4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10690 — NORDIC CAPITAL / ELLOS GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 147/04)

1.   

Fil-25 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Nordic Capital (Channel Islands),

—

Ellos Group (l-Iżvezja), ikkontrollata minn FNG Finance Belgium BV.

Nordic Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ellos Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Nordic Capital hija grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata li jiffoka fuq investimenti primarjament fit-Tramuntana tal-Ewropa fis-setturi li ġejjin: il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija u l-pagamenti, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi industrijali u tan-negozju u l-prodotti tal-konsumatur. F’din tal-aħħar, Nordic Capital finalment tikkontrolla bejjiegħ bl-imnut ta’ oġġetti sportivi, unisport attiv fl-Iskandinavja, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u Franza,

—

Ellos Group huwa grupp tal-kummerċ elettroniku għall-għamara u l-moda fid-djar li jinkludi l-ħwienet online Ellos, Jotex, Homeroom u Stayhard. Hija attiva fl-Iskandinavja, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Polonja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10690 — NORDIC CAPITAL / ELLOS GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.