Official Journal L 238 , 29/10/1970 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0067
Danish special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0646
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0067
English special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0724
Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2163/70 tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru ta' l-1970 li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-pagi tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu; billi huwa l-Kunsill li jiddetermina s-salarji, konċessjonijiet u pensjonijiet tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien ma' kwalunkwe ħlas li għandu jkun magħmul minnflok il-ħlas: ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-segwenti għandu jkun sostitwiet għal-lista fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom [1] tal-25 ta' Lulju ta' l-1967: 60 év | 0,70 | 61 év | 0,75 | 62 év | 0,80 | 63 év | 0,87 | 64 év | 0,95 | Artikolu 2 "(b) ħlas ta' spejjeż ta' vjaġġar imneffqa minn membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti għalih jew għall-membri tal-familja tiegħu, u ħlas għall-ispejjeż tat-tneħħija ta' l-effetti personali u għamara, inkluż assigurazzjoni kontra riskji ordinarji (serq, ksur, nar)." Artikolu 3 1. Fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom, 60 % għandu jkun sostitwit għal 50 %. 2. "Meta l-persuna konċeranta għamlet dmirijiet varji lill-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Ġustizzja, il-paga fuq liema l-pensjoni għandha tkun kalkulata mall-proporzjoni ta' ħin mqatta' mill-persuna konċernata f'kull wieħed minn dawk id-dmirijiet varji. Dan il-paragrafu ma għandux japplika lill-membri tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li huma fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew li jieqfu milli jkollhom kariga qabel dik id-data, jekk jitolbu hekk." Artikolu 4 Fl-Artikolu 10(a) tar-Regolament Nr 422/67/KEE, 5/67/Euratom, 30 % għandu jkun sostitwit għal 25 %. Ifl-Artikolu 10(b), 60 % u 30 % għandhom ikunu sostitwiti għal 50 % u 25 % rispettivament. Artikolu 5 "Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal membri ta' qabel tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li jibbenefikaw jew mill-iskema tal-pensjoni provduta għalihom fl-Artikolu 8 jew taħt l-konċessjoni ta' transazzjoni provdut għalih taħt l-Artikolu 7. Dan il-paragrafu m'għandux, Iżda, jkun applikat sabiex ikopri riskji li huma diġa' koperti bi skema oħra ta' sigurta' soċjali u taħt liema l-membru ta' qabel tal-Kummissjoni jew tal-qorti jista' jibbenefika." Artikolu 6 Fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom, 60 % għandu jkun sostitwieta għal 50 %. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru ta' l-1970. Għandu japplika mill-1 ta' Lulju ta' l-1970. Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Lussemburgu, is-27 ta' Ottubru ta' l-1970. Għall-Kunsill Il-President W. Scheel [1] ĠU No 187, tat-8.8.1967, p. 1. --------------------------------------------------