|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1144 |
4.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1144
tat-3 ta’ Ġunju 2025
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-operat fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) ikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Xi pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponi fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq it-trasportatur tal-ajru li huwa inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE. |
|
(5) |
Fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 (3), il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet li għaddejjin mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Armenja, tal-Iraq, tal-Kirgistan, tal-Libja, tas-Suriname u tat-Tanzanija. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Angola, l-Eġittu, il-Każakistan, il-Kenja, in-Nepal, il-Pakistan u s-Sierra Leone. |
|
(6) |
L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn Operaturi ta’ Pajjiżi Terzi (“TCO”, Third Country Operator), maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4). |
|
(7) |
L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sigurtà tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”, Safety Assessment of Foreign Aircraft), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”, International Civil Aviation Organization) dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha. |
|
(9) |
Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti. |
Trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni
|
(10) |
Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, u kkomplementata bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, Stati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, ħadu ċerti miżuri korrettivi u ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri. |
|
(11) |
L-Istati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, saħqu mill-ġdid li lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards tas-sikurezza rilevanti. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Armenja
|
(12) |
F’Ġunju 2020, it-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fl-Armenja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 (6). |
|
(13) |
Fid-9 ta’ April 2025, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwi tagħha rigward is-sitwazzjoni tas-sikurezza ġenerali fl-Armenja, inklużi l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”, Civil Aviation Committee), saret laqgħa teknika li involviet lill-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u s-CAC. Matul il-laqgħa, il-Kummissjoni infurmat lis-CAC bir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva (“CAP”, Corrective Action Plan) ippreżentat f’Diċembru 2024. Il-CAP tħejja mis-CAC bi tweġiba għall-osservazzjonijiet miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-Armenja fl-2020. |
|
(14) |
Il-CAP sottomess mis-CAC huwa komprensiv u dettaljat u juri sforz ċar biex jallinja l-għanijiet nazzjonali ta’ superviżjoni tal-avjazzjoni mal-aspettattivi regolatorji tal-UE fl-indirizzar tal-osservazzjonijiet taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni tal-2020. Żviluppi pożittivi jinkludu l-adozzjoni formali ta’ bosta regolamenti nazzjonali f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE, passi lejn implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ superviżjoni bbażati fuq ir-riskju, u t-tisħiħ ta’ dokumentazzjoni u rekords ta’ taħriġ għall-ispetturi. |
|
(15) |
Filwaqt li l-CAP jippreżenta approċċ komprensiv biex jittratta l-osservazzjonijiet identifikati, diversi kwistjonijiet jidhru li għadhom mhux solvuti jew mhux appoġġjati b’mod adegwat minn evidenza, bħan-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tas-sejbiet, prova insuffiċjenti tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ sorveljanza, u nuqqasijiet fil-kontroll u t-traduzzjoni tad-dokumentazzjoni. Barra minn hekk, għad hemm inkonsistenzi fil-kwalità u l-kompletezza tad-dokumentazzjoni tat-taħriġ, il-proċeduri tal-liċenzjar, u l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza, li jeħtieġ li jiġu vvalutati permezz ta’ evalwazzjonijiet addizzjonali fuq il-post qabel ma tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali dwar l-adegwatezza tal-CAP. |
|
(16) |
Fid-dawl tan-nuqqasijiet li fadal u l-ħtieġa għal valutazzjoni aktar bir-reqqa tal-implimentazzjoni fuq il-post, il-Kummissjoni tikkunsidra li evalwazzjoni ulterjuri mill-bogħod tas-sitwazzjoni tas-sikurezza fl-Armenja ma tipprovdix ċarezza addizzjonali suffiċjenti. Għalhekk, hija prevista żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni għat-tielet kwart tal-2025. Din iż-żjara se jkollha l-għan li tivverifika l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri korrettivi ppreżentati mis-CAC, inklużi dawk diskussi matul l-iskambji fl-2024 u l-2025. |
|
(17) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja. |
|
(18) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Iraq
|
(19) |
F’Diċembru 2015 u f’Novembru 2023, it-trasportaturi tal-ajru Iraqi Airways u Fly Baghdad ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 (7) u (UE) 2023/2691 (8), rispettivament. |
|
(20) |
Fit-23 ta’ April 2025, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni rigward is-sitwazzjoni ġenerali tas-sikurezza fl-Iraq, inklużi l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq (“ICAA”, Iraq Civil Aviation Authority), saret laqgħa teknika li tinvolvi lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, lill-Istati Membri u lill-ICAA. Matul il-laqgħa, l-ICAA ppreżentat aġġornamenti dwar l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tagħha, kif ukoll il-prestazzjoni tas-sorveljanza tagħha. |
|
(21) |
L-ICAA tat preżentazzjoni dettaljata dwar l-isforzi kontinwi tagħha biex ittejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni permezz ta’ emendi leġiżlattivi, żvilupp regolatorju, inizjattivi ta’ bini ta’ kapaċità, u riformi istituzzjonali. Filwaqt li dawn l-isforzi huma rikonoxxuti bħala passi importanti, għadhom fi stadji bikrija ta’ implimentazzjoni. Għad hemm tħassib sinifikanti dwar il-puntwalità ta’ dawn il-miżuri, il-konsistenza u l-kwalità tal-outputs regolatorji, u l-allinjament tagħhom mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(22) |
Sar xi progress, jiġifieri f’oqsma bħar-reklutaġġ tal-persunal, l-inizjattivi ta’ taħriġ, u l-abbozzar ta’ regolamenti nazzjonali aġġornati dwar l-avjazzjoni. Riformi kritiċi, bħall-adozzjoni ta’ liġi primarja rieżaminata dwar l-avjazzjoni u t-tisħiħ tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza, għadhom mhux kompluti jew ma għandhomx riżultati verifikabbli. |
|
(23) |
Għalhekk ġie rikonoxxut b’mod konġunt li t-twettiq ta’ żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni f’Settembru 2025, kif ġie diskuss qabel, ikun prematur u potenzjalment kontroproduttiv, minħabba l-ħtieġa għal aktar progress tanġibbli u dimostrabbli fl-oqsma ewlenin tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Iraq. |
|
(24) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Iraq. |
|
(25) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru fl-Iraq mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(26) |
Jenħtieġ li tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni kif meħtieġ, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jekk kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Kirgistan
|
(27) |
F’Ottubru 2006, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 (9). |
|
(28) |
Fil-kuntest ta’ skambji li għaddejjin bħalissa, li jirriżultaw minn kuntatti mġedda bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Istat taħt il-Kabinett tal-Ministri tar-Repubblika Kirgiża (“SCAA”, State Civil Aviation Agency) mill-2023, il-Kummissjoni nediet inizjattiva ta’ assistenza teknika, implimentata mill-Aġenzija, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Dik l-inizjattiva għandha l-għan li tappoġġja l-isforzi tal-SCAA biex ittejjeb il-kapaċità ta’ sorveljanza tagħha. |
|
(29) |
Bħala parti minn dik l-inizjattiva, diġà twettqu attività remota waħda u missjoni waħda fuq il-post. Iż-żjara fuq il-post ipprovdiet ukoll opportunità biex tinġabar informazzjoni minn ras il-għajn dwar kif l-SCAA timplimenta l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Ipprovdiet ukoll opportunità biex titwettaq simulazzjoni ta’ żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. Is-simulazzjoni pprovdiet għarfien siewi dwar il-qafas organizzattiv u regolatorju tal-SCAA, bid-determinazzjoni li l-istruttura ġenerali tal-SCAA tidher adegwata għad-daqs u r-responsabbiltajiet tagħha, għalkemm jenħtieġ li l-effettività operattiva tagħha tittejjeb. Il-manwal ta’ ġestjoni, għalkemm approvat, jeħtieġ aktar żvilupp u konsistenza, u r-responsabbiltà għall-investigazzjoni ta’ inċidenti serji għad trid tiġi ddeterminata b’mod suffiċjenti. |
|
(30) |
Is-simulazzjoni ppermettiet ukoll l-identifikazzjoni ta’ lakuni fit-traspożizzjoni tal-Istandards u Prattiki Rakkomandati tal-ICAO, b’mod partikolari fl-Annessi 1, 6, 8, 18 u 19 tal-ICAO, li jfixklu l-allinjament sħiħ mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. L-SCAA rrikonoxxiet dawk il-lakuni u bdiet passi biex temenda l-leġiżlazzjoni rilevanti, b’diversi abbozzi ta’ emendi għaddejjin minn konsultazzjoni interministerjali. Barra minn hekk, l-SCAA ħadet passi biex issaħħaħ ir-rapportar tal-okkorrenzi tas-sikurezza, kif ukoll it-taħriġ tal-persunal permezz ta’ sħubijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tat-taħriġ. Huwa essenzjali li jkomplu jsiru sforzi f’dawk l-oqsma sabiex tittejjeb aktar is-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Kirgistan. |
|
(31) |
Fit-2 ta’ Mejju 2025, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni rigward is-sitwazzjoni ġenerali tas-sikurezza fil-Kirgistan, inklużi l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-SCAA, saret laqgħa teknika li tinvolvi lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, lill-Istati Membri u lill-SCAA. Matul din il-laqgħa, l-SCAA għamlet preżentazzjoni dettaljata li tiddeskrivi l-inizjattivi kontinwi tagħha biex ittejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni, inklużi emendi leġiżlattivi, żvilupp regolatorju, miżuri ta’ bini ta’ kapaċità, u riformi istituzzjonali. |
|
(32) |
L-SCAA ddeskriviet ukoll l-istruttura organizzattiva u l-livelli tal-persunal tagħha, inkluż l-iżvilupp ta’ sistema ta’ kalkolu tal-ħaddiema b’rabta diretta mal-ħtiġijiet ta’ taħriġ individwali. |
|
(33) |
L-SCAA ppreżentat ukoll il-progress li sar fl-allinjament tar-regolamenti tagħhom mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-implimentazzjoni tagħhom f’oqsma ewlenin ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, enfasizzat ix-xogħol li għaddej biex jittejbu l-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ infurzar. |
|
(34) |
L-SCAA kkondividiet pjan ta’ azzjoni komprensiv immirat biex jindirizza l-lakuni regolatorji identifikati u jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistema ta’ avjazzjoni ċivili sikura li hija konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(35) |
Bħalissa, madankollu, ma hemmx biżżejjed evidenza sostanzjata biex tikkonferma li l-SCAA effettivament solviet in-nuqqasijiet kollha tas-sikurezza li wasslu għall-projbizzjoni fuq l-operat imposta mir-Regolament (KE) Nru 1543/2006. |
|
(36) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tikkunsidra li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan. |
|
(37) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mil-Libja
|
(38) |
F’Diċembru 2014, it-trasportaturi tal-ajru mil-Libja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2014 (10). |
|
(39) |
Fil-25 ta’ Marzu 2025, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni ġenerali tas-sikurezza fil-Libja, inklużi l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Libja (“LYCAA”, Libya Civil Aviation Authority), saret laqgħa teknika bl-involviment tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-LYCAA. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni ppreżentat l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni sottomessa mil-LYCAA matul l-2023 u l-2024. Il-valutazzjoni identifikat nuqqasijiet sinifikanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-livelli tal-persunal, il-konsistenza tat-taħriġ korrispondenti, u l-implimentazzjoni effettiva tal-attivitajiet ta’ sorveljanza. In-nuqqas ta’ dokumentazzjoni ewlenija mitluba mill-Kummissjoni ġie enfasizzat ukoll. Il-valutazzjoni kkonkludiet li huwa meħtieġ aktar titjib sostanzjali kemm fil-qafas regolatorju tal-LYCAA kif ukoll fil-kapaċità ta’ sorveljanza tiegħu. Matul il-laqgħa, il-Kummissjoni tenniet l-aspettattivi tagħha rigward it-tip u l-kwalità tad-dokumenti u d-data meħtieġa biex tiġi żgurata valutazzjoni adegwata tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza Libjana. |
|
(41) |
Il-LYCAA pprovdiet aġġornament dwar l-inizjattivi amministrattivi u tekniċi mmirati lejn it-tisħiħ tas-sorveljanza tas-sikurezza. L-inizjattivi kienu jinkludu rieżamijiet tar-regolamenti tal-avjazzjoni, żieda fil-frekwenza tal-ispezzjonijiet u l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ sorveljanza diġitali. Il-preżentazzjoni taċ-Ċentru Integrat ta’ Sorveljanza (“IOC”, Integrated Oversight Centre), pjattaforma diġitali mfassla biex ittejjeb il-monitoraġġ u l-ġestjoni tad-data dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, kienet element ċentrali ta’ dawk l-isforzi. Il-pjattaforma diġitali hija maħsuba biex tappoġġja l-konformità regolatorja u ttejjeb l-aċċess għal informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza. |
|
(42) |
L-informazzjoni u l-materjali assoċjati ppreżentati mill-LYCAA bħala dimostrazzjoni tal-IOC, inklużi manwali u listi ta’ kontroll użati fil-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u sorveljanza, kienu bbażati fuq regolamenti tal-Unjoni u adattati għall-kuntest nazzjonali. Il-LYCAA ppreżentat ukoll riżultati tal-verifiki magħżula mill-proċess ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, b’data mill-IOC murija f’format ċar u strutturat. |
|
(43) |
Madankollu, ġie nnotat li tali dokumentazzjoni ma kinitx ġiet kondiviża mal-Kummissjoni fi skambji preċedenti matul l-2023 u l-2024, minkejja diversi talbiet formali. Barra minn hekk, ġie nnutat li l-effettività fit-tul tal-IOC tiddependi fuq il-konsistenza u l-kwalità tal-applikazzjoni tagħha. |
|
(44) |
Il-LYCAA infurmat ukoll lill-Kummissjoni dwar il-proċess ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid li għaddej għat-trasportaturi tal-ajru Libjani kollha, li jkopri l-perjodu minn Novembru 2023 sa Novembru 2024. Il-LYCAA rrapportat li matul dak il-perjodu kienu twettqu aktar minn 100 żjara ta’ verifika. Madankollu, ma ngħatax biżżejjed dettall dwar ir-riżultati tal-eżitu ta’ dawk l-awditi, inklużi s-sejbiet speċifiċi u kwalunkwe azzjoni korrettiva korrispondenti. Intlaħaq qbil li l-LYCAA se tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti mill-aktar fis possibbli. |
|
(45) |
Madankollu, bħalissa ma hemmx biżżejjed evidenza sostanzjata biex tikkonferma li l-LYCAA solviet b’mod effettiv in-nuqqasijiet kollha tas-sikurezza li wasslu għall-projbizzjoni fuq l-operat imposta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1318/2014. |
|
(46) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tikkunsidra li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Libja. |
|
(47) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Libja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mis-Suriname
|
(48) |
F’Lulju 2010, Blue Wing Airlines ġiet inkluża fl-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 474/2006 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 590/2010 (11). |
|
(49) |
Bħala segwitu għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’Novembru 2024, esperti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri wettqu żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni f’Suriname mill-24 sat-28 ta’ Frar 2025 fl-Awtorità tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Suriname (“CASAS”, Civil Aviation Safety Authority of Suriname). Iż-żjara fuq il-post kienet tinkludi valutazzjoni ta’ kampjun ta’ tliet trasportaturi tal-ajru ċċertifikati mill-CASAS, jiġifieri Blue Wing Airlines, Fly All Ways, u Gum Air. |
|
(50) |
Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ffukat l-attivitajiet tagħha fuq CASAS fid-dawl tar-rwol u r-responsabbiltà tagħha għas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Suriname. Iż-żjara ta’ valutazzjoni identifikat nuqqasijiet kbar fis-sistema regolatorja tal-avjazzjoni ċivili rigward il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, li jfixklu sorveljanza effettiva tas-sikurezza. |
|
(51) |
L-Att primarju dwar l-Avjazzjoni tas-Suriname ma ġiex emendat minn mindu ġie promulgat fl-2002. Għalhekk, il-problemi li diġà ġew identifikati fl-2009 mill-ICAO għadhom preżenti, jiġifieri n-nuqqas ta’ setgħa lill-persunal ta’ spezzjoni tal-CASAS biex jaċċessa l-faċilitajiet u d-dokumentazzjoni, u n-nuqqas ta’ separazzjoni bejn l-investigazzjonijiet ġudizzjarji u dawk tas-sikurezza ta’ aċċidenti tal-avjazzjoni u inċidenti serji, fejn dawn tal-aħħar huma bbażati fuq nuqqas ta’ protezzjoni għal dawk li jirrappurtaw okkorrenzi tas-sikurezza. |
|
(52) |
Il-biċċa l-kbira tar-regolamenti nazzjonali dwar l-avjazzjoni ċivili ġew aġġornati fl-2023 biex jiġu allinjati mal-aħħar emendi tal-ICAO. Madankollu, il-manwali, il-gwidi, il-listi ta’ kontroll tal-CASAS u l-proċeduri ta’ ħidma l-oħra kollha għat-twettiq tas-sorveljanza ma ġewx aġġornati kif xieraq. Dan għandu impatt negattiv fuq il-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u għalhekk anke mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(53) |
Matul iż-żjara ġie kkonfermat li l-CASAS għandha dgħufija sistemika f’termini ta’ ġestjoni tar-riżorsi, jiġifieri nuqqas ta’ proċeduri u metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-ħtiġijiet tal-persunal, taħriġ inizjali ineffettiv għall-persunal tal-ispezzjoni, u l-ebda taħriġ rikorrenti minħabba nuqqas ta’ baġit. Konsegwentement, id-dipartimenti tal-CASAS li ġew miżjura nstabu li kellhom nuqqas ta’ persunal u l-persunal tal-ispezzjoni tagħhom mhux kwalifikat għalkollox. |
|
(54) |
Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni żvelat ukoll li l-CASAS għandha nuqqasijiet kritiċi f’termini ta’ kif titwettaq is-sorveljanza tas-sikurezza, inkluż l-għeluq tas-sejbiet mingħajr analiżi tal-kawża ewlenija u li tħallihom miftuħa għal perjodu eċċessiv ta’ żmien mingħajr ma tittieħed azzjoni ta’ infurzar. Konsegwentement, in-nuqqasijiet serji ta’ konformità huma ripetuti. |
|
(55) |
Barra minn hekk, huwa ċar miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni li l-CASAS ma għandhiex il-funzjoni ta’ ġestjoni tal-kwalità meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet osservati, u mhux limitati għal, is-sistema ta’ kontroll tad-dokumenti, iż-żamma tar-rekords, il-ġestjoni tas-sejbiet u l-livell ta’ skrutinju. |
|
(56) |
La hemm funzjoni ta’ ġestjoni tas-sikurezza fil-CASAS biex tittratta b’mod proattiv ir-riskji tas-sikurezza attwali jew emerġenti, u lanqas ma hemm sistema obbligatorja ta’ rappurtar ta’ okkorrenzi li tiffunzjona biex tippermetti lill-CASAS tidentifika żoni ta’ riskju għoli fejn teħtieġ iżżid is-sorveljanza tagħha. |
|
(57) |
Ġie osservat tħassib kritiku dwar id-Dipartimenti tal-Operazzjonijiet tat-Titjir u tal-Ajrunavigabbiltà tal-CASAS. Tħassib bħal dan jinkludi n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ CASAS li tikkonforma mal-pjanijiet ta’ sorveljanza tagħha fiż-żmien meħtieġ, u n-nuqqas ta’ kapaċità li tilħaq bis-sħiħ l-ambitu tal-awditi mwettqa. Instabet evidenza li tixhed livell insuffiċjenti ta’ skrutinju fl-eżami tal-fajls tekniċi qabel ma jinħarġu ċ-ċertifikati u l-ebda identifikazzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti mit-trasportaturi tal-ajru. |
|
(58) |
In-nuqqas ta’ finanzjament strutturali u n-nuqqas ta’ azzjonijiet ta’ infurzar mill-CASAS huma żewġ fatturi fundamentali li jfixklu b’mod sinifikanti l-abbiltà ta’ CASAS li teżerċita sorveljanza effettiva, twettaq awditi komprensivi, u tirrispondi b’mod proattiv għar-riskji tas-sikurezza attwali u emerġenti, kif evidenzjat min-nuqqasijiet osservati matul iż-żjarat lit-trasportaturi tal-ajru. |
|
(59) |
Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni tat-tliet trasportaturi tal-ajru, Blue Wing Airlines, Gum Air u Fly All Ways fil-25, is-26 u s-27 ta’ Frar 2025 rispettivament, żvelat l-istess nuqqasijiet kritiċi jew simili fit-tlieta li huma, b’konsegwenzi diretti għas-sikurezza tat-titjiriet u l-konformità regolatorja. Dan inkluda, iżda ma kienx limitat għal, in-nuqqas ta’ Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMS”, Safety Management System) u Sistema tal-Ġestjoni tal-Kwalità (“QMS”, Quality Management System) li jiffunzjonaw. Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet tat-titjiriet rispettivi, kien hemm evidenza li l-istess nuqqasijiet serji ta’ konformità dehru f’kollha kemm huma, u li minkejja l-fatt li CASAS kienet qajmet sejbiet f’dan ir-rigward, l-operazzjonijiet komplew mingħajr ebda restrizzjoni la minn CASAS u lanqas mit-trasportaturi tal-ajru nfushom. |
|
(60) |
Barra minn hekk, iż-żjara fit-tliet dipartimenti rispettivi tal-ajrunavigabbiltà żvelat bosta problemi serji bħan-nuqqas ta’ taħriġ tal-persunal fil-qadi ta’ dmirijiethom, partijiet li ma jistgħux jintużaw li ma humiex segregati kif suppost u li ma jinżammux fiż-żona tal-kwarantina, għodod ikkalibrati b’ċertifikati ta’ kalibrazzjoni skaduti u għodod mhux identifikati. Dawk il-problemi kollha ġew identifikati ripetutament minn CASAS matul is-snin mingħajr riżultati notevoli. |
|
(61) |
Iż-żjara lil Fly All Ways żvelat li ma hemm l-ebda programm ta’ Monitoraġġ tad-Data tat-Titjir implimentat, kif meħtieġ mill-istandards internazzjonali tas-sikurezza għall-kategorija ta’ ajruplani użati minn dan it-trasportatur tal-ajru. |
|
(62) |
L-għadd u n-natura tan-nuqqasijiet identifikati matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni lit-tliet trasportaturi tal-ajru indikaw dgħufijiet sistemiċi kemm f’termini tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-trasportaturi, kif ukoll tal-abbiltà ta’ CASAS li tiżgura sorveljanza effettiva tas-sikurezza. L-evidenza akkumulata tindika n-nuqqas ta’ kapaċità tat-trasportaturi tal-ajru li jiżguraw is-sikurezza tal-operazzjonijiet b’mod sostenibbli, u n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ CASAS li tiżgura l-konformità mar-regolamenti u li terġa’ tistabbilixxi l-assigurazzjoni tas-sikurezza. |
|
(63) |
Permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ April 2025, il-Kummissjoni infurmat lill-CASAS li l-każ tas-Suriname kien tqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li se ssir bejn it-13 u l-15 ta’ Mejju 2025, u li l-CASAS u t-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Suriname se jingħataw l-opportunità li jinstemgħu f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Blue Wing Airlines u Surinam Airways aċċettaw l-istedina biex jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE. |
|
(64) |
Il-CASAS u ż-żewġ trasportaturi tal-arja nstemgħu mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fl-14 ta’ Mejju 2025. Il-preżentazzjoni tal-CASAS lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE offriet għarfien dwar id-determinazzjoni tal-CASAS dwar is-sorsi tad-defiċjenzi li jirfdu xi osservazzjonijiet li ġew identifikati, u l-miżuri korrettivi u l-iskadenzi biex jiġu indirizzati. Il-miżuri korrettivi ppreżentati ffokaw l-aktar fuq emendi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-avjazzjoni, l-implimentazzjoni ta’ funzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kwalità u s-sikurezza, it-twettiq tat-taħriġ meħtieġ tal-persunal tekniku, it-titjib fil-funzjonijiet ta’ sorveljanza, u l-pjanijiet ta’ reklutaġġ biex jimtlew pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin u persunal addizzjonali ta’ spezzjoni. |
|
(65) |
Filwaqt li ġie enfasizzat l-aċċettazzjoni mogħtija mill-CASAS għas-sitwazzjoni inkwetanti ħafna li ż-żjara ta’ valutazzjoni ta’ evalwazzjoni fuq il-post tal-Unjoni sabet f’Suriname, ġie enfasizzat mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li xi wħud minn dawn id-defiċjenzi kienu diġà ġew identifikati fl-Awdituri tal-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza Universali tal-ICAO tal-2009 u 2012, mingħajr l-ebda progress biex jiġu indirizzati fil-perjodu ta’ bejn. Għalhekk, għad hemm tħassib dwar jekk il-miżuri proposti u d-dati fil-mira ppreżentati minn CASAS jistgħux jintlaħqu, minkejja l-espressjoni ta’ rieda u impenn għal titjib, appoġġjati mill-isforzi magħmula mill-Gvern tas-Suriname biex jiżgura sorsi addizzjonali ta’ finanzjament għall-CASAS. |
|
(66) |
Dan it-tħassib ġie kkonfermat f’diversi okkażjonijiet matul is-seduta meta CASAS ma setgħetx tipprovdi evidenza ta’ miżuri konkreti u kredibbli biex tindirizza osservazzjonijiet, bħan-nuqqas ta’ infurzar ta’ CASAS fuq it-trasportaturi tal-ajru tagħha meta dawn ripetutament jonqsu milli jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ konformità mqajma kontrihom f’konformità mal-proċeduri nazzjonali. |
|
(67) |
Titjib sinifikanti tal-kapaċitajiet ta’ CASAS huwa meħtieġ biex jiġu indirizzati nuqqasijiet importanti fis-sikurezza, jiġifieri fl-oqsma tar-reklutaġġ, it-taħriġ u l-kwalifika tal-persunal, l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità u s-sikurezza, u s-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fis-Suriname. Dawn in-nuqqasijiet huma evidenza li l-kapaċità ta’ sorveljanza ta’ CASAS ma tistax tiżgura li l-operazzjonijiet tat-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati minnha jitwettqu kontinwament f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(68) |
Blue Wing Airlines kienet rappreżentata mir-rappreżentant kummerċjali tagħha fl-Ewropa u minn konsulent legali. L-intervent li sar waqt is-seduta ffoka fuq preżentazzjoni tat-trasportatur tal-ajru u n-network operattiv tiegħu, il-fehim tat-trasportatur tal-iskop taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni u kif din kienet tirrigwarda lil Blue Wing Airlines, u ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni tas-sikurezza tat-trasportatur stess u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati. |
|
(69) |
Fl-ebda punt tal-preżentazzjoni r-rappreżentanti minn Blue Wing Airlines ma indirizzaw in-nuqqasijiet serji identifikati mit-tim ta’ valutazzjoni tal-UE, inkluż fid-Diviżjonijiet tal-Operazzjonijiet u l-Manutenzjoni tat-Titjiriet. Barra minn hekk, meta ġie mistoqsi mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-osservazzjonijiet identifikati, it-trasportatur tal-ajru ma setax iwieġeb dwar is-sustanza tal-mistoqsijiet. |
|
(70) |
Għalkemm Surinam Airways ma kinitx soġġetta għal żjara waqt il-valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, aċċettat l-istedina biex tidher quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE. It-trasportatur tal-ajru pprovda preżentazzjoni li tiddeskrivi l-punti ewlenin tal-kumpanija tat-trasportatur, l-istorja, u n-network operattiv. Parti sinifikanti mill-preżentazzjoni tagħha kienet iffukata fuq il-preżentazzjoni ta’ elementi assoċjati mal-attivitajiet ta’ konformità tas-sikurezza tat-trasportatur, kemm f’termini ta’ attivitajiet magħmula f’assoċjazzjoni ma’ CASAS, kif ukoll ma’ partijiet terzi inkluża l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“EASA”, European Union Aviation Safety Agency) fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni TCO tagħha. Il-preżentazzjoni enfasizzat ukoll azzjonijiet ippjanati biex jittejbu l-SMS u l-QMS tat-trasportatur. |
|
(71) |
Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE indirizza mistoqsijiet lit-trasportatur dwar l-arranġamenti operattivi tiegħu relatati mal-operazzjonijiet tiegħu lejn u minn territorji tal-UE. It-trasportatur ġie mistoqsi wkoll dwar is-segwitu tiegħu għas-sejba ta’ CASAS relatata man-nuqqas ta’ taħriġ meħtieġ tal-persunal tal-manutenzjoni tiegħu. |
|
(72) |
L-EASA kkomplementat l-informazzjoni pprovduta mit-trasportatur tal-ajru f’termini ta’ sejbiet li saru matul l-awditjar fuq il-post tat-TCO mwettaq b’mod parallel maż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. Dan involva sejbiet li saru f’oqsma li suppost ġew identifikati mill-CASAS bħala parti mill-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha, u li huma simili għal dawk ta’ linji tal-ajru oħra miżjura mit-tim tal-UE, li hija indikazzjoni tal-problema rikorrenti ta’ CASAS fis-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru tiegħu. |
|
(73) |
Fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli, inkluża miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni lill-CASAS u tliet trasportaturi tal-ajru kampjunati, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta matul is-seduti tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, irid jiġi konkluż li l-kapaċità u l-ħila ta’ CASAS ma humiex biżżejjed biex jiżguraw konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza f’termini ta’ sorveljanza effettiva ta’ kwalunkwe wieħed mit-trasportaturi tal-ajru li huwa responsabbli għalihom. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, filwaqt li jinnotaw il-kobor tal-problemi li jeħtieġ li jiġu indirizzati, jirrikonoxxu l-isforzi li saru u jinkoraġġixxu lill-CASAS biex tkompli b’dawk l-isforzi. Huma jinnotaw l-importanza tal-impenn tal-Gvern tas-Suriname f’dan ir-rigward, u bl-istess mod esprimew impenn li jappoġġjaw u jikkooperaw mal-CASAS fl-isforzi tagħha. |
|
(75) |
Għalhekk, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, huwa vvalutat li jenħtieġ li l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni tiġi emendata biex tinkludi t-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fis-Suriname fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(76) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Suriname mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mit-Tanzanija
|
(77) |
F’Diċembru 2024, it-trasportatur tal-ajru Air Tanzania Company Limited ġiet inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3137 (12). |
|
(78) |
Bħala segwitu għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’Novembru 2024, esperti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri wettqu żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fit-Tanzanija mid-9 u sat-13 ta’ Diċembru 2024 fl-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tanzanija (“TCAA”, Tanzania Civil Aviation Authority). Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni kienet tinkludi l-kampjunar ta’ żewġ trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tanzanija, jiġifieri Precision Air Services PLC (“Precision Air”) u Coastal Travels Limited (“Coastal Air”). |
|
(79) |
Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ffukat l-attivitajiet tagħha fuq it-TCAA fid-dawl tar-rwol u r-responsabbiltà tagħha għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tanzanija. |
|
(80) |
Matul iż-żjara, ġie identifikat li t-TCAA għandha ineffiċjenzi strutturali u restrizzjonijiet kritiċi tal-kapaċità, inkluż in-nuqqas ta’ approċċ strateġiku għall-ippjanar tar-riżorsi umani li wassal għal nuqqas ta’ persunal tekniku kwalifikat u esperjenzat f’oqsma ewlenin ta’ sorveljanza, b’mod partikolari l-liċenzjar tal-persunal, l-operazzjonijiet tat-titjiriet, u l-ajrunavigabbiltà. |
|
(81) |
Fil-qasam tal-liċenzjar tal-persunal, ġiet identifikata l-ħtieġa għal tisħiħ tal-persunal, partikolarment permezz tar-reklutaġġ ta’ persunal b’esperjenza preċedenti rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit u implimentat programm ta’ taħriġ strutturat u perjodiku għall-ispetturi, li jinkorpora moduli avvanzati fil-ġestjoni tal-kwalità, l-awditjar tal-konformità u l-Analiżi tal-Kawżi Ewlenin. Huwa essenzjali wkoll li jiġu żviluppati u applikati proċeduri, listi ta’ kontroll u formoli komprensivi u standardizzati għall-ħruġ ta’ liċenzji u klassifikazzjonijiet. |
|
(82) |
Fil-qasam tal-operazzjonijiet tat-titjir, it-TCAA ma wrietx l-eżistenza ta’ sistema effettiva u b’saħħitha biex twettaq ir-responsabbiltajiet regolatorji tagħha f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Dan kien sostnut mill-fatt li l-proċessi ta’ ċertifikazzjoni għat-trasportaturi tal-ajru nstabu li ma kinux rigorużi biżżejjed, u l-attivitajiet ta’ sorveljanza ma kinux ippjanati u eżegwiti b’mod adegwat, u dan irriżulta f’lakuni sinifikanti fis-sorveljanza. Barra minn hekk, it-TCAA ma kellhiex numru xieraq ta’ spetturi kwalifikati bis-sħiħ, u l-kompetenzi tal-persunal eżistenti kienu jeħtieġu aktar żvilupp. |
|
(83) |
Fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà, il-proċeduri applikati mit-TCAA ma jilħqux l-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u dan jirriżulta fi prestazzjoni ta’ sorveljanza inadegwata u jqajjem tħassib dwar l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti tas-sikurezza. Iċ-ċertifikati tal-Ajrunavigabbiltà nħarġu mingħajr assigurazzjoni suffiċjenti li l-inġenju tal-ajru inkwistjoni jissodisfaw il-kriterji applikabbli kollha tad-disinn u tal-ajrunavigabbiltà. |
|
(84) |
It-tim ta’ valutazzjoni tal-Unjoni wettaq żjara fuq il-post fi Precision Air fil-11 ta’ Diċembru 2024. |
|
(85) |
Il-valutazzjoni ta’ Precision Air identifikat diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-SMS u tal-QMS tagħha. B’mod partikolari, l-objettivi tas-sikurezza ma kinux integrati b’mod adegwat fil-Manwal tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMM, Safety Management Manual”), u l-monitoraġġ tal-Indikaturi tal-Prestazzjoni tas-Sikurezza u l-Miri tal-Prestazzjoni tas-Sikurezza ma kienx biżżejjed. Il-Monitoraġġ tad-Data tat-Titjir kompla jiżvela devjazzjonijiet rikorrenti mill-Proċeduri Operattivi Standard, li jindikaw kwistjonijiet sistemiċi b’konformità. |
|
(86) |
Filwaqt li l-istruttura u l-funzjonament ġenerali tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u l-ajrunavigabbiltà nstabu li huma sodisfaċenti, ġew osservati lakuni sinifikanti fil-programm ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluża n-nuqqas ta’ struzzjoni teoretika kompluta u moduli essenzjali bħat-Taħriġ għall-Prevenzjoni ta’ Instabbiltà u għall-Irkuprar tal-Pożizzjonament. |
|
(87) |
It-tim ta’ valutazzjoni tal-Unjoni wettaq żjara fuq il-post f’Coastal Air fit-12 ta’ Diċembru 2024. |
|
(88) |
Il-valutazzjoni tal-SMS u l-QMS ta’ Coastal Air identifikat oqsma sostanzjali li jeħtieġu titjib sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tat-Tanzanija u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(89) |
Matul iż-żjara, Coastal Air ma setgħetx turi konformità mal-proċeduri u l-manwali tagħha stess, u ġew osservati nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni, l-approvazzjoni u l-monitoraġġ intern tal-konformità tat-trasportatur f’diversi oqsma, bħal privileġġi organizzazzjonali, reġistri, manwali, rekords, u standards ta’ taħriġ. |
|
(90) |
Il-valutazzjoni tal-manutenzjoni ta’ Coastal Air u tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa żvelat diversi nuqqasijiet kritiċi b’implikazzjonijiet diretti għas-sikurezza tat-titjira u l-konformità regolatorja. Barra minn hekk, żbalji fid-dħul tad-data fis-sistema ta’ monitoraġġ tal-ajrunavigabbiltà rriżultaw f’intervalli skorretti ta’ skedar tal-manutenzjoni, li jimminaw l-affidabbiltà u l-integrità tat-traċċar tal-manutenzjoni. |
|
(91) |
L-għadd u n-natura tan-nuqqasijiet identifikati matul iż-żjara indikaw dgħufijiet sistemiċi kemm fil-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità interna ta’ Coastal Air kif ukoll fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tat-TCAA. Speċifikament, ħafna min-nuqqasijiet identifikati kellhom jiġu skoperti matul il-proċess ta’ ċertifikazzjoni, permezz ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza regolari, jew permezz tal-mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tas-sikurezza tat-trasportatur tal-ajru stess. |
|
(92) |
Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni żvelat li filwaqt li t-Tanżanija stabbilixxiet qafas legali li jirregola l-avjazzjoni ċivili, is-sistema regolatorja tiffaċċja sfidi sinifikanti relatati mal-preċiżjoni legali, l-implimentazzjoni effettiva u l-adattament f’waqtu għall-istandards internazzjonali tas-sikurezza li qed jevolvu, u b’hekk jirriżultaw f’nuqqas ta’ allinjament legali u operattiv li jdgħajfu l-kapaċità tat-Tanżanija li tissodisfa bis-sħiħ l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Chicago). L-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ġew inkorporati f’rapport sottomess lit-TCAA u miftiehem minnha. |
|
(93) |
Fit-30 ta’ April 2025, bħala parti mill-monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tas-sikurezza fit-Tanżanija, saret laqgħa teknika li involviet lill-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri, u t-TCAA. Il-laqgħa serviet skop doppju: li tirrieżamina l-CAP żviluppat b’reazzjoni għaż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, u li tinforma lit-TCAA dwar it-tħejjijiet għas-seduta li jmiss tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE skedata għat-13 ta’ Mejju 2025. |
|
(94) |
Diversi iterazzjonijiet tal-CAP ġew ipprovduti qabel u wara l-laqgħa teknika. Il-verżjoni pprovduta għad-diskussjoni matul il-laqgħa teknika wriet l-isforzi tat-TCAA biex tindirizza l-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. Madankollu, id-diskussjonijiet sussegwenti identifikaw numru ta’ nuqqasijiet sinifikanti fl-azzjonijiet meħuda mit-TCAA, notevolment in-nuqqas li jitwettqu analiżi bir-reqqa tal-kawżi ewlenin biex jiġu identifikati u indirizzati l-kwistjonijiet sistemiċi sottostanti, nuqqas ta’ dokumentazzjoni adegwata biex tappoġġja l-azzjonijiet korrettivi rrappurtati, u nuqqas ta’ konformità kontinwu mar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
|
(95) |
Ġiet innutata partikolarment is-sottomissjoni tat-TCAA relattiva għall-kalkolu tal-ħtiġijiet tal-ħaddiema fid-dominju tal-operazzjonijiet tat-titjir, li tqieset mhux realistika f’termini ta’ sigħat stmati allokati għal attivitajiet ewlenin, bħat-tħejjija ta’ spezzjonijiet tal-bażi taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC, air operator’s certificate) jew is-segwitu tas-sejbiet tal-ispezzjoni. Verżjoni riveduta tal-CAP ipprovdiet titjib apparenti f’termini ta’ determinazzjoni aktar realistika tan-numru ta’ spetturi meħtieġa, iżda xorta nuqqas f’termini ta’ analiżi rigward il-ħtiġijiet ta’ taħriġ assoċjati u l-ħin meħtieġ għat-tlestija tat-taħriġ qabel ma jsir operattiv. |
|
(96) |
Il-laqgħa teknika kkonfermat li, filwaqt li t-TCAA kienet għamlet ċertu progress biex tindirizza l-osservazzjonijiet identifikati, inkluż permezz ta’ attivitajiet immedjati ta’ appoġġ tekniku mnedija minnufih wara ż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, baqgħu nuqqasijiet kbar. Numru ta’ azzjonijiet inklużi fil-CAP sottomessi mit-TCAA nstabu li kienu ta’ natura reattiva, nieqsa minn miżuri preventivi sinifikanti. Fejn ġew inklużi miżuri bħal dawn, ġeneralment kienu superfiċjali u ma rnexxilhomx jipprovdu assigurazzjoni kredibbli f’termini ta’ sostenibbiltà. |
|
(97) |
Permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ April 2025, il-Kummissjoni infurmat lit-TCAA li l-każ tat-Tanżanija kien tqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li kellha ssir mit-13 sal-15 ta’ Mejju 2025, u li t-TCAA u t-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tanżanija kienu se jingħataw l-opportunità li jinstemgħu quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’konformità mair-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(98) |
Bi tħejjija għas-seduta, it-TCAA kkonfermat li l-ebda trasportatur tal-ajru ċċertifikat fit-Tanżanija ma kien se jieħu sehem. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE sema’ lit-TCAA fit-13 ta’ Mejju 2025. Il-preżentazzjoni tat-TCAA lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE offriet ħarsa ġenerali ta’ livell għoli tal-progress tagħha fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-CAP wara ż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. Il-preżentazzjoni kienet strutturata tajjeb u kopriet il-kategoriji ewlenin ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet, filwaqt li pprovdiet ħarsa ġenerali tat-TCAA dwar liema osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ingħalqu, għadhom għaddejjin, jew għadhom miftuħa. |
|
(99) |
Ir-rata rrappurtata ta’ għeluq tas-sejbiet, kif ippreżentata mit-TCAA, ġiet ivvalutata bħala mhux realistika ħafna, kif evidenzjat mill-fatt li f’diversi każijiet l-osservazzjonijiet tqiesu magħluqa mingħajr verifika adegwata li l-firxa sħiħa tal-osservazzjoni kienet qed tintlaħaq. Eżempju wieħed ta’ dan kien relatat man-nuqqas ta’ persunal kwalifikat, li t-TCAA ppreżentat bħala solvut abbażi biss ta’ pjanijiet u skedi ta’ żmien għar-reklutaġġ mingħajr ma kkunsidrat il-ħin meħtieġ biex it-taħriġ u l-kwalifika rilevanti jsiru operattivi. |
|
(100) |
Għal numru ta’ osservazzjonijiet oħra, it-TCAA indikat li rnexxielha tagħlaqhom. Madankollu, wara mistoqsijiet mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, intwera ripetutament li dan ma kienx il-każ. Meta ġiet mistoqsija dwar il-proċedura taċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà u l-lista ta’ kontroll li kienet ġiet riveduta biex tikkonforma mad-Dokument 9760 tal-ICAO, ir-risposta tat-TCAA ma kinitx konklużiva u ma setgħetx tipprovdi evidenza ċara li l-kompitu kien tlesta. Barra minn hekk, meta ġiet mistoqsija dwar il-proċess ta’ sorveljanza bbażat fuq ir-riskju adottat reċentement, speċifikament fir-rigward tal-kontenut u l-applikazzjoni tal-profili tar-riskju tat-trasportaturi tal-ajru, ir-risposta tat-TCAA ma kinitx ċara u ma rnexxilhiex turi fehim sod jew implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji ta’ sorveljanza bbażati fuq ir-riskju. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE jirrikonoxxu l-isforzi li saru, kemm f’termini ta’ mobilizzazzjoni tar-riżorsi umani kif ukoll finanzjarji, u jinkoraġġixxu lit-TCAA biex tkompli b’dawk l-isforzi. Huma jenfasizzaw l-importanza tal-impenn tal-Gvern Tanżanjan f’dan ir-rigward. Huma jwasslu impenn ċar biex ikomplu jappoġġjaw u jikkooperaw mat-TCAA fl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kapaċitajiet tagħha ta’ sorveljanza tas-sikurezza. Kuntatti regolari u rapporti ta’ progress huma antiċipati bħala parti mill-attività ta’ monitoraġġ kontinwu, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tekniċi futuri biex jiġi rrieżaminat il-progress li qed isir. |
|
(102) |
Abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, inkluża l-valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, huwa konkluż li t-TCAA ma għandhiex il-kapaċità u l-ħila meħtieġa biex tissorvelja b’mod effettiv l-attivitajiet tal-avjazzjoni fit-Tanżanija skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-persunal, it-taħriġ tal-persunal, il-ġestjoni tal-kwalità, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni, u s-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru jindikaw li t-TCAA ma tistax tiżgura konformità sostnuta ma’ dawk l-istandards. |
|
(103) |
Għalhekk, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, huwa vvalutat li jenħtieġ li l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tiġi emendata biex tinkludi t-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fit-Tanzanija fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(104) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tanzanija mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(105) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(106) |
Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għalhekk, huwa essenzjali, għall-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva u tal-pubbliku li jivvjaġġa, li kwalunkwe deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tapplika immedjatament wara l-adozzjoni tagħha. |
|
(107) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni,
F’isem il-President,
Apostolos TZITZIKOSTAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2111/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/474/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2023, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/660/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/452/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/736/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2322/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2691 tad-29 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L, 2023/2691, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2691/oj).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 tat-12 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 filwaqt li jistabbilixxi l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tat-trasport tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 910/2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1543/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2014 tal-11 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1318/oj).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2010 tal-5 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/590/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3137 tat-13 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L, 2024/3137, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3137/oj).
ANNESS I
“ANNESS A
LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti) |
Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (‘AOC’) jew tal-Liċenzja Operattiva |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
Stat tal-Operatur |
|
AIR ZIMBABWE (PVT) |
177/04 |
AZW |
Iż-Żimbabwe |
|
AVIOR AIRLINES |
ROI-RNR-011 |
ROI |
Il-Venezwela |
|
IRAN ASEMAN AIRLINES |
FS-102 |
IRC |
L-Iran |
|
FLY BAGHDAD |
007 |
FBA |
L-Iraq |
|
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Afganistan |
|
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
L-Afganistan |
|
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
L-Afganistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż |
|
|
L-Angola |
|
AEROJET |
AO-008/11-07/17 TEJ |
TEJ |
L-Angola |
|
GUICANGO |
AO-009/11-06/17 YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
AIR JET |
AO-006/11-08/18 MBC |
MBC |
L-Angola |
|
BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT |
AO-015/15-06/17YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
HELIANG |
007/11-08/18 YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
SJL |
AO-014/13-08/18YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
SONAIR |
AO-002/11-08/17 SOR |
SOR |
L-Angola |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Armenja |
|
AIR DILIJANS |
AM AOC 065 |
NGT |
L-Armenja |
|
ARMENIAN AIRLINES |
AM AOC 076 |
AAG |
L-Armenja |
|
ARMENIA AIRWAYS |
AM AOC 063 |
AMW |
L-Armenja |
|
ARMENIAN HELICOPTERS |
AM AOC 067 |
KAV |
L-Armenja |
|
FLY ARNA |
AM AOC 075 |
ACY |
L-Armenja |
|
FLYONE ARMENIA |
AM AOC 074 |
FIE |
L-Armenja |
|
NOVAIR |
AM AOC 071 |
NAI |
L-Armenja |
|
SHIRAK AVIA |
AM AOC 072 |
SHS |
L-Armenja |
|
SKYBALL |
AM AOC 073 |
Mhux Applikabbli |
L-Armenja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
CG-CTA 006 |
TWC |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
EQUAFLIGHT SERVICES |
CG-CTA 002 |
EKA |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
TRANS AIR CONGO |
CG-CTA 001 |
STG |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO |
CG-CTA 004 |
Mhux magħruf |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AB BUSINESS |
AAC/DG/OPS-09/14 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR FAST CONGO |
AAC/DG/OPS-09/03 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR KASAI |
AAC/DG/OPS-09/11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR KATANGA |
AAC/DG/OPS-09/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
BUSY BEE CONGO |
AAC/DG/OPS-09/04 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
AAC/DG/OPS-09/02 |
APB |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
CONGO AIRWAYS |
AAC/DG/OPS-09/01 |
COG |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
GOMA EXPRESS |
AAC/DG/OPS-09/13 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
KIN AVIA |
AAC/DG/OPS-09/10 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
MALU AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/05 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
SERVE AIR CARGO |
AAC/DG/OPS-09/07 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
SWALA AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/06 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
TRACEP CONGO AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/15 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Djibouti |
|
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Eritrea |
|
ERITREAN AIRLINES |
AOC Nru 004 |
ERT |
L-Eritrea |
|
NASAIR ERITREA |
AOC Nru 005 |
NAS |
L-Eritrea |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Kirgiżistan |
|
AERO NOMAD AIRLINES |
57 |
ANK |
Il-Kirgiżistan |
|
AEROSTAN |
08 |
BSC |
Il-Kirgiżistan |
|
AIR COMPANY AIR KG |
50 |
KGC |
Il-Kirgiżistan |
|
AIRCOMPANY MOALEM AVIATION |
56 |
AMA |
Il-Kirgiżistan |
|
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Il-Kirgiżistan |
|
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES |
58 |
KAS |
Il-Kirgiżistan |
|
FLYSKY AIRLINES |
53 |
FSQ |
Il-Kirgiżistan |
|
GLOBAL 8 AIRLINES |
59 |
Mhux magħruf |
Il-Kirgiżistan |
|
HELI SKY |
47 |
HAC |
Il-Kirgiżistan |
|
KAP.KG AIRCOMPANY |
52 |
KGS |
Il-Kirgiżistan |
|
MAC.KG AIRLINES |
61 |
MSK |
Il-Kirgiżistan |
|
SAPSAN AIRLINE |
54 |
KGB |
Il-Kirgiżistan |
|
SKY JET |
60 |
SJL |
Il-Kirgiżistan |
|
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Il-Kirgiżistan |
|
TRANS CARAVAN KG |
55 |
TCK |
Il-Kirgiżistan |
|
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Il-Kirgiżistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. |
|
|
Il-Liberja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Libja |
|
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
|
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
|
AL MAHA AVIATION |
030/18 |
Mhux magħruf |
Il-Libja |
|
BERNIQ AIRWAYS |
032/21 |
BNL |
Il-Libja |
|
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
|
GLOBAL AIR TRANSPORT |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
|
HALA AIRLINES |
033/21 |
HTP |
Il-Libja |
|
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
|
LIBYAN WINGS AIRLINES |
029/15 |
LWA |
Il-Libja |
|
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
In-Nepal |
|
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
ALTITUDE AIR |
085/2016 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
In-Nepal |
|
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
SUMMIT AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
HELI EVEREST |
086/2016 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
HIM |
In-Nepal |
|
KAILASH HELICOPTER SERVICES |
087/2018 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
MAKALU AIR |
057 A/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
MANANG AIR PVT |
082/2014 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
PRABHU HELICOPTERS |
081/2013 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
In-Nepal |
|
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
In-Nepal |
|
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
In-Nepal |
|
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
YETI AIRLINES |
037/2004 |
NYT |
In-Nepal |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja |
|
|
Ir-Russja |
|
AURORA AIRLINES |
486 |
SHU |
Ir-Russja |
|
AVIACOMPANY ‘AVIASTAR-TU’ CO. LTD |
458 |
TUP |
Ir-Russja |
|
IZHAVIA |
479 |
IZA |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY ‘AIR COMPANY YAKUTIA’ |
464 |
SYL |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY ‘RUSJET’ |
498 |
RSJ |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY ‘UVT AERO’ |
567 |
UVT |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES |
31 |
SBI |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES |
466 |
AUL |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY ‘IRAERO’ AIRLINES |
480 |
IAE |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY ‘URAL AIRLINES’ |
18 |
SVR |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY |
230 |
DRU |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES |
452 |
TYA |
Ir-Russja |
|
JS AVIATION COMPANY ‘RUSLINE’ |
225 |
RLU |
Ir-Russja |
|
JSC YAMAL AIRLINES |
142 |
LLM |
Ir-Russja |
|
LLC ‘NORD WIND’ |
516 |
NWS |
Ir-Russja |
|
LLC ‘AIRCOMPANY IKAR’ |
36 |
KAR |
Ir-Russja |
|
LTD. I FLY |
533 |
RSY |
Ir-Russja |
|
POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY |
562 |
PBD |
Ir-Russja |
|
PUBLIC JOINT STOCK COMPANY ‘AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES’ |
1 |
AFL |
Ir-Russja |
|
ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY |
2 |
SDM |
Ir-Russja |
|
SKOL AIRLINE LLC |
228 |
CDV |
Ir-Russja |
|
UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY |
6 |
UTA |
Ir-Russja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
São Tomé u Príncipe |
|
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
PSN |
São Tomé u Príncipe |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja |
|
|
Is-Sjerra Leone |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Is-Sudan |
|
ALFA AIRLINES SD |
54 |
AAJ |
Is-Sudan |
|
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Is-Sudan |
|
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Is-Sudan |
|
ELDINDER AVIATION |
8 |
DND |
Is-Sudan |
|
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
GNF |
Is-Sudan |
|
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Is-Sudan |
|
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Is-Sudan |
|
KUSH AVIATION CO. |
60 |
KUH |
Is-Sudan |
|
NOVA AIRWAYS |
46 |
NOVEMBRU |
Is-Sudan |
|
SUDAN AIRWAYS CO. |
1 |
SUD |
Is-Sudan |
|
SUN AIR |
51 |
SNR |
Is-Sudan |
|
TARCO AIR |
56 |
KWOTA TARIFFARJA |
Is-Sudan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Is-Suriname |
|
BLUE WING AIRLINES N.V. |
SR/BWA-02/2010 |
BWI |
Is-Suriname |
|
FLY ALL WAYS N.V. |
SR/FAW-06-2015 |
EDR |
Is-Suriname |
|
GUM AIR N.V. |
SR/GUM-03-2010 |
GUM |
Is-Suriname |
|
SAMAVCO N.V. (VORTEX AIR SERVICES) |
SR/VORTEX-9-2019 |
Mhux magħruf |
Is-Suriname |
|
STICHTING MISSION AVIATION FELLOWSHIP SURINAME (STICHTING MAF SURINAME) |
SR/MAF-07-2017 |
Mhux magħruf |
Is-Suriname |
|
SURINAAMSE LUCHTVAART MAATSCHAPPIJ N.V. (SURINAM AIRWAYS) |
SR/SLM-01-2010 |
SLM |
Is-Suriname |
|
UNITED AVIATION SERVICES N.V. |
SR/UAS-8-2019 |
Mhux magħruf |
Is-Suriname |
|
BADJAS CARGO N.V. |
SR/BAC-11-2023 |
Mhux magħruf |
Is-Suriname |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
It-Tanżanija |
|
ADVENTURE ALOFT |
TCAA/AOC/043 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
AFRICAN SKYDIVE ADVENTURES LTD |
TCAA/AOC/079 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
AIR EXCEL LTD |
TCAA/AOC/028 |
XLL |
It-Tanżanija |
|
AIR TANZANIA CO. LTD |
TCAA/AOC/001 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
ARUSHA MEDIVAC LTD. |
TCAA/AOC/071 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
AS SALAAM AIR LTD. |
TCAA/AOC/051 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
AURIC AIR SERVICES LTD. |
TCAA/AOC/022 |
AUK |
It-Tanżanija |
|
COASTAL TRAVELS LTD |
TCAA/AOC/004 |
CSV |
It-Tanżanija |
|
CROPCAIR AVIATION (T) LIMITED |
TCAA/AOC/ |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
EVERETT AVIATION LIMITED |
TCAA/AOC/042 |
EVT |
It-Tanżanija |
|
FLIGHT LINK LIMITED |
TCAA/AOC/025 |
FLZ |
It-Tanżanija |
|
FLY SAFARI AIRLINK |
TCAA/AOC/047 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
FLY ZANZIBAR (Z) LTD |
TCAA/AOC/058 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
GRUMETI AIR LTD |
TCAA/AOC/068 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
JAMBO AVIATION LTD. |
TCAA/AOC/070 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
KILIMEDI AIR AVIATION CO. LTD |
TCAA/AOC/ |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
LEVEL UP AVIATION LTD. |
TCAA/AOC/076 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
MIRACLE EXPERIENCE (T) LTD |
TCAA/AOC/066 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
MISSION AVIATION FELLOWSHIP (MAF) |
TCAA/AOC/008 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
MY FLY AVIATION CO. LTD |
TCAA/AOC/072 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
NYSSA BALOON SAFARIS |
TCAA/AOC/078 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
PELICAN AVIATION AND TOURS LTD |
TCAA/AOC/ |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
PRECISION AIR SERVICES |
TCAA/AOC/003 |
PRF |
It-Tanżanija |
|
REGIONAL AIR SERVICES LTD |
TCAA/AOC/010 |
REG |
It-Tanżanija |
|
SAFARI PLUS LTD |
TCAA/AOC/046 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
SERENGETI BALLONS |
TCAA/AOC/029 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
SHINE AVIATION LTD |
TCAA/AOC/061 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
SHINE BALOONS SAFARIS |
TCAA/AOC/083 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
STATE AVIATION LTD |
TCAA/AOC/081 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
TANZANIAN AIR SERVICES |
TCAA/AOC/002 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
TROPIC HELICOPTERS LTD |
TCAA/AOC/077 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
TROPICAL AIR SERVICES |
TCAA/AOC/006 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
UNITY AIR |
TCAA/AOC/075 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
|
ZANTAS AIR SERVICES |
TCAA/AOC/018 |
Mhux magħruf |
It-Tanżanija |
(1) It-trasportaturi tal-ajru elenkati f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ANNESS II
“ANNESS B
LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti) |
Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (‘AOC’) |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
Stat tal-Operatur |
Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
L-Istat ta’ reġistrazzjoni |
|
IRAN AIR |
IR.AOC.100 |
IRA |
L-Iran |
L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747 |
L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC |
L-Iran |
|
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632 u P-633. |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
(1) It-trasportaturi tal-ajru elenkati f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1144/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)