02015R0502 — MT — 16.08.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/502

tal-24 ta' Marzu 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni ►M2  Micron Bio-Systems Ltd, irrappreżentata minn FF Chemicals BV ◄ )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 079 25.3.2015, p. 57)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/146 tat-30 ta' Jannar 2019

  L 27

12

31.1.2019

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1095 tal-24 ta’ Lulju 2020

  L 241

18

27.7.2020




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/502

tal-24 ta' Marzu 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni ►M2  Micron Bio-Systems Ltd, irrappreżentata minn FF Chemicals BV ◄ )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1871

►M2  Micron Bio-Systems Ltd, irrappreżentata minn FF Chemicals BV. ◄

Saccharomyces cerevisiae NCYC R404

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 li fiha minimu ta':

addittiv f'forma solida ta' 1 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Saccharomyces cerevisiae NCYC R404

Metodu analitiku (1)

Identifikazzjoni: Reazzjoni Katina tal-Polimerażi (RKP)

— Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tferrigħ, bl-użu tal-estratt tal-ħmira destrożju kloramfenikol (CGYE) agar — EN 15789

Baqar tal-ħalib

—

4,4 × 108

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.  Id-doża rakkomandata tal-addittiv: 1 × 1010 CFU/ras/jum.

3.  Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandha tintuża protezzjoni tan-nifs u tal-ġilda.

l-14 ta' April 2025

(1)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports