12004V024

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU IV - ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI - KAPITOLU I - IL-QAFAS ISTITUZZJONALI - Artikolu I-24

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0020 - 0021


Artikolu I-24

Il-formazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri

1. Il-Kunsill jiltaqa' f'formazzjonijiet differenti.

2. Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali għandu jiżgura l-konsistenza fil-ħidma tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill.

Għandu jipprepara u jiżgura s-segwitu għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni.

3. Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin għandu jelabora l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni fuq bażi ta' linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, u jiżgura li l-azzjoni ta' l-Unjoni hi konsistenti.

4. Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'maġġoranza kwalifikata deċiżjoni Ewropea li tistabbilixxi l-lista tal-formazzjonijiet oħra tal-Kunsill.

5. Kumitat ta' Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandu jkun responsabbli biex iħejji l-ħidma tal-Kunsill.

6. Il-Kunsill għandu jiltaqa' fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta' att leġislattiv. Għal dan l-għan, kull laqgħa tal-Kunsill għandha tkun maqsuma f'żewġ partijiet, li jittrattaw rispettivament id-deliberazzjonijiet dwar l-atti legislattivi ta' l-Unjoni u l-attivitajiet mhux leġislattivi ta' l-Unjoni.

7. Il-Presidenza tal-formazzjonijiet tal-Kunsill, minbarra dik ta' l-Affarijiet Barranin, għandha tkun eżerċitata minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill skond sistema ta' rotazzjoni ugwali, u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minn deċiżjoni Ewropea tal-Kunsill Ewropew. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

--------------------------------------------------