Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich – Interpretazzjoni tal-prinċipji fundamentali tat-Trattati KE u UE u tal-libertajiet fundamentali li jirriżultaw minnhom, kif ukoll tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-istabbiliment, operazzjoni u amministrazzjoni ta’ skola ta’ sewqan u li tipprovdi għal kundizzjoni ta’ diploma – Diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini ta’ Stat Membru fil-konfront ta’ ċittadini minn Stati Membri oħra li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mid-dritt Komunitarju u li mhumiex neċessarjament suġġetti għall-kundizzjoni li jkollhom diploma
Dispożittiv
1) L-Artikoli 12 KE, 43 KE u 49 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrifjuta, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, li tirrikonoxxi l-kwalifiki professjonali miksuba minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru bħala ekwivalenti għall-pussess tad-diploma mitluba mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-finijiet tal-eżerċizzju f’dan l-Istat Membru ta’ attività indipendenti ta’ skola ta’ sewqan.
2) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-tieni u t-tielet domandi mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich.