European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/347

19.2.2025

Notifika li temenda r-Regoli ta’ Proċedura u Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Mejju 2022)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 149 tal-31 ta’ Mejju 2022 )

Fil-paġna 51, l-Artikolu 11(1), l-ewwel paragrafu:

flok:

“1.    Kwalunkwe persuna, membru jew impjegat, jista’ jressaq ilment quddiem il-Kumitat tal-Etika dwar l-imġiba ta’ membru.”;

aqra:

“1.   Kwalunkwe persuna, membru jew impjegat, jista’ jressaq ilment quddiem il-Kumitat tal-Etika dwar l-imġiba ta’ membru (ara l-Addendum).”.

L-Addendum li ġej għandu jiżdied mal-Att:

“ ADDENDUM

DEĊIŻJONI ADOTTATA MILL-BUREAU

fit-22 ta’ Ottubru 2024 wara talba għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1) ta’ Parti III tal-Kodiċi ta’ Kondotta

B’konformità mal-Artikolu 12(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Bureau qabel dwar l-interpretazzjoni segwenti tal-Artikolu 11(1) ta’ Parti III tal-Kodiċi ta’ Kondotta: il-Kumitat tal-Etika jista’ jirċievi lmenti mill-membri u l-impjegati tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biss.

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2025/347/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)