|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1297 |
8.5.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1297
tat-3 ta’ Mejju 2024
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2024) 3134)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar li tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, u dawn imbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjoni tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi li jrabbu l-pollam jew l-għasafar fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jixtered f’azjendi oħra li jrabbu l-pollam jew l-għasafar fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni tal-protezzjoni, iż-żoni tas-sorveljanza u ż-żoni ristretti l-oħra stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni tal-protezzjoni, żoni tas-sorveljanza u żoni ristretti oħra fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1222 (4) wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-pullam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-Bulgarija u fl-Ungerija li jeħtieġ jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1222, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tal-HPAI fi stabbiliment li kienu jrabbu l-pollam u li jinsabu fil-kontea ta’ Békés. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti tal-Ungerija ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza madwar it-tifqigħat. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadet l-Ungerija b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Ungerija jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(9) |
Biex ikun evitat kull tfixkil għall-kummerċ bla bżonn fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ mill-pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Ungerija, taż-żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza tal-Ungerija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza stabbiliti kif xieraq mill-Ungerija f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u t-tul tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(12) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1222 tat-23 ta’ April 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mat-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L 2024/1222, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1222/oj).
ANNESS
Parti A
Żoni tal-protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||
|
Haskovo Region |
||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00010 BG-HPAI(P)-2024-00011 |
The following villages in Haskovo municipality:
|
15.5.2024 |
||||||||
|
Kardzhali Region |
||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00012 |
The following villages in Krumovgrad municipality:
|
5.5.2024 |
||||||||
|
Plovdiv Region |
||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00013 |
The following villages in Asenovgrad municipality:
|
26.5.2024 |
||||||||
|
The following village in Sadovo municipality:
|
||||||||||
Stat Membru: L-Ungerija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Békés vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00007 HU-HPAI(P)-2024-00009 HU-HPAI(P)-2024-00010 |
Békéssámson, Kardoskút és Tótkomlós települések közigazgatási területének a 46.428759 és a 20.707461, a 46.442322 és a 20.727723, valamint a 46.443534 és a 20.727690 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
8.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00008 |
Kardoskút, Kaszaper, Orosháza, Puszatföldvár és Tótkomlós települések közigazgatási területének a 46.489250 és a 20.791090 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
9.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00011 |
Szarvas település közigazgatási területének a 46.889059 és a 20.421714 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
11.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00012 |
Szarvas település közigazgatási területének a 46.861838 és a 20.586673 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
14.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00013 |
Gádoros és Orosháza települések közigazgatási területének a 46.593821 és a 20.626602 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
14.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00014 |
Gyomaendrőd és Szarvas települések közigazgatási területének a 46.903093 és a 20.747254 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
21.5.2024 |
|
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00011 |
Mesterszállás és Öcsöd települések közigazgatási területének a 46.889059 és a 20.421714 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
11.5.2024 |
Parti B
Żoni tas-sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Haskovo Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00010 BG-HPAI(P)-2024-00011 |
The following villages in Haskovo municipality:
|
16.5.2024 – 24.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Haskovo municipality:
|
24.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Dimitrovgrad municipality:
|
24.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00012 |
The following villages in Ivaylovgrad municipality:
|
14.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kardzhali Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00012 |
The following villages in Krumovgrad municipality:
|
6.5.2024 – 14.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Krumovgrad municipality:
|
14.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Pazardzhik Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00009 |
The following villages in Pazardzhik municipality:
|
7.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Plovdiv Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00009 |
The following village in Rodopi municipality:
The following village in Stamboliyski municipality:
|
29.4.2024 – 7.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Maritsa municipality:
The following villages in Rodopi municipality:
The following villages in Stamboliyski municipality:
|
7.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00013 |
The following villages in Asenovgrad municipality:
The following village in Sadovo municipality:
|
27.5.2024 – 4.6.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Asenovgrad municipality:
|
4.6.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Sadovo municipality:
|
4.6.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Rodopi municipality:
|
4.6.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Kuklen municipality:
|
4.6.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: L-Ungerija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Békés vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00007-00010 HU-HPAI(P)-2024-00013 |
Békéssámson, Csanádapáca, Kardoskút, Kaszaper, Nagybánhegyes, Orosháza, Pusztaföldvár és Tótkomlós települések védőkörzeten kívül eső teljes közigazgatási területe. Csorvás, Gádoros, Gerendás, Medgyesbodzás, Mezőhegyes, Mezőkovácsháza, Nagyszénás és Végegyháza települések közigazgatási területének a 46.428759 és a 20.707461, a 46.489250 és a 20.791090, a 46.442322 és a 20.727723, a 46.443534 és a 20.727690, valamint a 46.593821 és a 20.626602 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül eső területe. |
23.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00011-00012 HU-HPAI(P)-2024-00014 |
Békésszentandrás, Csabacsűd, Gyomaendrőd, Hunya, Kardos, Örménykút és Szarvas települések közigazgatási területének a 46.889059 és a 20.421714, a 46.861838 és a 20.586673, valamint a 46.903093 és a 20.747254 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül és védőkörzeten kívül eső területe. |
30.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00007 HU-HPAI(P)-2024-00009 HU-HPAI(P)-2024-00010 |
Békéssámson, Kardoskút és Tótkomlós települések közigazgatási területének a 46.428759 és a 20.707461, a 46.442322 és a 20.727723, valamint a 46.443534 és a 20.727690 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
9.5.2024 - 23.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00008 |
Kardoskút, Kaszaper, Orosháza, Puszatföldvár és Tótkomlós települések közigazgatási területének a 46.489250 és a 20.791090 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
10.5.2024 - 23.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00011 |
Szarvas település közigazgatási területének a 46.889059 és a 20.421714 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
12.5.2024 - 30.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00012 |
Szarvas település közigazgatási területének a 46.861838 és a 20.586673 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
15.5.2024 - 30.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00013 |
Gádoros és Orosháza települések közigazgatási területének a 46.593821 és a 20.626602 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
15.5.2024 - 23.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00014 |
Gyomaendrőd és Szarvas települések közigazgatási területének a 46.903093 és a 20.747254 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
22.5.2024 - 30.5.2024 |
|
Csongrád-Csanád vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00007 HU-HPAI(P)-2024-00009 HU-HPAI(P)-2024-00010 HU-HPAI(P)-2024-00013 |
Ambrózfalva és Nagyér teljes közigazgatási területe. Árpádhalom, Csanádalberti, Hódmezővásárhely, Makó, Nagymágocs, Pitvaros és Székkutas települések közigazgatási területének a 46.428759 és a 20.707461, a 46.442322 és a 20.727723, a 46.443534 és a 20.727690, valamint a 46.593821 és a 20.626602 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül eső területe |
23.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00011-0012 |
Eperjes és Szentes települések közigazgatási területének a 46.889059 és a 20.421714, valamint a 46.861838 és a 20.586673 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül eső területe. |
30.5.2024 |
|
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00011-00012 HU-HPAI(P)-2024-00014 |
Kunszentmárton, Mesterszállás, Mezőhék, Mezőtúr, Öcsöd és Tiszaföldvár települések közigazgatási területének a 46.889059 és a 20.421714, a 46.861838 és a 20.586673, valamint a 46.903093 és a 20.747254 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül és védőkörzeten kívül eső területe. |
30.5.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00011 |
Mesterszállás és Öcsöd települések közigazgatási területének a 46.889059 és a 20.421714 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
12.5.2024 - 30.5.2024 |
Parti C
Żoni ristretti l-oħra fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 3a |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1297/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)