<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-272/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0272</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:535">EU:C:2020:535</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20200709">9.7.2020</DATE> – Kawża C‑272/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Land Hessen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 267 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2016/679</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(7)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD>Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15 –Dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑272/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20190401">1 ta’ April 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VQ</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Land Hessen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, L. S. Rossi (Relatur), J. Malenovský, F. Biltgen u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal VQ, minn A.-K. Pantaleon, genannt Stemberg, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal-Land Hessen, minn H.-G. Kamann, M. Braun u L. Hesse, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u M. Hellmann, kif ukoll minn A. Berg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, O. Serdula u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Krämer, D. Nardi u F. Erlbacher, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Artikolu 4(7) u tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 127, p. 2</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 267 TFUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn VQ u l-Land Hessen (il-Land ta’ Hesse, il-Ġermanja) rigward il-legalità taċ-ċaħda mill-President tal-Hessischer Landtag (il-Parlament tal-Land ta’ Hesse) tat-talba ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata għad-data personali li tikkonċernaha, irreġistrata mill-Kumitat tal-Petizzjonijiet ta’ dan il-parlament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 95/46/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), imħassar permezz tar-Regolament Nru 2016/679, kienet tinkludi l-Artikolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Skop [Kamp ta’ Applikazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, li kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet ta’ liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat (magħdud il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun dwar materji ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali,</P></ITEM><ITEM><P>minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività purament personali jew domestika.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2016/679</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 16 u 20 tar-Regolament Nru 2016/679 jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(16)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament ma japplikax għal kwistjonijiet ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali jew il-fluss liberu ta’ data personali relatata ma’ attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, bħal attivitajiet rigward is-sigurtà nazzjonali. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Filwaqt li dan ir-Regolament japplika, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għall-attivitajiet tal-qrati u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn, il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tista’ tispeċifika l-attivitajiet ta’ pproċessar u l-proċeduri ta’ pproċessar b’rabta mal-ipproċessar ta’ data personali minn qrati u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn. Il-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta’ data personali meta l-qrati jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-ġudikatura fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħha, inkluż it-teħid ta’ deċiżjonijiet. Is-superviżjoni ta’ tali attivitajiet tal-ipproċessar tad-data għandha tkun tista’ tiġi fdata lil entitajiet speċifiċi fi ħdan is-sistema ġudizzjarja tal-Istat Membru, li għandhom b’mod partikolari jiżguraw il-konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament, iżidu l-għarfien fost il-membri tal-ġudikatura dwar l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament u jittrattaw l-ilmenti b’rabta ma’ tali operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kamp ta’ applikazzjoni materjali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>matul attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>minn persuna fiżika waqt attività purament personali jew fid-dar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data [pesuna kkonċernata]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur konferma dwar jekk id-data personali li tikkonċerna lilu hijiex qiegħda tiġi proċessata jew le, u, fejn dan ikun il-każ, l-aċċess għad-data personali u l-informazzjoni li ġejja:</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 2016/679, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Restrizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew il-proċessur tad-data tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 22 u l-Artikolu 34, kif ukoll l-Artikolu 5 sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 12 sa 22, meta tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-sigurtà nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-difiża [nazzjonali];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>is-sigurtà pubblika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inkluż, kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u l-proċedimenti ġudizzjarji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>funzjoni ta’ monitoraġġ, ispezzjoni jew regolatorja marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali f’każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) u (g);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħrajn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt federali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 tal-Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland (il-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallfin huma indipendenti u huma suġġetti biss għal-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallfin debitament maħtura għal ħajjithom għal impjieg full-time ma jistgħux, qabel l-iskadenza tal-funzjonijiet tagħhom u kontra l-volontà tagħhom, jitkeċċew, jiġu sospiżi b’mod definittiv jew temporanju mill-funzjonijiet tagħhom, jiġu ttrasferiti għal impjieg ieħor jew imqiegħda fuq irtirar ħlief permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, u biss għar-raġunijiet u fil-forom iddefiniti mil-liġi. Il-leġiżlazzjoni tista’ tistabbilixxi l-limiti ta’ età li fihom l-imħallfin maħtura għal ħajjithom jitħallew jinvokaw id-drittijiet tagħhom għall-irtirar. Fil-każ ta’ modifika fl-istruttura tal-qrati jew tat-territorji fejn għandhom ġurisdizzjoni, l-imħallfin jistgħu jiġu ttrasferiti lejn qorti oħra jew imneħħija mill-funzjonijiet tagħhom, filwaqt li huma jżommu madankollu l-benefiċċju tas-salarju kollu tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Deutsches Richtergesetz (il-Liġi Ġermaniża dwar l-Istatus tal-Imħallfin, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>DRiG<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallef huwa suġġett għal stħarriġ dixxiplinari biss sa fejn dan ma jippreġudikax l-indipendenza tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-istħarriġ dixxiplinari jinkludi wkoll is-setgħa li jiġi invokat kontra l-imħallef il-mod illegali li bih huwa jwettaq il-funzjoni tiegħu u li jiġi ordnat iwettaq debitament u mingħajr dewmien il-funzjonijiet tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-imħallef isostni li miżura ta’ stħarriġ dixxiplinari tippreġudika l-indipendenza tiegħu, fuq talba ta’ dan l-imħallef, qorti tiddeċiedi b’mod konformi ma’ din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Land ta’ Hesse</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 126 tal-Verfassung des Landes Hessen (il-Kostituzzjoni tal-Land ta’ Hesse) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="126.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-poter ġudizzjarju huwa eżerċitat esklużivament mill-qrati stabbiliti skont il-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="126.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallfin huma indipendenti u huma suġġetti biss għal-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 127 ta’ din il-kostituzzjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="127.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallfin maħtura debitament jinħatru għal ħajjithom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallfin jinħatru għal ħajjithom biss jekk, wara ngaġġ temporanju għal perijodu ta’ prova li t-tul ta’ żmien tiegħu għandu jiġi stabbilit mil-liġi, huma jagħtu, skont il-personalità tagħhom u skont l-attività tagħhom inkwantu imħallfin, il-garanzija li jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom fi spirtu ta’ demokrazija u ta’ sens soċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni ta’ ngaġġ temporanju u ta’ ħatra għall-ħajja tittieħed mill-Ministru għall-Ġustizzja flimkien ma’ kumitat ta’ għażla tal-imħallfin.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2b tal-Hessisches Richergesetz (il-Liġi tal-Land ta’ Hesse dwar l-Istatus tal-Imħallfin, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>HRiG<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-evalwazzjoni tal-kapaċità, tal-kompetenzi u tal-prestazzjoni professjonali tal-imħallfin hija rregolata mil-linji gwida tal-Ministeru għall-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-HRiG jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-imħallfin jinħatru mill-Ministru għall-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-Verwaltungsgerichtsordnung (il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva), huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Sabiex jiġi kopert bżonn temporanju ta’ persunal, uffiċjal maħtur għall-ħajja li jkollu d-diplomi meħtieġa sabiex jeżerċita l-funzjoni ta’ mħallef jista’ jinħatar bħala mħallef temporanju għal tul ta’ żmien minimu ta’ sentejn u għal mhux iktar mit-tul ta’ żmien tal-funzjoni prinċipali tiegħu. L-ewwel u t-tielet sentenza tal-Artikolu 15(1), kif ukoll l-Artikolu15(2) tad-DRiG japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis</HT> <HT TYPE="ITALIC">mutandis</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Hessisches Datenschutz- und Informationsfreiheitsgesetz (il-Liġi tal-Land ta’ Hesse dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni), li tadatta l-liġi tal-Land ta’ Hesse fil-qasam tal-protezzjoni tad-data b’mod partikolari għar-Regolament Nru 2016/679, tipprevedi, fl-Artikolu 30(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 15 u 29, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi japplikaw għall-Parlament tal-Land biss sa fejn dan tal-aħħar jintervjeni f’affarijiet amministrattivi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ affarijiet ekonomiċi tal-Parlament tal-Land, l-amministrazzjoni tal-persunal jew l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li l-eżekuzzjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tal-President tal-Parlament tal-Land. Barra minn hekk, il-Parlament tal-Land jadotta regoli interni fir-rigward tal-protezzjoni b’mod konformi mal-istatus kostituzzjonali tiegħu. […]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Anness 2 tal-Geschäftsordnung des Hessischen Landtags (ir-Regoli Interni tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse), tas-<DATE ISO="19931216">16 ta’ Diċembru 1993</DATE>, jinkludi l-linji gwida dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni kklassifikata fl-ambitu tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse tal-1986, li jipprevedu, fl-Artikolu 13 tagħhom, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Protezzjoni ta’ sigrieti privati<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Sa fejn il-protezzjoni ta’ sigrieti personali, tan-negozju jew tal-kummerċ teżiġi dan, il-fajls, dokumenti oħra u d-deliberazzjonijiet tal-kumitati għandhom jinżammu sigrieti. Dan jgħodd b’mod partikolari għall-fajls tat-taxxa u għall-petizzjonijiet. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsultazzjoni ta’ tali fajls jew dokumenti hija rriżervata għall-membri tal-kumitat kompetenti. L-istess jgħodd għall-konsultazzjoni tal-minuti ta’ deliberazzjonijiet tal-kumitati fuq kwistjonijiet li jeżiġu l-osservanza tas-sigriet, fis-sens tal-paragrafu 1. Il-kumitat jiddeċiedi dwar id-distribuzzjoni tal-minuti.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara li ppreżenta petizzjoni lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse, VQ, abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2016/679, talab lil dan il-kumitat għal aċċess għad-data personali li tikkonċernah, irreġistrata minn dan il-kumitat fil-kuntest tal-ipproċessar tal-petizzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-President tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse ddeċieda li jiċħad din it-talba, għar-raġuni li l-proċedura ta’ petizzjoni tikkostitwixxi missjoni parlamentari u li l-imsemmi parlament ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2016/679.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130322">22 ta’ Marzu 2013</DATE>, VQ ippreżenta rikors quddiem il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden, il-Ġermanja) kontra d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse li tiċħad it-talba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-qorti tosserva li, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikolu 13 tal-linji gwida dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni kklassifikata fl-ambitu tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse tal-1986, id-dritt Ġermaniż ma jagħti l-ebda dritt ta’ aċċess għad-data personali fil-kuntest ta’ petizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, huwa jistaqsi, fl-ewwel lok, jekk il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 2016/679, u jista’, f’dan il-każ, jitqies bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tad-data personali ta’ VQ. F’dan il-każ, dan tal-aħħar ikun jista’ jinvoka dritt ta’ aċċess taħt l-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Regolament Nru 2016/679 ma jipprovdi l-ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Skont il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden), din l-espressjoni tista’ tingħata sens funzjonali jew sens istituzzjonali. Skont l-ewwel sens, ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> l-entitajiet pubbliċi kollha li jwettqu missjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika, inkluż, għaldaqstant, il-Parlament tal-Land ta’ Hesse meta huwa jwettaq tali missjonijiet. Skont it-tieni sens, il-Kumitat tal-Petizzjonijiet ta’ dan il-parlament huwa organu awtonomu, u għaldaqstant awtorità pubblika, fis-sens istituzzjonali. Huwa ma jipparteċipax fl-attività leġiżlattiva tal-imsemmi parlament peress li, minn naħa, l-attività tiegħu ma hijiex ta’ natura vinkolanti u, min-naħa l-oħra, huwa ma għandu la dritt ta’ inizjattiva u lanqas dritt li jirregola, u l-azzjoni tiegħu dejjem tiddependi mill-petizzjoni taċ-ċittadin u mill-kontenut tat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2016/679 ma jeskludix il-korpi jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ poteri ġudizzjarji jew leġiżlattivi, din id-dispożizzjoni timplika li għandu jiġi adottat sens wiesa’ tal-kunċett ta’ amministrazzjoni u għaldaqstant ta’ awtorità pubblika. Għalhekk, fir-rigward tad-dritt ta’ petizzjoni, xejn ma jiddistingwi dan il-kumitat minn kwalunkwe awtorità amministrattiva oħra tal-Land ta’ Hesse.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) tqis, għaldaqstant, li l-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament u li ma hemm l-ebda raġuni li tipprekludi, f’dan il-każ, l-eżerċizzju ta’ dritt ta’ aċċess kont l-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, din il-qorti tistaqsi, fit-tieni lok, jekk hija tistax titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, fid-dawl tal-kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward, b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterju marbut mal-indipendenza tal-organu kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tfakkar li r-rekwiżit ta’ indipendenza jinkludi żewġ aspetti, L-ewwel wieħed, ta’ natura esterna, jippreżupponi li l-imsemmi organu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu f’awtonomija sħiħa, mingħajr rabta ta’ subordinazzjoni fil-konfront ta’ kwalunkwe persuna u mingħajr ma jirċievi ordnijiet jew struzzjonijiet minn kwalunkwe sors, b’tali mod li l-korp ikun protett mill-interventi jew mill-pressjonijiet esterni li jistgħu jipperikolaw l-indipendenza tal-ġudizzju tal-membri tiegħu fir-rigward tat-tilwim imressaq quddiemhhom. It-tieni aspett, ta’ natura interna, jingħaqad mal-kunċett ta’ imparzjalità u huwa intiż għal distanza ugwali mill-partijiet fit-tilwima u mill-interessi rispettivi tagħhom fir-rigward tas-suġġett tat-tilwima. Dan l-aspett jeżiġi l-osservanza tal-oġġettività u l-assenza ta’ kull interess fis-soluzzjoni tat-tilwima, barra mill-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjoni legali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aspett estern tal-indipendenza, ir-rabta ta’ qorti mal-Ministeru għall-Ġustizzja timplika li din il-qorti ma tkunx tista’ teżerċita l-funzjonijiet tagħha f’awtonomija sħiħa. F’dan il-każ, l-organizzazzjoni tal-qrati tal-Land ta’ Hesse hija allegatament imposta mill-Ministeru għall-Ġustizzja ta’ dan il-land. B’mod partikolari, dan il-ministeru jiddetermina l-mezzi ta’ komunikazzjoni (telefon, faks, internet u oħrajn) u t-tagħmir informatiku, b’mod partikolari l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>HessenPC<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, ikkonċepit għall-amministrazzjoni, ma’ fornitur ċentrali, jiġifieri l-Hessische Zentrale für Datenverarbeitung (iċ-Ċentru għall-Ipproċessar tad-Data tal-Land ta’ Hesse), li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Finanzi tal-Land ta’ Hesse. Dan tal-aħħar jiżgura wkoll il-manteniment ta’ dan it-tagħmir kollu, b’tali mod li l-amministrazzjoni tkun tista’ taċċedi għad-data kollha tal-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Is-sempliċi riskju tal-eżerċizzju ta’ influwenza politika fuq il-qrati permezz, b’mod partikolari, tat-tagħmir jew tal-persunal allokat mill-Ministeru għall-Ġustizzja, ikun suffiċjenti sabiex joħloq riskju ta’ ndħil fid-deċiżjonijiet ta’ dawn u sabiex jaffettwa l-indipendenza tal-qrati fl-eżerċizzju tal-missjonijiet tagħhom. Għal dawn il-finijiet, ikun suffiċjenti li tiġi eżerċitata preżunta pressjoni għar-riżoluzzjoni rapida tal-kawżi permezz ta’ statistika tal-piż tax-xogħol amministrat mill-imsemmi ministeru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qrati tal-Land ta’ Hesse ma jibbenefikawx minn stħarriġ awtonomu fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, peress li l-biċċa l-kbira tal-ipproċessar tad-data hija imposta, essenzjalment, mill-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Land ta’ Hesse, mingħajr ma jiġi eżerċitat l-istħarriġ ġudizzjarju msemmi fil-premessa 20 tar-Regolament Nru 2016/679.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aspett intern tal-indipendenza, il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) tispeċifika li d-dritt kostituzzjonali Ġermaniż ma jiggarantixxix l-indipendenza istituzzjonali tal-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabel kollox, kif jirriżulta mill-Artikoli 2b u 3 tal-HRiG, il-ħatra, l-evalwazzjoni, u l-promozzjoni tal-imħallfin, inklużi ta’ dawk li jifformaw il-qorti tar-rinviju, jaqgħu taħt il-Ministru għall-Ġustizzja tal-Land ta’ Hesse. Konsegwentement id-dispożizzjonijiet tad-dritt tas-servizz pubbliku huma applikabbli għalihom, b’tali mod li, b’mod partikolari, iċ-ċaqliq professjonali barra mill-pajjiż tal-imħallfin, bħal dak magħmul fil-kuntest tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, għandu jiġi deċiż mill-imsemmi ministru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont l-Artikolu 18 tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva, sabiex jiġi kopert bżonn temporanju għal persunal, uffiċjal jista’ jinħatar bħala mħallef temporanju. Madankollu, tali mħallef jista’ jkun ġej minn awtorità pubblika li jkollha, quddiemu, il-kwalità ta’ konvenuta fi proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Land ta’ Hesse jdaħħal id-dettalji personali tal-imħallfin kollha f’sistema ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni tar-riżorsi umani li hija parti mill-Gvern tal-Land ta’ Hesse, b’tali mod li l-awtoritajiet amministrattivi kollha ta’ dan il-land jista’ jkollhom aċċess għal din id-data, minkejja li huma jista’ jkollhom il-kwalità ta’ parti f’kawża mressqa quddiem dawn l-istess imħallfin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Ministeru għall-Ġustizzja jiddeċiedi wkoll dwar in-numru ta’ mħallfin u ta’ pożizzjonijiet f’kull qorti, dwar il-persunal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>mhux ġudizzjarju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> attribwit, fil-fatt, lill-poter eżekuttiv, kif ukoll dwar it-tagħmir informatika f’kull qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-qrati jkollhom biss indipendenza funzjonali sa fejn biss l-imħallfin ikunu indipendenti u suġġetti għal-liġi, skont l-Artikolu 126 tal-Kostituzzjoni tal-Land ta’ Hesse. Madankollu, waħedha, tali indipendenza funzjonali hija insuffiċjenti sabiex tipproteġi lill-qrati minn kull influwenza esterna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) tikkonkludi li, probabbilment, hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta sabiex titqies bħala qorti indipendenti u imparzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>1)</NO.P><TXT>Ir-[Regolament Nru 2016/679], f’dan il-każ l-Artikolu 15 [tiegħu], [intitolat <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/>], huwa applikabbli għall-Kummissjoni tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru b’kompetenza li tittratta petizzjonijiet ta’ ċittadini, f’dan il-każ, il-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament tal-Land ta’ Hessen, u tali kummissjoni għandha titqies f’dan ir-rigward bħala li hija awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 4(7) tar-[Regolament Nru 2016/679]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hija qorti indipendenti u imparzjali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-[Karta]?<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern Pollakk jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni domanda, peress li d-dritt tal-Unjoni ma jirregolax l-organizzazzjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri u peress li, għaldaqstant, din il-kwistjoni taqa’ biss taħt id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Biżżejjed jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li t-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kemm jekk huwa tar-Regolament Nru 2016/679 jew tal-Artikolu 267 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha biċ-ċar ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba kollha kemm hi, jiġifieri, kemm fuq l-ewwel kif ukoll fuq it-tieni domanda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) tesprimi dubji rigward il-kwalità proprja tagħha ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta. B’dan il-mod, hija fil-fatt tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżamina l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, peress li l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 267, tikkostitwixxi kundizzjoni għal din l-ammissibbiltà u, għaldaqstant, prerekwiżit għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li hemm riferiment għaliha fl-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi evalwat jekk l-organu tar-rinviju inkwistjoni għandux in-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, kwistjoni li taqa’ unikament taħt id-dritt tal-Unjoni, u għaldaqstant sabiex jiġi evalwat jekk it-talba għal deċiżjoni preliminari hijiex ammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ elementi, bħall-oriġini legali ta’ dan l-organu, in-natura permanenti tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura tiegħu, l-applikazzjoni, mill-organu, tad-dispożizzjonijiet legali kif ukoll l-indipendenza tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Id-dubji espressi mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) jirrigwardaw l-indipendenza tagħha fil-konfront tal-poter leġiżlattiv jew tal-poter eżekuttiv. Dawn id-dubji huma bbażati fuq iċ-ċirkustanzi skont liema, l-ewwel nett, l-imħallfin jinħatru u jiġu promossi mill-Ministru għall-Ġustizzja, it-tieni nett, l-evalwazzjoni tal-imħallfin hija rregolata mill-Ministeru għall-Ġustizzja skont l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li huma applikabbli għall-uffiċjali, it-tielet nett, id-data personali u d-dettalji professjonali tal-imħallfin huma amministrati minn dan il-ministeru, li għalhekk għandu aċċess għal din id-data, ir-raba’ nett, sabiex jiġi kopert bżonn temporanju għal persunal, uffiċjali jistgħu jinħatru bħala mħallfin temporanji, u, il-ħames nett, l-imsemmi ministeru jimponi l-organizzazzjoni esterna u interna tal-qrati, jiddetermina l-allokazzjoni ta’ persunal, il-mezzi ta’ komunikazzjoni u t-tagħmir informatiku tal-qrati u jiddeċiedi wkoll dwar iċ-ċaqliq professjonali barra mill-pajjiż tal-imħallfin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-indipendenza tal-imħallfin tal-Istati Membri hija ta’ importanza fundamentali għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea minn diversi aspetti. L-ewwel nett, hija parti mill-prinċipju tal-Istat ta’ dritt, li jagħmel parti mill-valuri li fuqhom, skont l-Artikolu 2 TUE, hija bbażata l-Unjoni u li huma komuni għall-Istati Membri, kif ukoll mill-Artikolu 19 TUE, li jagħti espressjoni konkreta lil dan il-valur u jafda l-kompitu li jiġi żgurat l-istħarriġ legali f’dan l-ordinament ukoll lill-qrati nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Associação Sindical dos Juízes Portugueses</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑64/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:117">EU:C:2018:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Sussegwentement, l-imsemmija indipendenza hija kundizzjoni neċessarja sabiex l-individwi jiġu ggarantiti, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, id-dritt fundamentali għal qorti indipendenti u imparzjali previst fl-Artikolu 47 tal-Karta li huwa ta’ importanza fundamentali inkwantu garanti tal-protezzjoni tad-drittijiet kollha li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, Eżami mill-ġdid Simpson vs Il-Kunsill u HG vs Il-Kummissjoni, <NO.CASE>C‑542/18 RX‑II u C‑543/18 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:232">EU:C:2020:232</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Fl-aħħar nett, l-imsemmija indipendenza hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja inkorporata fil-mekkaniżmu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari previst fl-Artikolu 267 TFUE, sa fejn dan il-mekkaniżmu jista’ jiġi attivat biss permezz ta’ korp, inkarigat li japplika d-dritt tal-Unjoni, li jissodisfa, b’mod partikolari, dan il-kriterju ta’ indipendenza (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tiġi vverifikata l-ammissibbiltà ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, il-kriterju marbut mal-indipendenza li għandu jiġi ssodisfatt mill-korp tar-rinviju sabiex ikun jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, jista’ jiġi evalwat biss fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni waħdanija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bħalma tenfasizza l-Kummissjoni Ewropea, f’dan il-każ, din l-evalwazzjoni għandha tirrigwarda biss l-indipendenza tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, li, bħalma jirriżulta mill-punti 22 sa 25 ta’ din is-sentenza, tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri, ir-Regolament Nru 2016/679.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ċerti elementi mressqa mill-imsemmija qorti amministrattiva huma manifestament irrilevanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ, fl-ewwel lok, tar-regoli dwar il-proċeduri għall-ħatra tal-imħallfin temporanji, peress li tali mħallfin ma jagħmlux parti mill-kulleġġ ġudikanti li huwa magħmul, f’dan il-każ, sempliċement mill-President tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tar-rwol tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Land ta’ Hesse f’dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni taċ-ċaqliq professjonali tal-imħallfin jew l-organizzazzjoni tal-qrati, id-determinazzjoni tan-numru tal-persunal, l-amministrazzjoni tal-mezzi ta’ komunikazzjoni u t-tagħmir informatika kif ukoll l-amministrazzjoni tad-data personali, biżżejjed jingħad li t-talba għal<?PAGE NO="11"?> deċiżjoni preliminari ma tinkludi l-ebda informazzjoni li tagħmilha possibbli li jinftiehem sa fejn dawn l-elementi jistgħu jqiegħdu f’dubju, fil-kawża prinċipali, l-indipendenza tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant jifdal, essenzjalment, li tiġi vverifikata l-allegata influwenza li l-poter leġiżlattiv jew il-poter eżekuttiv jistgħu jeżerċitaw fuq l-imħallfin li jifformaw l-imsemmija qorti amministrattiva minħabba l-involviment tagħhom fil-ħatra, fil-promozzjoni u fl-evalwazzjoni ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità li għandu jkollhom il-qrati tal-Istati Membri jippreżupponu l-eżistenza ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-istanza, il-ħatra, it-tul ta’ żmien fil-funzjoni kif ukoll ir-raġunijiet għall-astensjoni, għar-rikuża u għat-tneħħija tal-membri tagħha, li għandhom ikunu xierqa sabiex jiggarantixxu li l-partijiet fil-kawża ma jkollhom l-ebda dubju leġittimu dwar l-impermeabbiltà tal-imsemmija istanza fir-rigward ta’ elementi esterni u dwar in-newtralità tagħha fir-rigward tal-interessi kunfliġġenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Ġermaniż jispeċifika li, f’dan il-każ, l-imħallfin għandhom status awtonomu fis-servizz pubbliku, żgurat, fost l-oħrajn, bil-garanzija li huma ma jitneħħewx, prevista fl-Artikolu 97 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bil-ġurisdizzjoni tal-qrati fir-rigward tal-protezzjoni ġudizzjarja tal-imħallfin, kif ukoll bil-proċedura ta’ ħatra, li fiha l-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-Imħallfin għandu rwol deċiżiv. Dan il-kumitat, previst fl-Artikolu 127 tal-Kostituzzjoni tal-Land ta’ Hesse, huwa kompost minn seba’ membri maħtura mill-Parlament ta’ dan il-land, minn ħames membri li ġejjin mill-korp ġudizzjarju u, fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali, mill-president ta’ waħda miż-żewġ kmamar tal-avukati tal-imsemmi land. Il-membri maħtura mill-imsemmi parlament fi proporzjon mal-kompożizzjoni tiegħu għandhom jiżguraw il-leġittimità demokratika tal-imsemmi kumitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-ħatra tal-imħallef sedenti fil-qorti tar-rinviju, għandu jitfakkar qabel kollox li s-sempliċi fatt li l-poter leġiżlattiv jew il-poter eżekuttiv jintervjenu fil-proċess ta’ ħatra ta’ mħallef ma huwiex tali li joħloq dipendenza ta’ dan tal-aħħar fuqhom u lanqas ma huwa tali li jnissel dubji rigward l-imparzjalità tiegħu, jekk, ladarba maħtura, il-persuna kkonċernata ma tkun suġġetta għal ebda pressjoni u ma tirċevix struzzjonijiet fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0133">133</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) tidher, madankollu, li għandha mistoqsijiet ukoll dwar il-kompatibbiltà tal-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-Imħallfin mal-prinċipju ta’ indipendenza, fid-dawl tal-preponderanza tal-membri magħżula mill-poter leġiżlattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-fatt ma jistax, minnu nnifsu, iwassal għal dubji rigward l-indipendenza tal-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, l-indipendenza ta’ qorti nazzjonali għandha, inkluż mill-aspett tal-kundizzjonijiet li fihom issir il-ħatra tal-membri, tiġi evalwata fid-dawl tal-fatturi kollha li huma rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, meta qorti nazzjonali tkun ssottomettiet lill-Qorti tal-Ġustizzja serje ta’ elementi li, fil-fehma tagħha, huma tali li jnisslu dubji rigward l-indipendenza ta’ kumitat involut fil-ħatra ta’ imħallfin, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, filwaqt li wieħed mill-elementi mressqa b’dan il-mod mill-imsemmija qorti ma jistax minnu nnifsu jiġi kkritikat u jaqa’, f’dan il-każ, taħt il-kompetenza tal-Istati Membri u l-għażliet magħmula minnhom, il-kombinazzjoni tagħhom, flimkien maċ-ċirkustanzi li fihom saru dawn l-għażliet, tista’, min-naħa l-oħra, twassal għal dubji rigward l-indipendenza ta’ korp imsejjaħ sabiex jipparteċipa fil-ħatra tal-imħallfin, minkejja li, meta<?PAGE NO="12"?> l-imsemmija elementi jiġu kkunsidrati separatament, tali konklużjoni ma tkunx neċesssarja (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma jistax jiġi konkluż li kumitat, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex indipendenti minħabba l-preżenza tal-element waħdieni msemmi fil-punt 55 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-evalwazzjoni u għall-promozzjoni tal-imħallfin, ukoll ikkontestati mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden), biżżejjed jiġi kkonstatat li l-proċess verbali sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludix indikazzjonijiet li l-mod li bih il-poter leġiżlattiv jeżerċita l-kompetenzi tiegħu f’dan ir-rigward huwa tali li jnissel dubji leġittimi, b’mod partikolari, fi ħdan il-partijiet f’kawża, dwar l-impermeabbiltà tal-imħallef ikkonċernat fir-rigward ta’ elementi esterni u dwar in-newtralità tiegħu fir-rigward tal-interessi li jistgħu jkunu inkwistjoni quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-elementi mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) insostenn tad-dubji li hija tesprimi fir-rigward tal-indipendenza proprja tagħha ma humiex suffiċjenti, minnhom infushom sabiex jiġi konkluż li tali dubji huma fondati u li din il-qorti ma hijiex indipendenti, minkejja r-regoli l-oħra kollha previsti mill-ordinament ġuridiku li tagħmel parti minnu din il-qorti amministrattiva u intiżi sabiex jiżguraw l-indipendenza tagħha, inklużi, b’mod partikolari, dawk imsemmija fil-punt 53 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) għandha, f’dan il-każ, titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Konsegwentement, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat li din il-konklużjoni ma taffettwax l-eżami tal-ammissibbiltà tat-tieni domanda, li hija, inkwantu tali, inammissibbli. Fil-fatt, peress li din id-domanda tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE nnifsu, li ma huwiex inkwistjoni għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, l-interpretazzjoni mitluba permezz tal-imsemmija domanda ma tissodisfax bżonn oġġettiv għad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju għandha tagħti (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980525">25 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Nour</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:250">EU:C:1998:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Permezz tat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 2016/679 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-ipproċessar ta’ data personali magħmul minn tali kumitat jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari, tal-Artikolu 15 ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu, l-ewwel nett, jitfakkar li l-imsemmi Artikolu 4(7) jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> bħala l-persuna fiżika jew ġuridika, l-awtorità pubblika, id-dipartiment jew organu ieħor li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jistabbilixxi l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> li tinsab fir-Regolament Nru 2016/679 ma hijiex limitata għall-awtoritajiet pubbliċi, iżda, kif jenfasizza l-Gvern Ċek, hija suffiċjentement wiesgħa sabiex tinkludi kull organu li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jistabbilixxi l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, tal-osservazzjonijiet tal-Land ta’ Hesse li jgħidu li l-attivitajiet ta’ kumitat parlamentari ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2016/679, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tispeċifika, fir-rigward tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46, li, peress li din id-direttiva hija bbażata fuq l-Artikolu 100 A tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 95 KE), l-użu minn din il-bażi legali ma jippreżupponix l-eżistenza ta’ rabta effettiva mal-moviment liberu bejn Stati Membri f’kull waħda mis-sitwazzjonijiet previsti mill-att ibbażat fuq tali bażi u li ma jkunx xieraq li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>attivitajiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> tiġi interpretata bħala li għandha portata tali li jkun meħtieġ li jiġi vverifikat, fuq bażi individwali, jekk l-attività speċifika taffettwax direttament il-moviment liberu bejn Stati Membri (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar minnu f’dak li jirrigwarda r-Regolament Nru 2016/679, li huwa bbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE, li jgħid li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu r-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, b’mod partikolari, mill-Istati Membri fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data, u li l-Artikolu 2(2) tiegħu jikkorrispondi, essenzjalment, għall-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-Artikolu 2(2)(a) ta’ dan ir-regolament, peress li huwa eċċezzjoni mid-definizzjoni wiesgħa ħafna tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament prevista fl-Artikolu 2(1) ta’ dan, għandu jiġi interpretat b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, enfasizzat li l-attivitajiet imsemmija bħala eżempji fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 (jiġifieri l-attivitajiet previsti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-ipproċessar li għandu bħala suġġett is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà tal-Istat u l-attivitajiet marbuta ma’ oqsma tad-dritt kriminali), huma, fil-każijiet kollha, attivitajiet li huma proprji għall-Istati jew għall-awtoritajiet tal-Istat u li dawn l-attivitajiet huma intiżi sabiex jiddefinixxu l-portata tal-eċċezzjoni prevista fih, b’tali mod li din l-eċċezzjoni tapplika biss għall-attivitajiet li huma msemmija b’mod espliċitu fih jew li jistgħu jitqiegħdu fl-istess kategorija (<HT TYPE="ITALIC">ejusdem generis</HT>) (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li attività tkun proprja għall-Istat jew għal awtorità pubblika ma huwiex suffiċjenti sabiex din l-eċċezzjoni tkun awtomatikament applikabbli għal tali attività. Huwa, fil-fatt, neċessarju li din l-attività tkun tinsab fost dawk li huma msemmija b’mod espliċitu minn din id-dispożizzjoni jew li tkun tista’ titqiegħed fl-istess kategorija ta’ dawn l-attivitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minkejja li l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse huma, mingħajr dubju, ta’ natura pubblika u proprji għal dan il-land, peress li dan il-kumitat jikkontribwixxi indirettament għall-attività parlamentari, jibqa’ l-fatt li mhux biss dawn l-attivitajiet huma ta’ natura kemm politika kif ukoll amministrattiva, iżda wkoll li ma jidhirx mill-proċess verbali sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja li l-imsemmija attivitajiet jikkorrispondu, f’dan il-każ, għal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) u (d) tar-Regolament Nru 2016/679 jew li huma jistgħu jitqiegħdu fl-istess kategorija ta’ dawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, u fl-aħħar nett, l-ebda eċċezzjoni ma hija prevista fir-Regolament Nru 2016/679, b’mod partikolari fil-premessa 20 u fl-Artikolu 23 ta’ dan, f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet parlamentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament tal-Land ta’ Hesse jistabbilixxi, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, dan il-kumitat għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 2016/679 u, għalhekk, l-Artikolu 15 ta’ dan huwa, f’dan il-każ, applikabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru jistabbilixxi, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, dan il-kumitat għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-ipproċessar ta’ data personali magħmul minn tali kumitat jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari, tal-Artikolu 15 ta’ dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru jistabbilixxi, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, dan il-kumitat għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-ipproċessar ta’ data personali magħmul minn tali kumitat jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari, tal-Artikolu 15 ta’ dan.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>