02011R0887 — MT — 22.02.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Evonik Nutrition & Care GmbH ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 229 6.9.2011, p. 7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/173 tal-1 ta' Frar 2017

  L 28

5

2.2.2017




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Evonik Nutrition & Care GmbH ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi "addittivi żootekniċi" u mill-grupp funzjonali "stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana", hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1713

►M1  Evonik Nutrition & Care GmbH ◄

Enterococcus faecium CECT 4515

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 li jkollha minimu ta' 1 × 109 CFU/g ta' addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Enterococcus faecium CECT 4515

Metodu tal-Analiżi (1)

L-enumerazzjoni: metodu tat-tifrix li juża bile esculin azide agar (EN 15788)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ għat-tismin

—

1 × 109

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet ta' qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.  L-użu huwa permess f'għalf li fih wieħed mill-koċċidijosi awtorizzati: sodju tal-monensin, diklarużil, nikarbażin, dekokwinat, idrokloridu tar-robenidin, sodju tas-semduramiċin, narasin, sodju tas-salinomiċin, sodju tal-lasaloċidu, ammonju tan-narasin/nikarbażinjew maduramiċin

3.  Għas-sigurtà: għandha tintuża protezzjoni għar-respirazzjoni matul l-immaniġġjar

is-26 ta' Settembru 2021

(1)   Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx