|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/839 |
16.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.. 11404 — PG / VELVET CARE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/839)
1.
Fit-8 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Partners Group AG (“PG”, l-Iżvizzera), ikkontrollat minn Partners Group Holding AG. |
|
— |
Velvet CARE sp. z o.o. ("Velvet Care", il-Polonja), ikkontrollata minn Abris Capital Partners. |
PG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Velvet Care kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
PG hija kumpanija ta’ investiment fis-swieq privati globali b’investimenti fil-qasam tal-ekwità privata, tal-proprjetà immobbli privata, tal-infrastruttura privata, u tad-dejn privat. |
|
— |
Velvet Care timmanifattura prodotti tal-iġjene tat-tixju. Hija primarjament attiva fil-produzzjoni ta’ prodotti tat-tixju fost l-oħrajn karta tat-tojlit, tixju tal-wiċċ, karti assorbenti tal-kċina u xugamani mitwija kif ukoll tixjus mhux minsuġa niedja għall-banju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M .11404 – PG / VELVET CARE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/839/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)