12004V309

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Sezzjoni 2 - Politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni - Artikolu III-309

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0138 - 0139


Artikolu III-309

1. Il-kompiti previsti fl-Artikolu I-41(1), li matulhom l-Unjoni tista' tuża mezzi ċivili u militari, għandhom jinkludu operazzjonijiet konġunti ta' diżarm, kompiti umanitarji u ta' salvataġġ, kompiti ta' għoti ta' pariri u ta' assistenza fi kwistjonijiet militari, kompiti ta' prevenzjoni ta' kunflitti u taż-żamma tal-paċi, kompiti ta' forzi ta' kumbattiment fl-immaniġġjar ta' kriżi, inklużi l-missjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi u għall-istabbilizzazzjoni wara l-kunflitt. Dawn il-kompiti kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż l-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom.

2. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet Ewropej li għandhom x'jaqsmu mal-kompiti previsti fil-paragrafu 1, li jiddefinixxu l-miri u l-kamp ta' l-applikazzjoni u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kunsill u f'kuntatt mill-qrib u kostanti mal-Kumitat ta' Politika u ta' Sigurtà, għandu jassigura kordinazzjoni ta' l-aspetti ċivili u militari ta' dawn il-kompiti.

--------------------------------------------------