European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/365

19.2.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/365

tat-18 ta’ Frar 2025

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2983 (EUNAVFOR ATALANTA/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, li tipprevedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA).

(2)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR ATALANTA (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(3)

Fit-28 ta’ Novembru 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2983 (2) li taħtar il-Komodor Alexandre Joaquim GAMURÇA SERRANO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(4)

Fit-28 ta’ Jannar 2025, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kaptan Davide DA POZZO biex jieħu post il-Komodor Alexandre Joaquim GAMURÇA SERRANO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE (il-“ħatra proposta”). L-awtoritajiet militari Taljani indikaw li l-Kaptan Davide DA POZZO għandu jiġi promoss għall-Viċi Ammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(5)

Fit-28 ta’ Jannar 2025, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ EUNAVFOR ATALANTA appoġġa l-ħatra proposta.

(6)

Fis-6 ta’ Frar 2025, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Viċi Ammirall Davide DA POZZO jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mill-20 ta’ Frar 2025.

(7)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Davide DA POZZO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2983 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Davide DA POZZO huwa maħtur bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mill-20 ta’ Frar 2025.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2983 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2025.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/851/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2983 tat-28 ta’ Novembru 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2676 (ATALANTA/4/2024) (ĠU L, 2024/2983, 29.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2983/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/365/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)