|
16.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 234/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.9866 — United Group/Forthnet)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 234/04)
1.
Fid-9 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NEWCO United Group Hellas S.A.R.L. (“NewCo”, il-Lussemburgu), li hija sussidjarja posseduta kollha minn United Group BV (“United Group”, in-Netherlands), li ultimament hija kontrollata kompletament minn BC Partners LLP (“BC Partners”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Hellenic Telecommunications and Telematic Applications S.A. (“Forthnet”, il-Greċja). |
Permezz ta’ NewCo, United Group jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Forthnet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal United Group: fornitur tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u tal-midja fix-Xlokk tal-Ewropa, fejn topera kejbil multiplay u pjattaforma tal-midja. |
|
— |
għal Forthnet: operatur tat-telekomunikazzjonijiet, attiv fil-Greċja u f’Ċipru, taħt il-marka “NOVA”. Huwa jipprovdi servizzi tat-telefonija fissa, broadband fiss u servizzi tat-televiżjoni bi ħlas (kemm permezz tas-satellita kif ukoll permezz tal-Internet (permezz tal-hekk imsejħa servizzi “over-the-top”) lil klijenti residenzjali, tan-negozju u istituzzjonali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9866 — United Group/Forthnet
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).