Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VIII- L-Impjieg - Artikolu 126
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0102 - 0102
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0088 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0235 - Consolidated version
Artikolu 126 1. L-Istati Membri, permezz tal-politika tagħhom għall-impjieg, għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi li hemm imsemmija fl-Artikolu 125 b’mod konsistenti ma linji ta’ gwida ġenerali tal-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunità adottati skond l-Artikolu 99(2). 2. L-Istati Membri, wara li jikkunsidraw il-prattiċi nazzjonali fejn għandhom x'jaqsmu r-responsabbilitajiet ta' min imexxi u tal-ħaddiema, għandhom iqisu l-promozzjoni ta' l-impjiegi bħala materja ta’ interess komuni u għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma' dan fi ħdan il-Kunsill, skond id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 128. --------------------------------------------------