for Rural Affairs and EnvironmentBarriera WharfValletta — CMR 02Tel: + 356 2295 2228

NL

Productschap zuivelLouis Braillelaan 80NL-2719 EK ZoetermeerNederlandTel.: (31-79) 368 1534Fax: (31-79) 368 1955E-mail: mr@pz.agro.nl

AT

Agrarmarkt AustriaDresdner Straße 70A-1200 WienTel.: (43-1) 331 51 0Fax: (43-1) 331 51 303E-Mail: lizenzen@ama.gv.at

PL

Agencja Rynku RolnegoNowy Świat 6/1200-400 WarszawaPolandTel. (48) 22 661-75-90Faks (48) 22 661-76-04

PT

Ministério das FinançasDirecção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o ConsumoDirecção de Serviços de LicenciamentoRua Terreiro do Trigo — Edifício da AlfândegaP-1149-060 LisboaTel.: (351) 218 81 42 62Fax.: (351) 218 81 42 61

RO

Agenția de Plăți și Intervenție pentru AgriculturăBd. Carol I nr. 17, sector 2030161 BucureștiRomâniaTel.: (40-21) 305 48 02Tel.: (40-21) 305 48 42Fax: (40-21) 305 48 03

SL

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželjaDunajska cesta 1601000 LjubljanaSlovenijaTelefon: + 386 1 478 9228Telefaks: + 386 1 478 9297

SK

Pôdohospodárska platobná agentúra (Agricultural Paying Agency)Dobrovičova 12815 26 BratislavaSlovenská republikaTel.: (421-2) 57 51 26 13Fax: (421-2) 53 41 21 80

FI

Maaseutuvirasto, MarkkinatukiosastoP.O. Box 256FI-00101 HelsinkiPuhelin: (358-20) 772 007Faksi (358-20) 772 55 09

SV

Statens jordbruksverkVallgatan 8S-511 82 JönköpingTfn (46-36) 15 50 00Fax (46-36) 19 05 46

UK

Rural Payments Agency (RPA)Lancaster House, Hampshire CourtUK — Newcastle upon Tyne NE4 7YETel. 44 0 191 226 5262Fax 44 0 191 226 5101



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

( 2 ) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).

( 3 ) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.

( 4 ) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).

( 5 ) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007.

( 6 ) ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

( 7 ) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

( 8 ) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

( 9 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.