<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-451/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0451</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:123">EU:C:2022:123</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220224">24.2.2022</DATE> – Kawża C‑451/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Airhelp (Dewmien ta’ titjira alternattiva)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220224">24 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Titjira b’konnessjoni minn u b’destinazzjoni lejn pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Riżervazzjoni waħda ma’ trasportatur bl-ajru Komunitarju</KEYWORD><KEYWORD>Konnessjoni fit-territorju ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)(ċ)(iii) u Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Titjira alternattiva mdewma</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tas-siegħa tal-wasla effettiva għall-finijiet tal-kumpens</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑451/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200825">25 ta’ Awwissu 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Airhelp Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Austrian Airlines AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tat-Tielet Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, S. Rodin (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Airhelp Ltd, minn E. Stanonik-Palkovits, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal Austrian Airlines AG, minn M. Klemm, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u G. Kunnert, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn M. Wolff kif ukoll minn J. Nymann-Lindegren u M. Jespersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Airhelp Limited u Austrian Airlines AG dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tikkumpensa lil NT, passiġġier tal-ajru, li tiegħu Airhelp qiegħda tiddefendi d-drittijiet, minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(h) tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> ifisser id-destinazzjoni fuq il-biljett ippreżentat fil-post taċ-check-in jew, fil-każ ta’ titjiriet konnessi direttament, id-destinazzjoni ta’ l-aħħar titjira; titjiriet konnessi alternattivi li qegħdin għad-dispożizzjoni m’għandhomx jiġu meħudin in konsiderazzjoni jekk il-ħin oriġinali tal-wasla hu mħares;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-regolament għandu japplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċievu vantaġġi jew kumpens u ġew mogħtija assistenza f’dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur Komunitarju.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera li m’għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f’isem il-persuna li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jiddikjara fil-paragrafu 1(ċ)(iii) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dritt għall-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi fil-paragrafi 1, 2 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew inqas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilomentru:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fid-determinazzjoni tad-distanza, il-bażi għandha tkun l-aħħar destinazzjoni ġo liema l-fatt li l-persuna ma tħallietx titla’ jew il-kanċellazzjoni ser iddewwem il-wasla tal-passiġġier wara l-ħin skedat.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta passiġġieri huma offruti possibiliá oħra biex jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom fuq titjira alternattiva skond l-Artikolu 8, il-ħin tal-wasla ta’ liema ma taqbiżx il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira rreġistrata oriġinarjament</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>b’sagħtejn, fir-rigward tat-titjiriet kollha ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru jew inqas; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>b’tlett sigħat, fir-rigward tat-tijiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilometru; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>b’erba’ sigħat, fir-rigward tat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b),</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>il-trasportatur ta’ l-ajru li jopera jista’ jnaqqas il-kumpens previst fil-paragrafu 1 bi 50 %.</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-distanzi mogħtija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mkejlin permezz tal-metodu tal-great circle route.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>NT kellu reżervazzjoni għal titjira b’konnessjoni biex tgħaqqad Chişinău (il-Moldova) u Bangkok (it-Tajlandja), via Vjenna (l-Awstrija). Kien previst li t-trasportatur tal-ajru kien ser jagħżel iż-żewġ segmenti li jikkostitwixxu din it-titjira b’konnessjoni li tat lok għal riżervazzjoni waħda. L-ewwel wieħed minnhom kien jgħaqqad liċ-Chişinău ma’ Vjenna, bi tluq u b’wasla previsti fid‑<DATE ISO="20190529">29 ta’ Mejju 2019</DATE> fit-15:55 u fl-16:40 rispettivament. It-tieni segment kien imbagħad jgħaqqad lil Vjenna ma’ Bangkok, bi tluq u b’wasla previsti, rispettivament, fid‑<DATE ISO="20190529">29 ta’ Mejju 2019</DATE> fil-23:20 u fit‑<DATE ISO="20190530">30 ta’ Mejju 2019</DATE> fis-14:20. Skont il-metodu ta’ kalkolu tal-great circle route, id-distanza bejn Chişinău u Bangkok hija ta’ iktar minn <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> km.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>It-titjira minn Chisinau għal Vjenna ġiet ikkanċellata inqas minn sebat ijiem qabel it-tluq previst. Konsegwentement, Austrian Airlines bidlet ir-riżervazzjoni ta’ NT billi ttrasferixxietha fuq titjira oħra, bin-numru TK 68 u li tgħaqqad lil Istanbul (it-Turkija) ma’ Bangkok, bi tluq u b’wasla previsti fit‑<DATE ISO="20190530">30 ta’ Mejju 2019</DATE>, rispettivament fis-1:25 u fit-15:00. Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat b’liema mod u f’liema ħin NT kien ġie ttrasportat minn Chişinău sa Istanbul. It-titjira li tgħaqqad lil Istanbul ma’ Bangkok laħqet din l-aħħar destinazzjoni fl-16:47, jiġifieri b’dewmien ta’ siegħa u 47 minuta meta mqabbel mal-ħin skedat ta’ din it-titjira alternattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-każ li t-titjira bejn Istanbul u Bangkok ma tkunx iddewmet, NT kien jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu, Bangkok, 40 minuta iktar tard milli kieku seta’ jivvjaġġa skont l-ippjanar inizjali tiegħu via Vjenna. Madankollu, peress li din it-titjira Istanbul-Bangkok ġarrbet dewmien ta’ siegħa u 47 minuta, fir-realtà, NT wasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ta’ sagħtejn u 27 minuta meta mqabbel mal-ħin tal-wasla skedat tat-titjira b’konnessjoni inizjalment irriżervata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>NT ittrasferixxa lil Airhelp id-dritt li kellu fir-rigward ta’ Austrian Airlines skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Airhelp ressqet talba quddiem il-Bezirksgericht Schwechat (il-Qorti Distrettwali ta’ Schwechat, l-Awstrija) intiża għall-ksib ta’ kumpens fl-ammont ta’ EUR 300, għar-raġuni li Austrian Airlines ma offrietx lil NT rotta alternattiva li tippermettilu jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu fis-sagħtejn wara l-wasla prevista tat-titjira b’konnessjoni inizjalment irriżervata, filwaqt li ammettiet li Austrian Airlines setgħet tinvoka tnaqqis ta’ nofs l-ammont tal-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Bezirksgericht Schwechat (il-Qorti Distrettwali ta’ Schwechat) laqgħet it-talba ta’ Airhelp minħabba li mill-formulazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004 jirriżulta b’mod ċar li, fil-kuntest tal-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tiegħu, kellu jsir paragun bejn il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira inizjalment irriżervata u l-ħin li fih it-titjira alternattiva effettivament laħqet id-destinazzjoni finali. Minn dan, din il-qorti ddeduċiet li trasportatur tal-ajru huwa eżentat mill-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament biss jekk, fil-fatt, il-passiġġier ikun wasal fid-destinazzjoni<?PAGE NO="5"?> finali tiegħu permezz tat-titjira alternattiva b’dewmien massimu ta’ sagħtejn meta mqabbel mal-ħin tal-wasla previst tat-titjira inizjalment irriżervata. Madankollu, l-imsemmija qorti ma indirizzatx il-kwistjoni dwar jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 kinux applikabbli għall-kawża li kienet tressqet quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Austrian Airlines appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg, l-Awstrija) fejn ikkontestat ir-rilevanza tal-limiti temporali miżmuma mill-qorti tal-ewwel istanza. Skont Austrian Airlines, fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament Nru 261/2004, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni l-ħin tal-wasla effettiva tat-titjira alternattiva fil-post tad-destinazzjoni finali, iżda l-ħin tal-wasla normalment previst ta’ din it-titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-Regolament Nru 261/2004 huwiex applikabbli għall-kawża li għandha quddiemha, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li minnha jirriżulta li l-waqfa fit-territorju tal-Unjoni ma għandhiex l-effett li tirrendi r-Regolament Nru 261/2004 applikabbli għat-titjiriet b’konnessjoni li ma għandhomx il-post tat-tluq jew tad-destinazzjoni finali tagħhom fit-territorju tal-Unjoni. Issa, dan huwa preċiżament il-każ tat-titjira b’konnessjoni inkwistjoni f’din il-kawża. Din il-qorti tistaqsi jekk tali soluzzjoni hijiex konformi mal-għan tal-imsemmi regolament, intiż sabiex jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li, għalkemm iż-żewġ titjiriet ma kinux is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda, kull wieħed minnhom jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004, skont il-kliem ċar tal-Artikolu 3(1) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ li r-Regolament Nru 261/2004 jkun applikabbli, għandu jiġi ddeterminat jekk is-sigħat tat-tluq u tal-wasla msemmija fl-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) ta’ dan ir-regolament jirrigwardawx il-ħin inizjalment skedat tat-titjira alternattiva jew mal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla effettivi ta’ din it-titjira. Fil-fatt, huwa biss f’dan l-aħħar każ li NT ikun jista’ jitlob kumpens mingħand Austrian Airlines.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Billi tibbaża ruħha fuq analiżi tad-diversi verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Nru 261/2004 kif ukoll fuq il-ġurisprudenza nazzjonali, il-qorti tar-rinviju tqis li l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li għandu jsir paragun bejn il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira inizjalment irriżervata u l-ħin tal-wasla effettiva tat-titjira alternattiva. Hija tqis li tali interpretazzjoni tidher li hija sostnuta wkoll mid-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>flightright</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑130/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:496">EU:C:2018:496</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis madankollu li l-argument ta’ Austrian Airlines, li jgħid li tali interpretazzjoni tista’ tipproduċi riżultati kuntrarji għall-għan ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri ma huwiex irrilevanti, sa fejn it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ħin tal-wasla effettiva tat-titjira alternattiva jista’ jwassal għal konsegwenzi legali differenti għal sitwazzjonijiet identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur tal-ajru huwa sempliċement marbut li jagħmel offerta ta’ rotta alternattiva lill-passiġġier ikkonċernat u li sussegwentement ma jassumi ebda responsabbiltà fil-każ ta’ dewmien tat-titjira alternattiva, sa fejn din tal-aħħar ma għandhiex issir mill-imsemmi trasportatur. F’dan ir-rigward, mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Finnair</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑832/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:204">EU:C:2020:204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li l-inkonvenjenzi mġarrba minn passiġġier minħabba, minn naħa,<?PAGE NO="6"?> il-kanċellazzjoni tat-titjira rriżervata u, min-naħa l-oħra, dewmien twil tat-titjira alternattiva, għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni separata u jistgħu, jekk ikun il-każ, jagħtu lok għal żewġ drittijiet ta’ kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landesgericht Korneuburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Korneuburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-[Regolament Nru 261/2004] għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika wkoll għal rotta tal-ajru li ġiet irreżervata b’reżervazzjoni waħda u li hija komposta minn żewġ titjiriet li kellhom it-tnejn isiru minn (l-istess) trasportatur tal-ajru Komunitarju, meta kemm il-post tat-tluq tal-ewwel titjira u kif ukoll il-post tal-wasla tat-tieni titjira jinsabu f’pajjiż terz u huma biss il-post tal-wasla tal-ewwel titjira u l-post tat-tluq tat-tieni titjira li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier għandu wkoll dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament meta, bit-titjira alternattiva offruta lilu, il-ħin tal-wasla tiegħu fid-destinazzjoni finali kellu jkun inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla prevista għat-titjira kkanċellata, iżda, fil-fatt, huwa ma wasalx fid-destinazzjoni tiegħu f’dan il-ħin?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għal titjira b’konnessjoni li kienet is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda u li hija komposta minn żewġ titjiriet li għandhom isiru minn trasportatur tal-ajru Komunitarju, meta kemm l-ajruport tat-tluq tal-ewwel titjira kif ukoll l-ajruport tal-wasla tat-tieni titjira jkunu jinsabu f’pajjiż terz, huwa biss l-ajruport fejn il-waqfa sseħħ li jinsab fi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, dan tal-aħħar japplika għall-passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru. Skont l-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, dan tal-aħħar japplika wkoll għall-passiġġieri li jtiru minn ajruport li jinsab f’pajjiż terz għal ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE, kemm-il darba huma ma jkunux irċevew benefiċċji jew kumpens u assistenza f’dan il-pajjiż terz, jekk it-trasportatur tal-ajru li jkun qiegħed jopera t-titjira inkwistjoni jkun trasportatur Komunitarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi interpretata dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211202">2 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Vodafone Kabel Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑484/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:975">EU:C:2021:975</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004 jirriżulta li dan tal-aħħar japplika, taħt il-kundizzjonijiet li huwa jiddetermina, għall-passiġġieri u mhux għat-titjiriet li huma jieħdu, b’tali mod li huma importanti biss il-post tal-ajruport tat-tluq u l-post tal-ajruport tal-wasla tal-passiġġier ikkonċernat u mhux l-ajruporti użati, bħala l-postijiet ta’ waqfa, mit-titjiriet li dan il-passiġġier ħa sabiex jasal fid-destinazzjoni tal-wasla tiegħu. Minn dan isegwi li, fil-każ ta’ titjiriet b’konnessjoni li jkunu s-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, il-post tal-ajruport ta’ waqfa peress li dan ma jistax jitqies bħala l-post tal-ajruport tat-tluq jew tal-wasla tal-passiġġier ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata minn analiżi tal-kuntest li jaqa’ fih l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004. Fil-fatt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 2(h) tar-Regolament Nru 261/2004 bħala d-destinazzjoni fuq il-biljett ippreżentat fil-post taċ-check-in jew, fil-każ ta’ titjiriet b’konnessjoni, id-destinazzjoni tal-aħħar titjira meħuda mill-passiġġier ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li mill-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>l-aħħar titjira<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>titjira b’konnessjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal żewġ titjiriet jew iktar li jikkostitwixxu ħaġa waħda għall-finijiet tad-dritt għal kumpens tal-passiġġieri previst mir-Regolament Nru 261/2004 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wegener</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:361">EU:C:2018:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan huwa l-każ meta żewġ titjiriet jew iktar kienu, bħas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wegener</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:361">EU:C:2018:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa f’dan is-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod kostanti, li titjira b’konnessjoni waħda jew iktar li kienet is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda tikkostitwixxi ħaġa waħda għall-finijiet tad-dritt għal kumpens tal-passiġġieri previst mir-Regolament Nru 261/2004, li jimplika li l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 261/2004 għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-post tat-tluq inizjali u tad-destinazzjoni finali ta’ din it-titjira (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>České aerolinie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑502/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:604">EU:C:2019:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>KLM Royal Dutch Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:909">EU:C:2020:909</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata wkoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li, għall-finijiet tal-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, huwa importanti biss, minn naħa, id-dewmien ikkonstatat meta mqabbel mal-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali, mifhum bħala d-destinazzjoni tal-aħħar titjira meħuda mill-passiġġier ikkonċernat u, min-naħa l-oħra, id-distanza bejn il-post tal-ewwel tluq u d-destinazzjoni finali, irrispettivament minn eventwali titjiriet ta’ konnessjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210422">22 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>British Airways</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑592/20</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:312">EU:C:2021:312</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma jistax jitqies li titjira b’konnessjoni għandha tinftiehem bħala ħaġa waħda għall-finijiet tal-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, filwaqt li tali titjira għandha tiġi ssegmentata artifiċjalment sabiex jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-għan tar-Regolament Nru 261/2004 ma jipprekludix li tali interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament tiġi eskluża. Fil-fatt, l-għan intiż li jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru jeħtieġ ċertament li r-Regolament Nru 261/2004 jiġi interpretat konformement mal-imsemmi għan, iżda ma jistax madankollu jwassal sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament jiġi estiż indebitament għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħtu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġier ta’ titjira b’konnessjoni li l-post tat-tluq inizjali u d-destinazzjoni finali tagħha jinsabu f’pajjiżi terzi jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għar-raġuni biss li waħda jew diversi waqfiet tas-segmenti ta’ din it-titjira jinsabu fit-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, qari li jgħid li, fil-kuntest tat-titjiriet b’konnessjoni, waqfa f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni huwa biżżejjed sabiex japplika r-Regolament Nru 261/2004 mhux biss imur kontra l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punti 25 u 26 ta’ din is-sentenza, iżda jikser ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament u l-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004 jipprevedi b’mod ċar żewġ ipoteżijiet distinti li fihom dan ir-regolament huwa applikabbli għall-passiġġieri kkonċernati. Kif jirriżulta mill-punt 21 ta’ din is-sentenza, l-ewwel ipoteżi, imsemmija f’din id-dispożizzjoni, subparagrafu (a), u li tikkonċerna lill-passiġġieri kollha li jitilqu minn ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni, ma hija suġġetta għal ebda kundizzjoni jew raġuni ta’ inapplikabbiltà, filwaqt li t-tieni ipoteżi, imsemmija fl-imsemmija dispożizzjoni, subparagrafu (b), li tikkonċerna lill-passiġġieri kollha li jitilqu minn ajruport li jinsab f’pajjiż terz u b’destinazzjoni għal ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni u bil-kundizzjoni li t-titjira tagħhom tkun saret minn trasportatur Komunitarju, teskludi madankollu l-applikazzjoni tal-imsemmi regolament għal tali passiġġieri li bbenefikaw minn servizzi jew minn kumpens u assistenza fil-pajjiż terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, l-interpretazzjoni li passiġġier jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 għas-sempliċi raġuni li l-ajruport ta’ waqfa tat-titjira tiegħu b’konnessjoni jinsab fit-territorju tal-Unjoni hija inkompatibbli mat-tieni ipoteżi, imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, tali interpretazzjoni twassal sabiex il-passiġġieri li la l-post tat-tluq inizjali tagħhom u lanqas id-destinazzjoni finali tagħhom ma jikkorrispondu għal ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni jaqgħu neċessarjament tal-inqas taħt l-ewwel ipoteżi, imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, filwaqt li l-passiġġieri li jaqgħu taħt it-tieni ipoteżi, imsemmija fl-imsemmi artikolu, paragrafu (1)(b), minkejja li għandhom bħala destinazzjoni finali ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni, ma humiex koperti minn dan ir-regolament ħlief jekk, minn naħa, it-titjira tagħhom twettqet minn trasportatur Komunitarju u, min-naħa l-oħra, ma humiex ikkonċernati bil-kawża ta’ inapplikabbiltà msemmija fil-punt 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, tali interpretazzjoni tneħħi parti mis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004, sa fejn l-applikabbiltà tiegħu, anki fil-każ fejn id-destinazzjoni finali tal-passiġġier ikkonċernat tikkorrispondi għal ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni, tkun limitata biss għall-passiġġieri tat-titjiriet diretti lejn l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk, il-passiġġier ta’ titjira li tkun ġejja minn pajjiż terz u lejn l-Unjoni b’konnessjoni f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni jaqa’ awtomatikament taħt l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi regolament, filwaqt li dan ma jgħoddx għall-passiġġier ta’ titjira diretta li tgħaqqad eżattament l-istess ajruport tat-tluq u l-istess destinazzjoni finali jekk, barra minn hekk, it-titjira tiegħu ma tkunx ġiet operata minn trasportatur tal-ajru Komunitarju jew jekk tkun ikkonċernata mill-kawża ta’ inapplikabbiltà wkoll prevista fl-Artikolu 3(1)(b) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’ċerti sitwazzjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tali interpretazzjoni twassal sabiex iż-żewġ ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004 jkunu simultanjament applikabbli għall-istess każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn naħa, f’dan il-każ, il-post ta’ waqfa tal-ewwel titjira jinsab fit-territorju tal-Unjoni u huwa identiku għall-post tat-tluq tat-tieni titjira, il-vjaġġ jitwettaq minn trasportatur tal-ajru Komunitarju, u mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li NT irċieva benefiċċji jew ibbenefika minn kumpens u minn assistenza fil-pajjiż terz fejn kien jinsab l-ajruport tat-tluq. Għaldaqstant, NT jista’ <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jipprevalixxi ruħu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 skont l-Artikolu 3(1)(b) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kieku l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004 kellu jiġi interpretat fis-sens li waqfa f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-Unjoni hija biżżejjed sabiex tirrendi dan ir-regolament applikabbli għall-passiġġier ikkonċernat, NT ikun jista’ jikkunsidra wkoll li s-sitwazzjoni tiegħu taqa’ taħt l-ipoteżi prevista fl-imsemmi Artikolu (1)(a). Minn dan jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza f’liema miż-żewġ ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jaqa’ l-passiġġier ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, tali interpretazzjoni jkollha l-konsegwenza li, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>titjiriet b’konnessjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, dan għandu jinftiehem kultant bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>unità<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> magħmula minn żewġ titjiriet jew iktar li jikkostitwixxu ħaġa waħda u kultant bħala żewġ titjiriet jew iktar distinti. Tali inkostanza fil-portata mogħtija lil dan il-kunċett tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali li jeżiġi, skont ġurisprudenza stabbilita, li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun ċerta u li l-applikazzjoni tagħha tkun prevedibbli għall-partijiet fil-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Nuova Agricast u Cofra vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:607">EU:C:2010:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament ma japplikax għal titjira b’konnessjoni li kienet is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda u li hija komposta minn żewġ segmenti ta’ titjiriet li għandhom jitwettqu minn trasportatur tal-ajru Komunitarju meta kemm l-ajruport tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira kif ukoll l-ajruport tal-wasla tat-tieni segment tat-titjira jinsabu f’pajjiż terz, li huwa biss l-ajruport fejn il-waqfa sseħħ li jinsab fi Stat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, ma hemmx lok għalfejn tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament ma japplikax għal titjira b’konnessjoni li kienet is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda u li hija komposta minn żewġ segmenti ta’ titjiriet li għandhom jitwettqu minn trasportatur tal-ajru Komunitarju meta kemm l-ajruport tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira kif ukoll l-ajruport tal-wasla tat-tieni segment tat-titjira jinsabu f’pajjiż terz, li huwa biss l-ajruport fejn il-waqfa sseħħ li jinsab fi Stat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>