18.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8727 — CGE/EDPR/TrustWind/DGE/Repsol/WindPlus)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 391/06)

1.

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Chiyoda Generating Europe Limited (“CGE”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għal Chiyoda Corporation (il-Ġappun),

—

EDP Renewables, SGPS, SA (“EDPR”, il-Portugall), li tappartjenu għal Energeias de Portugal (“EDP”, il-Portugall),

—

TrustWind BV (in-Netherlands), ikkontrollata minn Engie SA (“Engie”, Franza) u Marubeni Corporation (“Marubeni”, il-Ġappun),

—

Diamond Generating Europe Limited (“DGE”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għal Mitsubishi Corporation (il-Ġappun),

—

Repsol Nuevas Energeias SA (Spanja), li hija proprjetà ta’ Repsol SA (Spanja),

—

WindPlus SA (il-Portugall).

CGE, EDPR, TrustWind BV, DGE u Repsol Nuevas Energeias S.A jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ WindPlus SA.

Il-konċentrazzjoni tkun ġiet ikkompletata permezz ta’ kuntratt ta’ tmexxija jew kull mezz ieħor.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CGE tiffunzjona bħala negozju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija fl-Ewropa għal Chiyoda Corporation, kumpanija tal-inġinerija Ġappuniża,

—

EDPR hija attiva fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u hija ultimament ikkontrollata minn EDP, kumpanija tal-utilitajiet attiva fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriċità fil-Portugall u Spanja.

—

TrustWind BV tamministra l-assi tal-enerġija mir-riħ ta’ TrustEnergy BV, li hija impriża konġunta (joint venture) bejn Engie, attur dinji tal-enerġija, u Marubeni, konglomerat ta’ kummerċ u negozju ta’ investiment integrat.

—

DGE tiffunzjona bħala negozju tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fost l-oħrajn fiż-ŻEE għal Mitsubishi Corporation, impriża kummerċjali integrata dinjija.

—

Repsol Nuevas Energeias SA tiżviluppa negozju relatat mal-enerġija rinnovabbli u tappartjeni għal Repsol SA, kumpanija tal-enerġija integrata fl-industrija taż-żejt u l-gass.

—

WindPlus SA se tiżviluppa proġetti tar-riħ lil hinn mill-kosta u tkun attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Portugall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8727 — CGE/EDPR/TrustWind/DGE/Repsol/WindPlus

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.