Official Journal L 149 , 08/06/1985 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0030
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0030
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1554/85 ta' l-4 ta' Ġunju 1985 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd lil hinn mis-Seychelles IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-approvazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd lil hinn mis-Seychelles iffirmat fi Brussel l-23 ta' Mejju 1985 jolqot l-interessi tal-Komunità, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd lil hinn mis-Seychelles hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika kif hi provduta fl-Artikolu 14 tal-Ftehim [2]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu,L-4 ta' Ġunju 1985. F'isem il-Kunsill Il-President L. Granelli [1] ĠU C 172, tat-2.7.1984, p. 144. [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------