13.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/65


P9_TA(2020)0300

Introduzzjoni ta' limiti tal-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-ġbir ta' data u l-miżuri ta' kontroll fil-Baħar Baltiku u waqfien permanenti għal flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' limiti tal-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-ġbir ta' data u l-miżuri ta' kontroll fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' waqfien permanenti għal flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant (COM(2019)0564 – C9-0161/2019 – 2019/0246(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 415/13)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0564),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0161/2019),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Jannar 2020 (1),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-30 ta’ Settembru 2020 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0093/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 106, 31.3.2020, p. 10.


P9_TC1-COD(2019)0246

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Novembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward ta’ tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward tal-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd għall-flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/1781.)