Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2008 – ratiopharm vs UASI (BioGeneriX)

(Kawża T-48/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru parzjalment deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 21, 25-27, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1048/2004-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “BioGeneriX” bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

ratiopharm GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali BioGenerix għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5 – Applikazzjoni Nru 1603124

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1048/2004-4) hija annullata, għal dak li jirrigwarda l-prodotti kimiċi intiżi sabiex jippreżervaw l-ikel, li jaqgħu taħt il-klassi 1.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ratiopharm GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI. L-UASI għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.