|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1105 |
19.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1105
tat-18 ta’ Mejju 2026
li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1). |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Mejju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1096 (2) li testendi l-miżuri restrittivi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta’ Ġunju 2026. Dik id-Deċiżjoni neħħiet ukoll is-sanzjonijiet ekonomiċi kollha kontra s-Sirja bl-għan li tappoġġa t-tranżizzjoni politika inklużiva tas-Sirja, kif ukoll l-irkupru ekonomiku rapidu, ir-rikostruzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tagħha, f’konformità ma’ approċċ gradwali u riversibbli. Madankollu, il-Kunsill żamm il-miżuri restrittivi marbuta mar-reġim ta’ al-Assad f’konformità mal-appell tagħha għall-irfigħ tar-responsabbiltà, u l-miżuri restrittivi abbażi ta’ raġunijiet ta’ sigurtà. B’mod parallel, il-Kunsill introduċa miżuri restrittivi addizzjonali kontra dawk li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u dawk li jinstigaw l-instabbiltà fis-Sirja. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2025, il-Kunsill issottolinja l-impenn tal-Unjoni li tappoġġa tranżizzjoni paċifika u inklużiva mmexxija mis-Sirjani u bi sjieda Sirjana, fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jridu jiġu rispettati, protetti u ssodisfati għal kulħadd, bl-ebda tip ta’ diskriminazzjoni. Il-Kunsill tenna l-appoġġ qawwi tal-Unjoni għall-isforzi Sirjani u internazzjonali għall-irfigħ tar-responsabbiltà għall-atroċitajiet kollha mwettqa mir-reġim ta’ al-Assad u ssottolinja li proċess ta’ ġustizzja tranżizzjonali komprensiv u inklużiv huwa meħtieġ għar-rikonċiljazzjoni u l-paċi dejjiema. |
|
(4) |
Minkejja l-waqgħa tar-reġim ta’ al-Assad u l-istabbiliment tal-awtoritajiet tranżizzjonali, is-sitwazzjoni fis-Sirja għadha instabbli u n-network ta’ al-Assad, mifrux ġewwa s-Sirja u barra, għadu ma nżammx responsabbli u ma jistax jitqies bħala xolt. Filwaqt li sar progress fil-proċess ta’ tranżizzjoni, inkluż it-tnedija tal-ewwel proċess pubbliku kontra al-Assad u l-assoċjati tiegħu, il-proċess biex jiġu żgurati l-ġustizzja u l-irfigħ tar-responsabbiltà għad-delitti mwettqa mir-reġim ta’ al-Assad huwa wieħed fit-tul marbut mal-aspirazzjonijiet tal-poplu Sirjan għal tranżizzjoni politika inklużiva fil-pajjiż. L-istadji ewlenin enfasizzati fir-Riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fosthom l-istabbiliment ta’ Assemblea tal-Poplu li tiffunzjona u l-abbozzar ta’ kostituzzjoni ġdida li jwasslu biex is-Sirja taqbad it-triq tal-liberazzjoni u ma tħarisx lura, għadhom ma ntlaħqux.. |
|
(5) |
Għad hemm riskju kredibbli ta’ destabbilizzazzjoni u qawmien mill-ġdid potenzjali tal-influwenza tal-eks reġim ta’ al-Assadp, kif muri mill-inċidenti b’appoġġ għar-reġim ta’ al-Assad immirati biex idgħajfu l-proċess tranżitorju, li wasslu għat-tixrid tad-demm fir-reġjun kostali tas-Sirja u lil hinn minnu. L-individwi u l-entitajiet iddeżinjati marbuta mar-reġim ta’ al-Assad għad għandhom rwoli influwenti u qawwija u, permezz ta’ finanzjament jew mezzi oħra, joħolqu r-riskju li jappoġġaw kunflitt armat ulterjuri, u jista’ jkollhom sehem f’tentattivi biex titreġġa’ lura t-tranżizzjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħha tal-11 ta’ Marzu 2025 f’isem l-Unjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà esprimiet tħassib serju dwar il-vjolenza mifruxa fir-reġjun kostali tas-Sirja u kkundannat bil-qawwa l-attakki mill-milizzji favur Assad kontra l-forzi tas-sigurtà u d-delitti orribbli mwettqa kontra persuni ċivili, inkluż qtil sommarju, u enfasizzat f’dak ir-rigward li għandhom jittieħdu miżuri effettivi biex jiġi evitat li tali delitti jerġgħu jseħħu. |
|
(6) |
Il-membri tal-familji al-Assad u Makhlouf u l-individwi assoċjati għadhom x’issa ma tawx kont ta’ għemilhom għall-involviment tagħhom fir-repressjoni brutali kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja u dan joħloq ir-riskju li jippruvaw jeskalaw il-kunflitt, iħarrxu l-firdiet settarji u jfixklu t-tranżizzjoni paċifika u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fis-Sirja. |
|
(7) |
Il-Ministri tal-Gvern Sirjan fil-poter wara Mejju 2011 taħt l-eks reġim ta’ al-Assad għandhom jitqiesu responsabbli in solidum għall-politika ta’ repressjoni li biha mexa l-eks reġim ta’ al-Assad u għadhom ta’ riskju għat-tranżizzjoni paċifika fis-Sirja. |
|
(8) |
Il-milizzji, il-gruppi armati, il-forzi tas-sigurtà u l-korpi tal-intelligence marbuta mal-eks reġim ta’ al-Assad u leali għalih joħolqu riskju ta’ eskalazzjoni u repressjoni ulterjuri kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja u jheddu t-tranżizzjoni paċifika u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fis-Sirja. |
|
(9) |
Fadal aktar minn 100 sit suspettat ta’ armi kimiċi fis-Sirja wara l-waqgħa tar-reġim ta’ al-Assad, ħafna aktar minn kemm qatt kienu rikonoxxuti qabel il-waqgħa tar-reġim ta’ al-Assad. Il-qerda tal-ħażniet ta’ armi kimiċi li fadal tas-Sirja tibqa’ prijorità biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-popolazzjoni Sirjana, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2024. |
|
(10) |
Negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja marbuta mal-eks reġim ta’ al-Assad u li akkwistaw ġid u poter sostanzjali minħabba din il-konnessjoni għadhom influwenti u n-networks tagħhom għadhom hemm. Għalhekk, dawkn l-individwi huma ta’ riskju inerenti ta’ repressjoni vjolenti tas-soċjetà ċivili u t-tranżizzjoni paċifika fis-Sirja. Filwaqt li l-Kunsill jirrikonoxxi l-progress li sar mill-Awtoritajiet Tranżizzjonali Sirjani, l-istituzzjonijiet tal-istat għadhom fil-proċess ta’ konsolidazzjoni, u r-riskju li dan il-proċess jkun imminat minn negozjanti ewlenin marbuta mal-eks reġim ta’ al-Assad għadu ma ġiex indirizzat bis-sħiħ. Fid-dawl tal-proċess ta’ ġustizzja tranżizzjonali li għaddej bħalissa, jenħtieġ li l-Kunsill iżomm l-approċċ kawt tiegħu, u jiżgura appoġġ kontinwu għal tranżizzjoni inklużiva li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan. |
|
(11) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi li jinsabu fiha jiġu estiżi sal-1 ta’ Ġunju 2027. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 34(1), id-data “1 ta’ Ġunju 2026” hija sostitwita bid-data “1 ta’ Ġunju 2027”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/255/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1096 tas-27 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L, 2025/1096, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1096/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1105/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)