|
24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9876 – TA Associates/Francisco Partners/Edifecs)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 278/04)
1.
Fit-13 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
fondi ġestiti minn TA Associates Management L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
fondi ġestiti minn Francisco Partners Management LP (“Francisco Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Edifecs, Inc. (“Edifecs”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
TA Associates u Francisco Partners jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Edifecs.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
TA Associates: ditta ta’ ekwità privata, attiva f’investiment f’ħames setturi ewlenin, jiġifieri t-teknoloġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-konsumaturi u l-industriji tas-servizzi tan-negozju fl-Ewropa, fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Asja. |
|
— |
Francisco Partners: ditta ta’ ekwità privata ffokata esklużivament fuq investiment f’negozji teknoloġiċi u negozji ffaċilitati mit-teknoloġija. |
|
— |
Edifecs: kumpanija tat-teknoloġija tal-kura tas-saħħa attiva fil-forniment ta’ soluzzjonijiet infrastrutturali li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni operattiva billi jissimplifikaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn sptarijiet u organizzazzjonijiet oħra tal-kura tas-saħħa, filwaqt li jippermettu l-konformità mar-regolamenti tal-industrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9876 — TA Associates/Francisco Partners/Edifecs
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).