2003R2305 — MT — 01.01.2012 — 005.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru, 2003 li (ĠU L 342, 30.12.2003, p.7) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 777/2004 tas-26 ta’ April 2004 |
L 123 |
50 |
27.4.2004 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 970/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 |
L 176 |
49 |
30.6.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2022/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 |
L 384 |
70 |
29.12.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1456/2007 ta' l-10 ta’ Diċembru 2007 |
L 325 |
76 |
11.12.2007 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1253/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011 |
L 319 |
47 |
2.12.2011 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2305/2003
tad-29 ta’ Diċembru, 2003 li
jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità jiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju, 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) fl-imsemmi Regolament,
Billi:|
(1) |
Wara negozjati dwar il-kummerċ li rriżultaw fil-konklużjoni ta’ ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mal-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, approvati rispettivament bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/253/EC ( 2 ) u 2003/254/EC ( 3 ), il-Komunità biddlet il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità baxxa u medja u ta’ xgħir billi ħolqot kwoti għall-importazzjoni li jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar, 2003. Dwar ix-xgħir, il-Komunità ddeċidiet li tbiddel is-sistema ta’ marġini ppreferuti b’żewġ kwoti tariffali, waħda għax-xgħir għall-malting u l-oħra għax-xgħir, taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2376/2002 ( 4 ). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2376/2002 jiftaħ kwota tariffali ta’ 300000 tunnellata metrika għall-importazzjoni ta’ xgħir li jaqa’ fil-qafas tal-kodiċi NM 1003 00 minn pajjiżi terzi u jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1766/92. Wara li ġie emendat l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1766/92 mir-Regolament (KE) Nru 1104/2002 rigward il-kalkolazzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali, dik il-kwota tariffali saret waħda definittiva. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2376/2002 ma jistax jibqa’ jkollu karattru derogattorju. Għal raġunijiet ta’ kjarezza u trasparenza, allura, dak ir-Regolament għandu jiġi mħassar u jiġi mibdul b’Regolament ġdid. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Mejju, 2004, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jsiru Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Peress li l-kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ 300000 tunnellata metrika ta’ xgħir hija kwota annwali mogħtija kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2004, huwa possibbli li tkun eżawrita jew kważi użata kollha fid-data tad-dħul ta’ dawn il-pajjiżi. Għalhekk, għas-sena 2004 biss, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu li l-Istati Membri ġodda jagħmlu użu minn dawn il-kwoti. |
|
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-importazzjonijiet tax-xgħir taħt din il-kwota tariffali jkunu regolari u mhux spekulattivi, dawn għandhom isiru suġġetti għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni. Fl-ambitu tal-kwantitajiet stabbiliti dawn il-liċenzji ser jinħarġu, mat-talba ta’ min ikun interessat, suġġetti, fejn ikun xieraq, għall-iffissar ta’ koeffiċjenti ta’ roħs fir-rigward tal-kwantitajiet mitluba. |
|
(5) |
Biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni ta’ din il-kwota ssir tajjeb, għadhom jiġu stabbiliti termini perentorji għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-informazzjoni li għandha tiġi nkluża fl-applikazzjonijiet u liċenzji għandhom ikunu speċifikati. |
|
(6) |
Sabiex jitieħdu inkonsiderazzjoni kondizzjonijiet ta’ fornitura, għandha ssir deroga dwar il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji. |
|
(7) |
Bl-għan li l-amministrazzjoni tal-kwota ssir tajjeb, għandha ssir deroga mir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju, 2000 li tistabilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u għall-iffissar antiċipat għal prodotti agrikoli ( 5 ) fejn jirrigwarda n-natura trasferibbli tal-liċenzji u t-tolleranza marbuta mal-kwantitajiet maħruġin f’ċirkolazzjoni libera. |
|
(8) |
Is-sigurtà fuq il-liċenzji ta’ importazzjoni għandha tkun issettjata f’livell għoli, b’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni għaċ-ċereali u għar-ross ( 6 ). |
|
(9) |
Għandha tiġi stabbilita sistema rapida ta’ komunikazzjoni reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li għalihom issir l-applikazzjoni u li jiġu mportati. |
|
(10) |
Il-kumitat ta’ amministrazzjoni għaċ-ċereali għadu ma tax opinjoni saż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandha tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 307 105 tunnellati ta’ xgħir li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 (bin-numru tas-serje 09.4126).
2. Il-kwota tariffarja hija miftuħa fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. It-taxxa ta’ importazzjoni ġewwa l-kwota tariffarja hija ta’ 16-il euro għal kull tunnellata.
Għall-prodotti stabbiliti f’dan ir-Regolament importati f’aktar mill-kwantità stabbilita fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, japplika l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003.
3. Id-Dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 ( 7 ) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
▼M3 —————
Artikolu 3
1. B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jagħmel rikjesta għal liċenzja waħda biss kull ġimgħa. Jekk issir aktar minn rikjesta waħda mill-istess persuna, ir-rikjesti kollha ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati, u l-garanziji mogħtija mal-preżentazzjoni tar-rikjesti jintilfu favur l-Istat Membru kkonċernat.
Ir-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa l-aktar tard ►M4 il-Ġimgħa ◄ fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
▼M4 —————
2. Kull rikjesta għal liċenzja tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.
3. Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta' wara l-ġimgħa tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00 ħin ta' Brussell, komunikazzjoni li tinnotifika kull applikazzjoni bil-kwantità mitluba, inklużi l-komunikazzjonijiet “nulli”.
4. Il-liċenzji għandhom jinħarġu fir-raba' ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' skadenza għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.
Artikolu 4
Iż-żmien li fih tkun valida l-liċenzja huwa kkalkulat mill-ġurnata meta toħroġ b’mod effettiv, b’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.
▼M3 —————
Artikolu 8
B’deroga mill-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, is-sigurtà għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni previsti f’dan ir-Regolament għandha tkun EUR 30 għal kull tunnellata metrika.
Artikolu 9
Ir-Regolament (KE) Nru. 2376/2002 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 tà Jannar 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M3 —————
( 1 ) ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1104/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.3, p. 1).<0}
( 2 ) ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 36.
( 3 ) ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 40.
( 4 ) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 92. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1113/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.3, p. 24).
( 5 ) ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 325/2003 (ĠU L 47, tal-21.2.3, p. 21).
( 6 ) ĠU L 189, tad-29.7.2003, p. 12.
( 7 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.