|
11.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/141 |
P9_TA(2022)0403
Proċedura baġitarja 2023: test konġunt
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2022 dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14783/2022 – C9-0389/2022 – 2022/0212(BUD))
(2023/C 167/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14783/2022 – C9-0389/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, adottat mill-Kummissjoni fl-1 ta' Lulju 2022 (COM(2022)0400), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Settembru 2022 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Settembru 2022 (12108/2022 – C9-0306/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, ippreżentata mill-Kummissjoni fil-5 ta' Ottubru 2022 (COM(2022)0670), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (1) u l-emendi baġitarji li tinkludi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 95 u l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A9-0278/2022), |
|
1. |
Japprova t-test konġunt; |
|
2. |
Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 ġie adottat b'mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2022)0366.
(2) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
ANNESS
FINALI
Baġit 2023 – Elementi għall-konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
|
1. |
Baġit 2023 |
|
2. |
Baġit 2022 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2022 |
|
3. |
Dikjarazzjonijiet |
— Ħarsa ġenerali fil-qosor
A. Baġit 2023
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
|
— |
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2023 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 186 616,7-il miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2023 ta' EUR 421,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn. |
|
— |
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2023 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 168 648,7 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2023 ta' EUR 3 554,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament. |
|
— |
L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2023 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal ammont ta' EUR 1 235,7 miljun, li minnhom EUR 182,2 miljun għas-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri, EUR 170,6 miljun għall-Intestatura 5 Sigurtà u Difiża u EUR 882,9 miljun għall-Intestatura 6 Il-Viċinat u d-Dinja. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2023 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fis-snin mill-2019 sal-2023 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 948,1 miljun. L-iskeda ta' pagamenti stmata tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
|
Strument ta' Flessibbiltà – profil ta' pagament (f'miljuni ta' EUR) |
|||||
|
Sena ta' mobilizzazzjoni |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
Total |
|
2019 |
82,2 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
223,2 |
|
2020 |
39,9 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
106,1 |
|
2021 |
10,3 |
7,6 |
0,0 |
0,0 |
58,9 |
|
2022 |
62,7 |
49,8 |
36,7 |
0,0 |
368,4 |
|
2023 |
752,9 |
279,0 |
120,6 |
83,2 |
1 235,7 |
|
Total |
948,1 |
336,4 |
157,4 |
83,2 |
1 992,3 |
|
— |
F'konformità mal-Artikolu 11(1)a tar-Regolament dwar il-QFP, l-Istrument ta' Marġni Uniku huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal ammont ta' EUR 280 miljun fis-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri. |
B. Baġit 2022
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 5/2022 huwa approvat, b'emenda waħda meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni: minħabba l-adozzjoni tardiva tal-bażi legali għall-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA), l-ammont ta' EUR 82 972 301 f'approprjazzjonijiet ta' impenn imqiegħda fir-riżerva għal dan il-għan mhuwiex aċċettat, u l-linja baġitarja korrispondenti 13 06 01 ma nħolqitx għas-sena finanzjarja 2022.
—1. Baġit 2023
1.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha huma kkonfermati kif propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit għall-2023 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit għall-2023 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Taħt is-subintestatura 2b: |
|
— |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, artikolu baġitarju 07 10 08), li fir-rigward tiegħu l-baġit 2023 jinkludi żieda ta' EUR 2,5 miljun u t-trasformazzjoni ta' għoxrin pożizzjoni ta' aġent kuntrattwali f'pożizzjonijiet ta' aġenti temporanji fit-tabella tal-persunal, jekk wieħed jassumi reklutaġġ medju f'nofs is-sena. |
|
— |
Taħt l-Intestatura 4: |
|
— |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA, artikolu baġitarju 11 10 02), li għaliha qed jiżdiedu sitt pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 0,5 miljun, jekk wieħed jassumi reklutaġġ medju f'nofs is-sena. |
|
— |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA, artikolu baġitarju 10 10 01) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied bi EUR 3 miljun. |
|
— |
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, artikolu baġitarju 11 10 01 tal-baġit), li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jitnaqqas b'EUR 50 miljun kif propost mill-Kunsill u maqbul mill-Parlament Ewropew fil-qari tagħhom. |
Aġenziji eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit.
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 39 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), li minnhom 29 huma ġodda, għal ammont totali ta' EUR 80,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament.
Il-livell ta' approprjazzjonijiet biex jitkompla l-proġett pilota implimentat mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (Proġett Pilota – Lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea, partita baġitarja 2 2 5 0) huwa stabbilit fil-livell mitlub mis-SEAE u propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2023.
Dan il-pakkett jirrispetta l-limiti massimi għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
1.0.11 |
Orizzont Ewropa |
12 342 890 425 |
12 352 890 425 |
10 000 000 |
|
01 02 01 02 |
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie |
864 130 546 |
874 130 546 |
10 000 000 |
|
1.0.13 |
Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) |
1 019 848 352 |
839 848 352 |
- 180 000 000 |
|
01 04 01 |
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER – Impriża Konġunta Ewropea ITER – u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni |
1 012 128 572 |
832 128 572 |
- 180 000 000 |
|
1.0.221 |
FNE Trasport |
1 792 540 197 |
1 852 540 197 |
60 000 000 |
|
02 03 01 |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Trasport |
1 782 813 707 |
1 842 813 707 |
60 000 000 |
|
1.0.222 |
FNE Enerġija |
815 673 939 |
859 173 939 |
43 500 000 |
|
02 03 02 |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Enerġija |
810 644 269 |
854 144 269 |
43 500 000 |
|
1.0.31 |
Programm għas-Suq Uniku (inkl. SMEs) |
592 820 090 |
602 820 090 |
10 000 000 |
|
03 02 02 |
Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq |
126 384 000 |
136 384 000 |
10 000 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
37 325 000 |
|
|
Total |
|
|
-19 175 000 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 21 548,4 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 178,6 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.
F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju (1), il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fuq il-linji baġitarji għar-riċerka għal ammont totali ta' EUR 148,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn. Dawn l-approprjazzjonijiet huma parti mill-ammont globali sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2021-2027 kif maqbul fil-qafas tal-ftehim dwar il-QFP. Dan iħalli sa EUR 238,0 miljun fi prezzijiet tal-2018 disponibbli għall-perjodu 2024-2027. Attivazzjoni ulterjuri possibbli tal-Artikolu 15.3 se tiġi diskussa fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva dwar l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep u l-finanzjament tiegħu.
Il-linja baġitarja li ġejja hija msaħħa u r-rimarki baġitarji tagħha huma riveduti kif xieraq:
|
(f'EUR) |
||
|
Linja baġitarja |
Isem |
Approprjazzjonijiet ta' impenn |
|
01 02 02 20 |
Cluster “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva” |
29 762 369 |
|
01 02 02 40 |
Cluster “Diġitali, Industrija u Spazju” |
89 287 105 |
|
01 02 02 50 |
Cluster “Klima, Enerġija u Mobbiltà” |
29 762 369 |
|
Total |
|
148 811 843 |
Subintestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
3 500 000 |
|
|
Total |
|
|
3 500 000 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 62 926,5 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 12,5-il miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2a.
Subintestatura 2b – Reżiljenza u Valuri
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
2.2.23 |
Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) |
1 485 775 000 |
1 315 775 000 |
- 170 000 000 |
|
06 04 01 |
Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq |
1 479 775 000 |
1 309 775 000 |
- 170 000 000 |
|
2.2.25 |
EU4Health (l-UE għas-Saħħa) |
731 750 309 |
739 250 309 |
7 500 000 |
|
06 06 01 |
Programm l-UE għas-Saħħa |
707 621 072 |
715 121 072 |
7 500 000 |
|
2.2.32 |
Erasmus+ |
3 648 525 437 |
3 668 525 437 |
20 000 000 |
|
07 03 01 01 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ – Ġestjoni indiretta |
2 382 120 171 |
2 400 120 171 |
18 000 000 |
|
07 03 03 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-persunal sportiv, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport |
67 664 711 |
69 664 711 |
2 000 000 |
|
2.2.33 |
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES) |
141 196 320 |
144 196 320 |
3 000 000 |
|
07 04 01 |
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà |
134 298 196 |
137 298 196 |
3 000 000 |
|
2.2.34 |
Ewropa Kreattiva |
325 290 321 |
332 790 321 |
7 500 000 |
|
07 05 01 |
Kultura |
100 040 879 |
102 540 879 |
2 500 000 |
|
07 05 02 |
Media |
175 661 827 |
180 661 827 |
5 000 000 |
|
2.2.352 |
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri |
212 282 092 |
215 282 092 |
3 000 000 |
|
07 06 02 |
Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjon |
32 154 085 |
33 154 085 |
1 000 000 |
|
07 06 03 |
Daphne |
25 257 735 |
26 757 735 |
1 500 000 |
|
07 06 04 |
Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni |
108 683 873 |
109 183 873 |
500 000 |
|
2.2.3DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
268 478 848 |
270 978 848 |
2 500 000 |
|
07 10 08 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) |
62 101 095 |
64 601 095 |
2 500 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
31 590 500 |
|
|
Total |
|
|
-94 909 500 |
Fid-dawl tar-rata tal-imgħax u l-volum ta' operazzjonijiet ta' finanzjament tal-NGEU sa tmiem l-2022, l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja 06 04 01 jistgħu jitnaqqsu b'EUR 170,0 miljun, filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2023.
Għal Erasmus+, it-tisħiħ għall-artikolu baġitarju 07 03 03 Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport jippermetti kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' azzjonijiet relatati mal-Olimpijadi speċjali li jmiss.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 7 660,2 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2b u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 182,2 miljun f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-QFP kif ukoll il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Marġni Uniku għal ammont ta' EUR 280,0 miljun f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament dwar il-QFP.
Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
3.2.21 |
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
725 521 280 |
755 521 280 |
30 000 000 |
|
09 02 01 |
Natura u bijodiversità |
272 761 676 |
279 011 676 |
6 250 000 |
|
09 02 02 |
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja |
173 862 556 |
179 112 556 |
5 250 000 |
|
09 02 03 |
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih |
122 358 139 |
128 608 139 |
6 250 000 |
|
09 02 04 |
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa |
130 752 568 |
143 002 568 |
12 250 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
6 700 000 |
|
|
Total |
|
|
36 700 000 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 57 259,3 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 35,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 3.
Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
4.0.11 |
Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 418 121 253 |
1 454 621 253 |
36 500 000 |
|
10 02 01 |
Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 414 824 860 |
1 451 324 860 |
36 500 000 |
|
4.0.1DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
169 169 287 |
172 169 287 |
3 000 000 |
|
10 10 01 |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) |
169 169 287 |
172 169 287 |
3 000 000 |
|
4.0.211 |
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viża (BMVI) |
946 798 303 |
956 798 303 |
10 000 000 |
|
11 02 01 |
Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi |
944 798 303 |
954 798 303 |
10 000 000 |
|
4.0.2DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
1 052 269 675 |
1 002 769 675 |
-49 500 000 |
|
11 10 01 |
Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera (Frontex) |
793 614 137 |
743 614 137 |
-50 000 000 |
|
11 10 02 |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“u-LISA”) |
258 655 538 |
259 155 538 |
500 000 |
|
|
Total |
|
|
0 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 727,3 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 86,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
5.0.22 |
Mobbiltà Militari |
236 685 681 |
295 185 681 |
58 500 000 |
|
13 04 01 |
Mobbiltà militari |
234 970 661 |
293 470 661 |
58 500 000 |
|
|
Total |
|
|
58 500 000 |
Barra minn hekk, sakemm jintlaħaq il-ftehim dwar il-programm ta' konnettività spazjali sigura, l-ammonti proposti fl-Abbozz ta' Baġit għal dan l-għan se jitqiegħdu f'riżerva, biex jiġu rilaxxati jew emendati f'konformità mas-soluzzjoni ta' finanzjament li finalment jintlaħaq qbil dwarha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-dettalji huma stabbiliti fit-taqsima 1.5 hawn taħt.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 2 116,6 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 170,6 miljun.
Intestatura 6 – Il-Viċinat u d-Dinja
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
6.0.111 |
Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI – Ewropa Globali) |
11 970 770 313 |
12 250 770 313 |
280 000 000 |
|
14 02 01 10 |
Il-Viċinat tan-Nofsinhar |
1 657 209 546 |
1 727 209 546 |
70 000 000 |
|
14 02 01 11 |
Il-Viċinat tal-Lvant |
618 890 238 |
828 890 238 |
210 000 000 |
|
|
Total |
|
|
280 000 000 |
Għall-istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, iż-żieda ta' EUR 210 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-viċinat tal-Lvant (partita baġitarja 14 02 01 11) se tkun iddedikata għal miżuri fl-Ukrajna u fil-Moldova b'reazzjoni għall-aggressjoni Russa. Iż-żieda ta' EUR 70 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-viċinat tan-Nofsinhar (partita baġitarja 14 02 01 10) hija maħsuba biex tiffinanzja azzjonijiet relatati mal-migrazzjoni, b'mod partikolari azzjonijiet li jappoġġaw il-ġestjoni u l-governanza tal-migrazzjoni u l-ispostament furzat u l-UNRWA.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 17 211,9 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 6 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 882,9 miljun.
Intestatura 7 – Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
L-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
— |
It-taqsima tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għaliha jiżdiedu erba' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 634 903 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena; |
|
— |
It-taqsima tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li għaliha jiżdiedu disa' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 1 005 422 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena. Il-pożizzjonijiet korrispondenti huma temporanji, sal-2027; |
|
— |
It-taqsima tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li għaliha jiżdiedu żewġ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 115 497 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena; |
|
— |
It-taqsima tal-Ombudsman Ewropew li għaliha jiżdiedu żewġ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 101 388 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena. |
|
— |
It-Taqsima tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li għaliha jiżdiedu ħames pożizzjonijiet li minnhom tliet pożizzjonijiet jiżdiedu mat-tabella tal-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u żewġ pożizzjonijiet mat-tabella tal-persunal tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għalhekk jiżdied b'EUR 388 202 meta jitqies ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena; |
|
— |
It-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Estern (SEAE) li għaliha r-riżorsi ta' persunal jiżdiedu bi 11-il Aġent Kuntrattwali u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 420 239 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena. |
L-aġġustamenti, li jirriżultaw f'żieda ta' EUR 2,7 miljun fl-intestatura 7, huma spjegati fid-dettall fit-tabelli li ġejjin:
Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
1 2 0 0 |
Pagi u allowances |
304 868 000 |
305 502 903 |
634 903 |
|
|
Total |
|
|
634 903 |
Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
1 2 0 0 |
Pagi u allowances |
129 600 000 |
130 605 422 |
1 005 422 |
|
|
Total |
|
|
1 005 422 |
Taqsima 6 – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
1 2 0 0 |
Pagi u allowances |
82 849 505 |
82 965 001 |
115 496 |
|
|
Total |
|
|
115 496 |
Taqsima 8 – L-Ombudsman Ewropew
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
1 2 0 0 |
Pagi u allowances |
9 002 978 |
9 104 366 |
101 388 |
|
|
Total |
|
|
101 388 |
Taqsima 9 – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
1 1 0 0 |
Pagi u allowances |
7 491 500 |
7 724 420 |
232 920 |
|
3 0 1 0 |
Pagi u allowances |
2 123 500 |
2 278 782 |
155 282 |
|
|
Total |
|
|
388 202 |
Taqsima 10 – Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
1 2 0 0 |
Persunal b'kuntratt |
20 967 900 |
21 388 139 |
420 239 |
|
|
Total |
|
|
420 239 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 11 311,3 miljuni, li jħalli marġni ta' EUR 107,7 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 7, li minnhom EUR 28,2 miljun huma taħt is-submarġni għan-“Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet”.
Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR
L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), u r-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza (SEAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit.
1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit tal-2023 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2023, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
|
1. |
Jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata (l-intestaturi 1 sa 6), li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan japplika wkoll għat-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) b'EUR 170,0 miljun. Meta jitqies ukoll l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati, l-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' EUR 214,0 miljun; |
|
2. |
L-aġġustament taħt l-intestatura 7 li jirriżulta f'żieda ta' EUR 2,7 miljun; |
|
3. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament huwa l-livell definit fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat mill-Ittra emendatorja Nru 1/2023 flimkien ma' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 19,8 miljun; |
|
4. |
L-aġġustamenti għal-linji baġitarji tan-nefqa differenzjata li għalihom l-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 177,0 miljun. |
L-aġġustamenti, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 14,5 miljun, huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2023 (inkl. IE1) |
Baġit 2023 |
Differenza |
||
|
Intestatura 1 |
||||
|
1.0.11 |
Orizzont Ewropa |
11 903 569 694 |
11 908 569 694 |
5 000 000 |
|
01 02 01 02 |
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie |
602 437 939 |
607 437 939 |
5 000 000 |
|
1.0.13 |
Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) |
721 228 782 |
671 228 782 |
-50 000 000 |
|
01 04 01 |
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER – Impriża Konġunta Ewropea ITER – u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni |
563 509 002 |
513 509 002 |
-50 000 000 |
|
1.0.221 |
FNE Trasport |
1 922 486 490 |
1 943 486 490 |
21 000 000 |
|
02 03 01 |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Trasport |
973 760 000 |
994 760 000 |
21 000 000 |
|
1.0.222 |
FNE Enerġija |
713 629 670 |
723 629 670 |
10 000 000 |
|
02 03 02 |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Enerġija |
246 000 000 |
256 000 000 |
10 000 000 |
|
1.0.31 |
Programm għas-Suq Uniku (inkl. SMEs) |
610 260 036 |
615 260 036 |
5 000 000 |
|
03 02 02 |
Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq |
132 069 500 |
137 069 500 |
5 000 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji |
|
|
9 331 250 |
|
|
Total Intestatura 1 |
|
|
331 250 |
|
Subintestatura 2a |
||||
|
PP/AP |
Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji |
|
|
875 000 |
|
|
Total Subintestatura 2a |
|
|
875 000 |
|
Subintestatura 2b |
||||
|
2.2.23 |
Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) |
1 485 775 000 |
1 315 775 000 |
- 170 000 000 |
|
06 04 01 |
Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq |
1 479 775 000 |
1 309 775 000 |
- 170 000 000 |
|
2.2.25 |
Programm l-UE għas-Saħħa |
619 341 615 |
626 841 615 |
7 500 000 |
|
06 06 01 |
Programm l-UE għas-Saħħa |
570 712 378 |
578 212 378 |
7 500 000 |
|
2.2.32 |
Erasmus+ |
3 274 197 196 |
3 291 597 196 |
17 400 000 |
|
07 03 01 01 |
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ – Ġestjoni indiretta |
2 280 250 000 |
2 296 250 000 |
16 000 000 |
|
07 03 03 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport. |
55 000 000 |
56 400 000 |
1 400 000 |
|
2.2.33 |
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES) |
122 118 124 |
124 118 124 |
2 000 000 |
|
07 04 01 |
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà |
104 000 000 |
106 000 000 |
2 000 000 |
|
2.2.34 |
Ewropa Kreattiva |
306 962 192 |
312 462 192 |
5 500 000 |
|
07 05 01 |
Kultura |
89 452 597 |
91 452 597 |
2 000 000 |
|
07 05 02 |
Il-Media |
137 922 353 |
141 422 353 |
3 500 000 |
|
2.2.352 |
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri |
155 069 755 |
156 569 755 |
1 500 000 |
|
07 06 02 |
Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni |
18 510 511 |
19 010 511 |
500 000 |
|
07 06 03 |
Daphne |
26 078 886 |
26 828 886 |
750 000 |
|
07 06 04 |
Protezzjoni u promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni |
54 381 753 |
54 631 753 |
250 000 |
|
2.2.3DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
263 290 848 |
265 790 848 |
2 500 000 |
|
07 10 08 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) |
62 101 095 |
64 601 095 |
2 500 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji |
|
|
7 897 625 |
|
|
Total subintestatura 2b |
|
|
- 125 702 375 |
|
Intestatura 3 |
||||
|
3.2.21 |
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
513 989 167 |
522 689 167 |
8 700 000 |
|
09 02 01 |
Natura u bijodiversità |
97 698 396 |
99 323 396 |
1 625 000 |
|
09 02 02 |
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja |
69 504 430 |
71 129 430 |
1 625 000 |
|
09 02 03 |
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih |
47 000 000 |
48 625 000 |
1 625 000 |
|
09 02 04 |
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa |
53 000 000 |
56 825 000 |
3 825 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji |
|
|
1 675 000 |
|
|
Total Intestatura 3 |
|
|
10 375 000 |
|
Intestatura 4 |
||||
|
4.0.11 |
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 314 919 500 |
1 329 919 500 |
15 000 000 |
|
10 02 01 |
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
710 919 500 |
725 919 500 |
15 000 000 |
|
4.0.1DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
169 169 287 |
172 169 287 |
3 000 000 |
|
10 10 01 |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) |
169 169 287 |
172 169 287 |
3 000 000 |
|
4.0.211 |
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi (BMVi) |
394 492 752 |
396 992 752 |
2 500 000 |
|
11 02 01 |
Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi |
276 492 752 |
278 992 752 |
2 500 000 |
|
4.0.2DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
1 117 019 143 |
1 067 519 143 |
-49 500 000 |
|
11 10 01 |
Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) |
793 614 137 |
743 614 137 |
-50 000 000 |
|
11 10 02 |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“eu-LISA”) |
323 405 006 |
323 905 006 |
500 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji |
|
|
0 |
|
|
Total Intestatura 4 |
|
|
-29 000 000 |
|
Intestatura 5 |
||||
|
5.0.22 |
Mobbiltà Militari |
106 715 020 |
131 715 020 |
25 000 000 |
|
13 04 01 |
Mobbiltà militari |
105 000 000 |
130 000 000 |
25 000 000 |
|
|
Total Intestatura 5 |
|
|
25 000 000 |
|
Intestatura 6 |
||||
|
6.0.111 |
Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI – Ewropa Globali) |
8 842 716 018 |
8 943 716 018 |
101 000 000 |
|
14 02 01 10 |
Il-Viċinat tan-Nofsinhar |
423 893 255 |
444 893 255 |
21 000 000 |
|
14 02 01 11 |
Il-Viċinat tal-Lvant |
185 608 958 |
265 608 958 |
80 000 000 |
|
|
Total Intestatura 6 |
|
|
101 000 000 |
|
Intestatura 7 |
||||
|
7.1.24 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
485 342 893 |
485 977 796 |
634 903 |
|
7.1.25 |
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
174 054 500 |
175 059 922 |
1 005 422 |
|
7.1.26 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
158 652 474 |
158 767 970 |
115 496 |
|
7.1.28 |
L-Ombudsman Ewropew |
12 943 383 |
13 044 771 |
101 388 |
|
7.1.29 |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
21 941 500 |
22 329 702 |
388 202 |
|
7.1.2X |
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna |
819 647 241 |
820 067 480 |
420 239 |
|
|
Total Intestatura 7 |
2 665 650 |
||
|
TOTAL |
-14 455 475 |
|||
Kumplessivament dan jirriżulta f'livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 168 648,7 miljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta' EUR 14,5 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023.
1.5. Riżervi
Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023.
1.6. Kummenti baġitarji
It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 bl-aġġustamenti li ġejjin proposti fl-ittra ta' eżegwibbiltà u maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
|
— |
Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess huma approvati mingħajr modifiki: Dan jinkludi l-emenda li ġejja: |
|
— |
Partita 1 2 0 0 – Remunerazzjonijiet u allowances |
Żid it-test li ġej:
98 pożizzjoni addizzjonali fit-tabella tal-persunal għas-sena 2023. Dawn il-pożizzjonijiet huma maħsuba għal sena baġitarja waħda u se jitneħħew mit-tabella tal-persunal fl-abbozz tal-baġit tal-2024. Dawn il-pożizzjonijiet huma maħsuba biex jiffaċilitaw il-kontinwità tal-impjieg ta' persunal temporanju fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 29(4) tar-Regolament tal-Persunal. L-ebda approprjazzjoni addizzjonali mhi se tkun meħtieġa.
|
— |
Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll li l-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-“Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej u l-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti” għandu jkun immarkat b'mod ċar fit-tabella tal-persunal tal-Parlament Ewropew billi tiġi introdotta linja ġdida taħt it-total ġenerali tal-Parlament Ewropew, li tippreċiża “li minnhom, għall-Awtorità”. |
|
— |
Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew huma approvati mingħajr modifiki: |
|
— |
Artikolu 14 04 02 – Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) |
It-test jiġi emendat kif ġej:
Din l-approprjazzjoni tkopri n-nefqa fuq is-salarji tal-RSUE u fuq l-istabbiliment tal-iskwadri u/jew l-istrutturi ta' sostenn tagħhom, inklużi kostijiet tal-ivvjaġġar u kostijiet tal-persunal barra dawk marbuta ma' persunal issekondat minn Stati Membri jew istituzzjonijiet tal-Unjoni. Tkopri wkoll il-kostijiet ta' kwalunkwe proġett implimentat taħt ir-responsabbiltà diretta ta' RSUE.
|
— |
Linji baġitarji li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja, huma approvati bil-modifiki li ġejjin: |
|
— |
Partita 13 03 01 – Riċerka dwar id-difiża |
Emenda l-paragrafu kif ġej:
studji, bħal studji ta' fattibbiltà biex tiġi esplorata l-fattibbiltà ta' teknoloġiji, prodotti, proċessi, servizzi u soluzzjonijiet ġodda jew imtejba, inkluż fil-qasam taċ-ċiberdifiża u ċ-ċibersigurtà,
|
— |
Linji baġitarji ġodda wara l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta' appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) fid-9 ta' Novembru 2022 li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv huwa approvat bit-test li ġej: |
|
— |
Artikolu 14 01 06 – Nefqa ta' appoġġ għall-Ukrajna – Assistenza Makrofinanzjarja Plus (MFA+) |
Żid it-test li ġej:
Minbarra n-nefqa deskritta f'dan il-kapitolu, din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll, u b'mod aktar speċifiku, biex tkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument u biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-ilħiq tal-objettivi tiegħu, inkluż appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta' tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni meħtieġa għal tali implimentazzjoni, kif ukoll in-nefqa fis-sede u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv u ta' koordinazzjoni meħtieġ għall-Istrument, u għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu tal-Istrument, inklużi azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi.
|
— |
Kapitolu 14 07 – Assistenza Makrofinanzjarja Plus (MFA+) għall-Ukrajna |
Żid it-test li ġej:
L-approprjazzjonijiet taħt dan il-kapitolu huma maħsuba biex ikopru n-nefqa operazzjonali relatata ma' azzjonijiet imwettqa fl-ambitu tal-Istrument għall-għoti ta' appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +). L-objettiv ġenerali tal-Istrument huwa li jipprovdi għajnuna finanzjarja fuq terminu qasir b'mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f'waqtu, finanzjament tar-riabilitazzjoni u appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta' wara l-gwerra, fejn xieraq, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.
Biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali, l-objettivi speċifiċi ewlenin għandhom b'mod partikolari jappoġġaw:
|
— |
l-istabbiltà makrofinanzjarja, u jnaqqsu r-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u interni tal-pajjiż; |
|
— |
ma' aġenda ta' riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta' qabel l-adeżjoni, kif ikun xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha; |
|
— |
ir-riabilitazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi u tal-infrastruttura u l-għajnuna għan-nies fil-bżonn. |
F'konformità mal-Artikoli 21, 22 u 24 tar-Regolament Finanzjarju, il-kontribuzzjonijiet li jaslu minn pajjiżi terzi (l-Istati tal-EFTA skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pajjiżi kandidati u, jekk applikabbli, il-kandidati potenzjali tal-Balkani tal-Punent, jew pajjiżi terzi oħra) għall-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni u kwalunkwe dħul ieħor assenjat imdaħħal fid-dikjarazzjoni tad-dħul jagħtu lok għall-proviżjonament ta' approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni taħt dan il-kapitolu.
L-ammonti stmati relatati kif ukoll l-artikolu jew il-partita korrispondenti tad-dikjarazzjoni tad-dħul huma indikati, kull fejn possibbli, fil-linji baġitarji rilevanti.
|
— |
Artikolu 14 07 01 – Sussidju tar-rata tal-imgħax tal-MFA+ għall-Ukrajna |
Żid it-test li ġej:
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri attivitajiet li għandhom l-għan li jagħtu sussidju tar-rata tal-imgħax relatat ma' għoti u teħid b'self, bl-eċċezzjoni tal-kostijiet relatati mal-ħlas lura bikri tas-self, fir-rigward tas-self fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.
Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
|
— |
Artikolu 14 07 02 – Appoġġ mhux ripagabbli tal-MFA+ għall-Ukrajna |
Żid it-test li ġej:
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri ammonti addizzjonali magħmula disponibbli mill-Istati Membri u pajjiżi terzi u partijiet interessati, implimentati bħala appoġġ mhux ripagabbli fejn previst fil-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi konkluż skont l-Artikolu 7 tar-Regolament propost, jew f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/947 u r-Regolament (KE) Nru 1257/96 biex jiġu ffinanzjati miżuri li jilħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (c) tar-Regolament propost.
Din l-approprjazzjoni għandha b'mod partikolari tkun relatata ma'
|
— |
aġenda ta' riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta' qabel l-adeżjoni, kif ikun xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha; |
|
— |
ir-riabilitazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi u tal-infrastruttura u l-għajnuna għan-nies fil-bżonn. |
Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
|
— |
Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jinkludi n-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja fil-pjan ta' stabbiliment tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. |
Żid it-test li ġej:
“Pożizzjonijiet addizzjonali (2023) (29 awditur, b'rabta man-NGEU u awtorizzati sal-2027)”.
|
— |
F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 20. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq: |
|
Linja baġitarja |
Isem |
|
01 02 02 20 |
Jiżdied it-test li ġej: F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 29 762 369 f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2020 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka. |
|
— |
F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 40. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq: |
|
Linja baġitarja |
Isem |
|
01 02 02 40 |
Jiżdied it-test li ġej: F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 89 287 105 f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2020 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka. |
|
— |
F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 50. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq: |
|
Linja baġitarja |
Isem |
|
01 02 02 50 |
Jiżdied it-test li ġej: F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 29 762 369 f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2020 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka. |
Dan hu bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' att ta' bażi eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tiġi koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll dwar il-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida fit-taqsima tal-Parlament Ewropew (Artikolu 5 0 2 – Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej – Pagi u allowances). Fl-aħħar nett, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta' appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) fid-9 ta' Novembru 2022, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel dwar il-ħolqien ta' tliet linji baġitarji ġodda fit-taqsima tal-Kummissjoni Ewropea, kif ġej:
|
— |
Artikolu 14 01 06 – Nefqa ta' appoġġ għall-Ukrajna – Assistenza Makrofinanzjarja Plus (MFA+) |
|
— |
Artikolu 14 07 01 – Sussidju tar-rata tal-imgħax tal-MFA+ għall-Ukrajna |
|
— |
Artikolu 14 07 02 – Appoġġ mhux ripagabbli tal-MFA+ għall-Ukrajna |
2. Baġit 2022
L-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 5/2022 huwa approvat, b'emenda waħda fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni: minħabba l-adozzjoni tard tal-bażi legali għall-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża Ewropea permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA), l-ammont ta' EUR 82 972 301 f'approprjazzjonijiet ta' impenn imqiegħed fir-riżerva għal dan l-għan mhuwiex aċċettat, u l-linja baġitarja korrispondenti 13 06 01 ma nħolqitx għas-sena finanzjarja 2022.
3. Dikjarazzjonijiet
3.1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv matul is-sena 2023 l-implimentazzjoni tal-programmi tal-QFP attwali u preċedenti (b'mod partikolari fis-subintestatura 2a u l-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, b'mod f'waqtu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-istimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2023 (b'kont meħud tal-preċiżjoni mtejba tal-previżjonijiet tal-Istati Membri fejn applikabbli). Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2023 mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn abbozz ta' baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa malajr kemm jista' jkun mingħajr dewmien żejjed għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perijodu ta' tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2023 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep u l-programm ta' konnettività spazjali sigura
It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep u l-programm ta' konnettività spazjali sigura se jiddependi fuq l-eżitu finali tan-negozjati leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa. Fid-dawl tat-test finali tar-Regolamenti approvati u tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi li jakkumpanjaw, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta lill-awtorità baġitarja t-trasferimenti meħtieġa jew abbozz ta' baġit emendatorju mingħajr dewmien, sabiex jiġi żgurat li ammont adegwat ta' approprjazzjonijiet isir disponibbli għall-użu fis-sena finanzjarja 2023.
Jekk jintlaħaq ftehim dwar il-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill inkluż l-użu tal-approprjazzjonijiet li jridu jerġgħu jsiru disponibbli abbażi tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju għal Orizzont Ewropa, tali modifika se tiġi inkluża f'abbozz ta' baġit emendatorju.
3.3. Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar iċ-ċibersigurtà
Iċ-ċibersigurtà robusta u kkoordinata hija ta' importanza kritika għall-kontinwità tal-operat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, b'mod partikolari fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2024. It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa ta' kapaċità ċentrali biex jiġu indirizzati t-theddid għaċ-ċibersigurtà u l-inċidenti tagħha. Approċċ koordinat huwa l-aktar wieħed kosteffettiv u jista' joffri livell għoli ta' protezzjoni lil kulħadd, inkluż lil dawk l-aktar vulnerabbli.
It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa għal riżorsi adegwati taċ-ċibersigurtà, f'kull istituzzjoni u, b'mod partikolari, fl-Iskwadra interistituzzjonali ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE).
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-CERT-UE u mal-istituzzjonijiet l-oħra, hija mitluba tfassal valutazzjoni, sa nofs l-2023, tal-ħtiġijiet għal pożizzjonijiet fiċ-ċibersigurtà fis-CERT-UE u fl-istituzzjonijiet kollha kif ukoll tal-mandat tas-CERT-UE.
L-awtorità baġitarja tistieden lill-Istituzzjonijiet tal-UE jikkollaboraw biex isaħħu ċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet tal-UE kollha. Wara l-valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riżorsi għaċ-ċibersigurtà previsti fil-baġit tal-2023 għall-istituzzjonijiet tal-UE kollha għandhom ikunu disponibbli b'mod koordinat biex tiġi massimizzata l-protezzjoni tal-Istituzzjonijiet, b'mod partikolari iżda mhux esklussivament permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità ċentrali taċ-ċibersigurtà.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe użu tar-riżorsi umani u baġitarji mis-CERT-UE mill-istituzzjonijiet parteċipanti li jirriżulta mill-ftehim dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (COM(2022)0122).
3.4. Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rieżami tal-qafas finanzjarju pluriennali
Il-Kummissjoni se tivvaluta s-sostenibbiltà tal-limiti massimi tan-nefqa u tas-sottolimiti massimi tal-intestaturi kollha tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tar-Regolament QFP, li qed tippjana li twettaq sa nofs l-2023, kif stabbilit fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2023.
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).