17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 15/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 736/2013 tas-17 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-medda ta' żmien għall-programm ta' ħidma għall-eżami ta' sustanzi attivi bijoċidali eżistenti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 613/2013 tal-25 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1451/2007 dwar sustanzi attivi addizzjonali ta' prodotti bijoċidali li jridu jiġu eżaminati skont il-programm ta' analiżi (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 12n (ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

—

32013 R 0736: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 736/2013 tas-17 ta' Mejju 2013 (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 25).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12ze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007):

“—

32013 R 0613: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 613/2013 tal-25 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 34).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12zzo (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/204/UE):

“12zzp.

32013 R 0414: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, ir-Regolament (UE) Nru 613/2013 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 736/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014 dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (4) fil-Ftehim ŻEE, skont liema tiġi l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4.

(2)   ĠU L 204, 31.7.2013, p. 25.

(3)   ĠU L 173, 26.6.2013, p. 34.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(4)   ĠU L 154, 22.5.2014, p. 22.