|
22.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 458/539 |
Rettifika tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 138 tas-26 ta' Mejju 2016 )
Fil-paġna 88 tal-Anness II, punt 2.7,
minflok:
“Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tat-trazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għan-nollijiet tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-agganċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi elementi ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), l-apparat tas-sikurezza passiv jew attiv u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.”,
aqra:
“Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tat-trazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għall-kejl u għan-nollijiet tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-agganċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi elementi ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), l-apparat tas-sikurezza passiv jew attiv u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.”.