|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1970 |
30.9.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/1970 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta’ Settembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/911 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE (BĊE/2022/22) (BĊE/2025/32)
Il-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2), ir-raba’ inċiż, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 22, flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Filwaqt li:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill Governattiv approva l-introduzzjoni ta’ funzjonalità ta’ saldu bejn il-muniti fis-Servizz għas-Saldu ta’ Pagament Istantanju tat-TARGET (TIPS). Sussegwentement, fil-31 ta’ Lulju 2025, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2025/1889 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2025/28) (1), li tintroduċi faċilità ddedikata ta’ trasferiment ta’ kreditu, magħrufa bħala faċilità ta’ trasferiment ta’ kreditu “one-leg out” (OLO) fit-TIPS. Din il-faċilità tippermetti li pagamenti jintbagħtu u jiġu riċevuti lil jew minn sistemi ta’ pagament kompatibbli oħra f’ġurisdizzjonijiet jew żoni ta’ muniti oħra, bl-użu għall-“euro leg” tal-funzjonalità eżistenti ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. |
|
(2) |
Il-Linja Gwida (UE) 2025/1889 (BĊE/2025/28) tirrifletti wkoll id-disponibilità ta’ din il-funzjonalità ta’ saldu bejn il-muniti fit-TIPS fid-deskrizzjoni ġenerali tas-servizzi tat-TARGET u tiċċara u taġġorna ċerti aspetti oħra tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (2). |
|
(3) |
Detenturi ta’ kontijiet ta’ flus iddedikati (DCAs) u kontijiet tekniċi TIPS AS (sistema anċillari) ser ikollhom l-opzjoni li jagħmlu użu mill-funzjonalità ta’ saldu bejn il-muniti u għaldaqstant jaċċettaw l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu TIPS OLO. |
|
(4) |
Emendi li jsiru għal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) li jaffetwaw it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE għandhom jiġu riflessi fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/22) (3). |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
L-Anness I għad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Hija għandha tapplika mis-6 ta’ Ottubru 2025.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Settembru 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2025/1889 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Lulju 2025 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (BĊE/2025/28) ĠU L, 2025/1889, 19.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2025/1889/oj).
(2) Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/912/oj).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007//7 (BĊE/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/911/oj).
ANNESS
L-Anness I għad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Part I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Parti V hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Parti VII hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej: fit-taqsima 2.3 (“Contingency processing”), jiddaħħal il-punt (c)(iii) li ġej:
|
|
(6) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1970/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)