<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-294/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CC0294</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:281">EU:C:2022:281</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑294/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Navitours</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fis‑7 ta’ April 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑294/21</HT></P><P>État du Grand-duché de Luxembourg,</P><P>Administration de l’enregistrement, des domaines et de la TVA</P><P>vs</P><P>Navitours Sàrl</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Qorti tal-Kassazzjoni tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN=""><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 1 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 9(2)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Post tal-provvista ta’ servizzi ta’ trasport</KEYWORD><KEYWORD>Vjaġġi turistiċi mal-Moselle</KEYWORD><KEYWORD>Xmara li għandha l-istatus ta’ kondominju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Għalkemm jista’ jidher improbabbli, il-ġenesi ta’ din il-kawża tmur lura iktar minn 200 sena, jiġifieri l-Kungress ta’ Vjenna tal‑1815. Fil-fatt, l-Artikolu 25 tal-Att Finali ta’ dan il-kungress<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Tad‑9 ta’ Ġunju 1815.</P></NOTE>, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>proprjetajiet Prussjani max-xatt tax-xellug tax-xmara Rhein<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, kien jipprevedi li sa fejn ix-xmajjar Moselle, Sûre u Our kienu jikkostitwixxu l-konfini ta’ dawn il-proprjetajiet, dawn kellhom jappartjenu konġuntament lis-setgħat konfinali. Din id-dispożizzjoni ġiet ikkonfermata u ddettaljata fl-Artikolu 27 tat-Trattat dwar il-Fruntieri bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju tal-Prussja konkluż f’Aachen fis‑26 ta’ Ġunju 1816.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Minkejja li la r-Renju tal-Prussja, la r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ta’ dak iż-żmien u lanqas l-ordni nnifsu stabbilit mill-Kungress ta’ Vjenna ilhom ma jeżistu għal żmien twil, l-imsemmija dispożizzjoni tibqa’ fis-seħħ, fil-preżent, fil-forma tal-Artikolu 1(1) tat-Trattat bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar id-Demarkazzjoni tal-Fruntiera Komuni bejn iż-Żewġ Stati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Approvat mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu bis-saħħa tal-loi du <DATE ISO="19880527">27 mai 1988</DATE> portant approbation du Traité entre le Grand-Duché de Luxembourg et la République fédérale d’Allemagne sur le tracé de la frontière commune entre les deux Etats et de l’échange de lettres, signés à Luxembourg, le <DATE ISO="19841219">19 décembre 1984</DATE> (il-Liġi tas‑27 ta’ Mejju 1988 li tapprova t-Trattat bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar id-demarkazzjoni tal-fruntiera komuni bejn iż-żewġ Stati u dwar l-iskambju ta’ ittri, iffirmati fil-Lussemburgu, fid‑19 ta’ Diċembru 1984, Mémorial Nru A-26 tas‑7 ta’ Ġunju 1988, p. 538).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Dan it-trattat jistabbilixxi li t-territorju suġġett għas-sovranità konġunta huwa turija viżibbli tal-ispirtu tal-integrazzjoni Ewropea, iżda paradossalment fil-prattika din is-sovranità konġunta<?PAGE NO="2"?> ġġib magħha diffikultajiet għal dawn iż-żewġ Stati Membri meta jiġu biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar speċifiku, fejn għandu x’jaqsam ma’ din il-kawża, mid-dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Madankollu, kif diġà kellu l-opportunità jirrileva l-Avukat Ġenerali A.L. Dutheillet de Lamothe<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali A.L. Dutheillet de Lamothe fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Muller u Hein</NAME.CASE> (<NO.CASE>10/71</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:76">EU:C:1971:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 735‑736). Din il-kawża kienet tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 90 tat-Trattat KEE (li sar l-Artikolu 106 TFUE) fit-territorju kopert mit-Trattat tal‑1816 (ara l-punt 1 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, il-konklużjonijiet tal-Kungress ta’ Vjenna u d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali li jirriżultaw minnu ma għandhomx jipprekludu l-applikazzjoni sħiħa u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni fit-territorju kollu tagħha, inkluż f’dak it-territorju li, bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jaqa’ taħt is-sovranità konġunta ta’ żewġ Stati Membri. Konformement ma’ dan, nipproponi li din il-kawża tiġi deċiża fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni mingħajr ma l-applikazzjoni tagħhom tiġi ssuġġettata għad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali bejn id-diversi Stati Membri u għall-konklużjoni tal-arranġamenti previsti minn dawn il-ftehimiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 jistabbilixxi sovranità konġunta (kondominju) bejn il-Ġermanja u l-Lussemburgu fuq ix-xmajjar konfinali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kull fejn il-Moselle, is-Sûre jew l-Our jiffurmaw fruntiera konformement mat-Trattat tas‑26 ta’ Ġunju 1816 [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara l-punt 1 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>], huma jikkostitwixxu territorju komuni suġġett għas-sovranità konġunta taż-żewġ Stati kontraenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) ta’ dan it-Trattat jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati kontraenti għandhom jirregolaw il-kwistjonijiet fir-rigward tad-dritt applikabbli fit-territorju komuni taħt sovranità konġunta permezz ta’ arranġament addizzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA><ALINEA>Sal-lum, tali arranġament addizzjonali għadu ma ġiex konkluż.</ALINEA></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas‑17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas‑16 ta’ Diċembru 1991<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 160.</P></NOTE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, it-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>territorju tal-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> se tkun iż-żona ta’ fejn jgħodd it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea kif iddefinita għal kull Stat Membru fl-Artikolu 227.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 9(1) u (2)(b) tal-imsemmija direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-post minn fejn jingħata servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn jingħata s-servizz jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iżda:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-post fejn ikun hemm provvista ta’ servizzi tat-trasport għandu jkun il-post fejn isir it-trasport, wara li jitqiesu d-distanzi involuti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti, il‑proċedura u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Navitours Sàrl, kumpannija rregolata mid-dritt Lussemburgiż, teżerċita attività ta’ organizzazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi fil-parti tal-Moselle li taqa’ taħt is-sovranità konġunta tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984. Minħabba dan l-istatus partikolari tax-xmara, l-attività ta’ Navitours tqieset mill-awtorità fiskali bħala li twettqet barra mit-territorju nazzjonali skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar il-VAT b’tali mod li dawn l-awtoritajiet ma talbux il-ħlas ta’ din it-taxxa fuq il-prezz tal-imsemmija vjaġġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fis-sena 2004, Navitours xtrat fil-Pajjiżi l-Baxxi vapur tal-passiġġieri maħsub għall-eżerċizzju tal-attività tagħha. L-awtorità fiskali ssuġġettat lil dan il-vapur għad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist intra-Komunitarju, jiġifieri li t-tranżazzjoni ġiet eżentata fil-Pajjiżi l-Baxxi u intaxxata<?PAGE NO="4"?> fil-Lussemburgu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>L-akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti huwa rregolat mit-Titolu XVIa tad-Direttiva 77/388. Fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-qrati nazzjonali, Navitours qiegħdet inkwistjoni lil din il-klassifikazzjoni tat-tranżazzjoni kkonċernata peress li, fil-fehma tagħha, minħabba l-istatus partikolari tal-Moselle, il-vapur li kien is-suġġett ta’ din it-tranżazzjoni qatt ma nnaviga fit-territorju fiskali Lussemburgiż. Din il-pożizzjoni ma kinitx nieqsa minn loġika meta jitqies il-mod kif jiġi ttrattat it-territorju tal-kondominju mill-awtoritajiet fiskali. Madankollu, din ġiet miċħuda mill-qrati nazzjonali u, preżentement, il-klassifikazzjoni tat-tranżazzjoni tax-xiri tal-vapur minn Navitours bħala akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti ma hijiex is-suġġett tal-kawża prinċipali.</P></NOTE>. Madankollu, l-awtoritajiet fiskali rrifjutaw lil Navitours id-dritt li tnaqqas il-VAT imħallsa fuq ix-xiri tal-imsemmi vapur billi argumentaw li, fl-assenza ta’ tassazzjoni tal-attivitajiet ta’ din il-kumpannija eżerċitati fl-ilmijiet tal-kondominju, ix-xiri tal-vapur ma kienx seħħ għall-finijiet ta’ attività taxxabbli – li hija kundizzjoni għad-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Wara rikors ta’ Navitours, l-imsemmi rifjut tad-dritt għal tnaqqis ġie finalment imqiegħed inkwistjoni fis-sentenza tal-Cour d’appel (il‑Qorti tal-Appell, il-Lussemburgu) tal‑10 ta’ Lulju 2014, li fiha hija kkonstatat li l-attività ta’ din il-kumpannija setgħet tiġi ntaxxata jew fil-Lussemburgu, jew fil-Ġermanja, u li għalhekk hija kellha dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dik is-sentenza, permezz ta’ deċiżjoni tal‑5 ta’ Awwissu 2015, l-awtoritajiet fiskali talbu lil Navitours tħallas il-VAT fuq l-attivitajiet eżerċitati minnha għas-snin fiskali 2004 u 2005. Madankollu, b’konsegwenza tar-rikors ta’ Navitours, it-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu), permezz ta’ sentenza tat‑23 ta’ Mejju 2018, annullat din id-deċiżjoni. Din il-qorti qieset b’mod partikolari li, fl-assenza ta’ arranġament bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar l-applikazzjoni tal-VAT fit-territorju tal-kondominju, l-awtoritajiet fiskali Lussemburgiżi ma humiex awtorizzati jiġbru din it-taxxa fuq l-attività eżerċitata f’dan it-territorju. Dik is-sentenza ġiet ikkonfermata bis-saħħa tas-sentenza tal-Cour d’appel (il-Qorti tal-Appell) tal‑11 ta’ Diċembru 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-État du Grand-duché de Luxembourg (it-Teżor tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu) kif ukoll l-Administration de l’enregistrement, des domaines et de la TVA (l-Awtorità Fiskali, il-Lussemburgu) ippreżentaw rikors fil-kassazzjoni kontra din l-aħħar sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Lussemburgu) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/388] li jipprovdi li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud: 1. il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/></P><P>u/jew l-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388 li jipprovdi li ‘il-post fejn ikun hemm provvista ta’ servizzi tat-trasport għandu jkun il-post fejn isir it-trasport, wara li jitqiesu d-distanzi involuti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/></P><P>japplika u jwassal (jew japplikaw u jwasslu) għal impożizzjoni tal-VAT fil-Lussemburgu għall-provvisti ta’ trasport ta’ persuni mwettqa minn fornitur stabbilit fil-Lussemburgu, meta dawn il-provvisti jitwettqu ġewwa kondominju, kif dan il-kondominju huwa ddefinit mit-[Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984] bħala territorju komuni taħt sovranità komuni [konġunta] tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li fir-rigward tiegħu ma jeżistix, għal dak li jirrigwarda l-ġbir tal-VAT fuq il-provvisti ta’ servizz ta’ trasport, ftehim bejn iż-żewġ Stati kif previst fl-Artikolu 5(1) tat-[Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984] li skontu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[l]-Istati kontraenti għandhom jirregolaw il-kwistjonijiet fir-rigward tad-dritt applikabbli fit-territorju komuni taħt sovranità konġunta permezz ta’ ftehim [arranġament] addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>?</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl‑10 ta’ Mejju 2019. Navitours, il-Gvern Lussemburgiż u dak Ġermaniż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ressqu osservazzjonijiet bil-miktub. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma żżommx seduta. Il-partijiet wieġbu bil-miktub għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha f’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju tqajjem, essenzjalment, żewġ kwistjonijiet, jiġifieri, l-ewwel, jekk fl-assenza ta’ arranġament bejn il-Lussemburgu u l-Ġermanja dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT fit-territorju tal-kondominju dawn id-dispożizzjonijiet għandhomx japplikaw għas-servizzi ta’ trasport ipprovduti f’dan it-territorju u, it-tieni, jekk l-applikazzjoni tagħhom twassalx jew tistax twassal għal tassazzjoni ta’ dawn is-servizzi fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Dawn il-kwistjonijiet, minkejja li ovvjament huma relatati mill-qrib, huma madankollu distinti u għandhom jiġu ttrattati b’mod suċċessiv. Madankollu, qabel għandha tiġi solvuta problema preliminari – jiġifieri jekk dawn humiex servizzi ta’ trasport fis-sens tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑vjaġġi turistiċi bħala servizzi ta’ trasport għall‑finijiet tal‑VAT</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Trijber u Harmsen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2015 (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:641">EU:C:2015:641</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>‑59, u l-punt 1 tad-dispożittiv).</P></NOTE>, b’riżultat ta’ analiżi ddettaljata, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Konformement mal-proposta tiegħi. Ara: il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Trijber u Harmsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:505">EU:C:2015:505</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>‑43).</P></NOTE> li bla ħsara għat-twettiq ta’ verifika mill-qorti tar-rinviju l-attività li tikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ servizz ta’ teħid ta’ passiġġieri fuq vapur sabiex iżuru l-belt bi traġitt fuq l-ilma u għall-finijiet ta’ divertiment ma jikkostitwixxix servizz fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>qasam tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sens tal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat jekk, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, is-servizzi pprovduti minn Navitours effettivament jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>servizzi tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388. Risposta fin-negattiv għal din id-domanda tirrendi mingħajr skop id-domanda preliminari f’din il-kawża – li tirrigwarda espressament l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni. Huwa għalhekk li, f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet mistoqsijiet lill-partijiet dwar dan il-punt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Kif sostniet Navitours fit-tweġiba tagħha għal din il-mistoqsija, kieku kellu jitqies li s-servizzi li hija tipprovdi ma humiex servizzi ta’ trasport fis-sens tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388, dawn ikollhom jitqiesu bħala servizzi ta’ divertiment fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) ta’ din id-direttiva. Issa, tali servizzi huma intaxxati fil-post <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>fejn dawk is-servizzi jingħataw materjalment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li, skont din il-kumpannija, jindika mill-ġdid it-territorju tal-kondominju. Madankollu ma ninsabx konvint li, mingħajr informazzjoni addizzjonali min-naħa tal-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet tkun tista’ tipproċedi minn rgħajha biex twettaq tali klassifikazzjoni tas-servizzi inkwistjoni u biex b’dan il-mod issalva t-talba għal deċiżjoni preliminari f’din il-kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Madankollu ma naħsibx li kien ġustifikat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>servizzi tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li jinsab fl-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388 jinftiehem f’sens identiku għal dak tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>servizzi fil-qasam tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/123. Hawnhekk naqbel mal-pożizzjoni espressa fit-tweġibiet ta’ Navitours, tal-Gvern Lussemburgiż u tal-Kummissjoni għall-mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Il-Gvern Ġermaniż ta tweġiba ferm iktar artikolata li skontha l-klassifikazzjoni tal-imsemmija servizzi bħala servizzi ta’ trasport għandha taqa’ taħt il-kompetenza tal-qorti tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Qabel kollox, nosserva li l-ġurisprudenza msemmija tal-Qorti tal-Ġustizzja hija bbażata, fil-parti l-kbira tagħha, fuq in-natura partikolari ħafna tas-servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali f’waħda mill-kawżi li taw lok għas-sentenza Trijber u Harmsen, li fil-kuntest tagħhom it-trasport innifsu kien ta’ importanza sekondarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2015, Trijber u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Harmsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:641">EU:C:2015:641</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Issa, xejn ma jindika li s-servizzi ta’ Navitours inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma ta’ natura simili. Fil-fatt, dawn is-servizzi jikkonsistu fl-organizzazzjoni ta’ vjaġġi f’ilmijiet interni, jiġifieri f’attivitajiet fejn il-moviment tal-persuni huwa element essenzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ċertament, ikun mod ieħor meta l-vapur jibqa’ rmiġġat mal-moll u jintuża għal għan differenti min-navigazzjoni, pereżempju sabiex jiġi ffirmat ftehim internazzjonali (bħalma kien il-każ tal-Ftehim ta’ Schengen). Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, ma hijiex kwistjoni ta’ servizz ta’ trasport (ara l-punti 24 u 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, irrispettivament minn dawn id-differenzi fattwali, fil-fehma tiegħi, l-għan kompletament differenti tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388 u tal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123 jimmilita favur interpretazzjoni kompletament differenti tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>servizzi tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>servizzi fil-qasam tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet. Fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, Navitours, il-Gvern Lussemburgiż u l-Kummissjoni jirreferu għal dan l-istess aspett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/123 tikkonkretizza l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri ta’ servizzi fis-suq uniku. L-Artikolu 2(2)(d) ta’ din id-direttiva għandu bħala għan li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha s-servizzi li huma koperti mid-dispożizzjonijiet speċifiċi (tal-attwali) Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE kif ukoll mill-atti tad-dritt sekondarju bbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet, li għalihom, konformement mal-Artikolu 58(1) TFUE, il-prinċipju ġenerali tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma japplikax. Għaldaqstant, dan l-artikolu għandu jiġi interpretat b’mod strett fis-sens li għandu japplika biss għal dak it-tip ta’ servizzi li fir-rigward tagħhom l-esklużjoni tal-applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi hija ġġustifikata u tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Fis-sentenza Trijber u Harmsen, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li tali esklużjoni tas-servizzi inkwistjoni f’waħda mill-kawżi prinċipali ma kinitx iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388 huwa ta’ natura għalkollox differenti. Huwa ma huwiex intiż li jirregola b’mod speċifikament is-servizzi ta’ trasport inġenerali meta mqabbla ma’ kategoriji oħra ta’ servizzi iżda biss li jirregola speċifikament dawn is-servizzi fuq aspett wieħed, jiġifieri l-post tal-provvista tagħhom. F’dan ir-rigward, wieħed għandu jżomm f’moħħu li s-sens bażiku tar-regolamentazzjoni ddettaljata tal-post tat-twettiq tat-tranżazzjonijiet intaxxati bil-VAT jinsab fil-fatt li dan il-post jiddetermina l-ġurisdizzjoni fiskali għal dawn it-tranżazzjonijiet. B’hekk, fejn it-tranżazzjoni tirrigwarda, bi kwalunkwe mod, iktar minn Stat Membru wieħed (pereżempju, it-trasport minn Stat Membru lejn ieħor), ir-regoli ta’ determinazzjoni tal-post tat-twettiq ta’ din it-tranżazzjoni huma essenzjali għat-tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali bejn dawn l-Istati Membri. Bħala regola ġenerali, għandu jitqies li t-tassazzjoni għandha ssir fil-post fejn l-oġġett jew is-servizz ikun effettivament ikkunsmat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388 il-post tal-provvista tas-servizzi tat-trasport għandu jkun il-post fejn (effettivament) isir it-trasport, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>wara li jitqiesu d-distanzi involuti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li l-iktar soluzzjoni qrib ir-realtà hija dik fejn il-post tal-provvista tas-servizzi tat-trasport jitqies li huwa l-post fejn jinsab il-mezz ta’ trasport waqt il-provvista tas-servizz meta l-mezz ta’ trasport ikun qiegħed jiċċaqlaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, fl-istess sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 1997, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Reisebüro Binder</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:520">EU:C:1997:520</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>‑14).</P></NOTE>. Il-ġurisdizzjoni għat-tassazzjoni ta’ dan is-servizz huwa għalhekk iddeterminat mid-distanza li l-mezz ta’ trasport kopra fit-territorju ta’ Stat Membru partikolari u mhux pereżempju mill-post ta’ tagħbija jew mit-tul ta’ provvista tas-servizz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat din ir-regola <HT TYPE="ITALIC">expressis verbis</HT> fis-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 1997, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Reisebüro Binder</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:520">EU:C:1997:520</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn din il-perspettiva, fil-fehma tiegħi, servizz ta’ trasport skont it-tifsira tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388 għandu jfisser kull servizz li l-element kostituttiv uniku jew prinċipali tiegħu jikkonsisti fil-moviment ta’ persuni jew ta’ oġġetti fuq distanzi altru milli negliġibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Din l-aħħar riżerva teskludi mill-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>servizzi ta’ trasport<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> servizzi bħal, pereżempju, il-moviment ta’ oġġetti permezz ta’ krejn.</P></NOTE>, indipendentement mill-għan (kummerċjali, turistiku, ta’ divertiment, eċċ.) li fih iseħħ dan il-moviment, u mill-kwistjoni dwar jekk is-servizz jibdiex u jintemmx f’dan l-istess post jew f’postijiet differenti. Fil-fatt, f’kull sitwazzjoni bħal din, il-ġurisdizzjoni fiskali tista’ tiġi mqassma bejn diversi Stati Membri u dan it-tqassim għandu jsir konformement ma’ din id-dispożizzjoni – jiġifieri billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-distanzi koperti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Tali distinzjoni bejn it-tifsira tal-kunċetti inkwistjoni fi ħdan id-Direttivi 77/388 u 2006/123 ma tipprekludix, fl-opinjoni tiegħi, il-prinċipju li termini simili użati f’atti differenti tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati b’mod simili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, bl-istess mod, fir-rigward tal-kunċett ta’ assigurazzjoni, is-sentenza tat‑8 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>United Biscuits (Pensions Trustees) u United Biscuits Pension Investments</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:801">EU:C:2020:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-ewwel, in-natura u l-għan differenti ta’ dawn iż-żewġ leġiżlazzjonijiet, hekk kif esposti iktar ’il fuq, jiġġustifikaw interpretazzjoni differenti tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>servizzi tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>servizzi fil-qasam tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> f’dawn iż-żewġ atti regolatorji. Servizzi simili jistgħu għalhekk jiġu kklassifikati b’mod differenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ atti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>It-tieni, il-konformità sħiħa tal-interpretazzjoni ta’ dawn il-kunċetti fi kwalunkwe każ ma hijiex possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123 jinkludi espressament lis-servizzi portwali mas-servizzi fil-qasam tat-trasport. Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li s-servizzi ta’ attivitajiet ta’ testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2015 <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grupo Itevelesa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-168/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:685">EU:C:2015:685</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0001">1</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> tad-dispożittiv).</P></NOTE>. Issa, fil-fehma tiegħi, ma hemm ebda dubju li la s-servizzi portwali u lanqas is-servizzi ta’ kontroll tekniku tal-vetturi ma jistgħu jikkostitwixxu servizzi ta’ trasport fis-sens tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388. Qabel kollox ikun impossibbli li jiġi applikat fil-konfront tagħhom il-kriterju ta’ distanza koperta adottat f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat espressament li l-kruċieri jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 3577/92<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Regolament tal-Kunsill tas‑7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10).</P></NOTE>, u għaldaqstant anki taħt it-Titolu VI TFUE, dwar it-trasport, li fuq il-bażi tiegħu ġie adottat dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tas‑27 ta’ Marzu 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Alpina River Cruises u Nicko Tours</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑17/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:191">EU:C:2014:191</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ikun diffiċli li kruċieri fl-ilmijiet interni jiġu ttrattati b’mod differenti minkejja li dawn jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ regolament ieħor adottat fuq il-bażi tal-istess dispożizzjonijiet tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>B’mod speċifiku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3921/91 tas‑16 ta’ Diċembru 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi li mhumiex residenti jistgħu jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni ġewwa Stat Membru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 345).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li huwa diffiċli li jinftiehmu b’mod uniformi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>trasport<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u t-termini dderivati minn diversi atti tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw l-oqsma differenti tiegħu. Lanqas ma naħseb, kif diġà indikajt iktar ’il fuq, li tali interpretazzjoni uniformi hija neċessarja fid-dawl tal-għanijiet differenti li għandhom jintlaħqu minn dawn ir-regolamenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Bl-istess mod, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>United Biscuits (Pensions Trustees) u United Biscuits Pension Investments</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:380">EU:C:2020:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li jiġi kkunsidrat li s-servizzi li jikkonsistu fl-organizzazzjoni ta’ kruċieri bil-vapur fix-xmajjar jikkostitwixxu servizzi ta’ trasport fis-sens tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni tar‑regoli dwar il‑VAT fit‑territorju tal‑kondominju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388, il-post tal-provvista tas-servizzi ta’ trasport fuq mogħdijiet tal-ilma interni fl-ilmijiet tal-Moselle, fil-parti fejn hija tikkostitwixxi l-fruntiera bejn il-Lussemburgu u l-Ġermanja, huwa t-territorju ta’ dawn l-ilmijiet u għalhekk, konformement mat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984, territorju li jaqa’ taħt is-sovranità konġunta ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri, jiġifieri l-kondominju. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva humiex issodisfatti f’dan it-territorju, jiġifieri, l-ewwel, jekk dan it-territorju jikkostitwixxix territorju ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva u, it-tieni, jekk u skont liema regoli l-imsemmija Stati Membri jistgħu japplikaw f’dan it-territorju d-dispożizzjonijiet tagħhom adottati bil-għan li jittrasponu din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-territorju tal-kondominju bħala territorju tal-pajjiż fis-sens tad-dispożizzjonijiet dwar il-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Kif diġà semmejt, l-attività ta’ Navitours fil-qasam tal-kruċieri fil-Moselle ma kinitx suġġetta għall-VAT minħabba li l-awtoritajiet fiskali Lussemburgiżi (u, milli jidher, dawk Ġermaniżi wkoll) ma qisux lil din l-attività, eżerċitata fit-territorju tal-kondominju, bħala attività <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>fit-territorju tal-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT. Dan kien jirriżulta mill-istatus partikolari ta’ dan it-territorju bħala wieħed li jaqa’ taħt sovranità konġunta taż-żewġ Stati Membri. Għalkemm il-pożizzjoni tal-awtoritajiet fiskali Lussemburgiżi nbidlet f’dak li jirrigwarda n-neċessità li jiġi rrikonoxxut lil Navitours id-dritt għal tnaqqis tal-VAT fuq l-ispejjeż ta’ akkwist ta’ vapur maħsub għall-finijiet ta’ din l-attività, l-opinjoni dwar l-istatus fiskali partikolari tat-territorju tal-kondominju tidher li hija kondiviża mill-qrati tal-ewwel u tat-tieni istanza fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, ma naħsibx li din il-fehma hija korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 77/388 jiddefinixxi t-territorju tal-pajjiż permezz tar-riferiment għall-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddefinit fl-Artikolu 299 tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Li kien l-Artikolu 227 KE.</P></NOTE>. Skont din l-aħħar dispożizzjoni, it-Trattat u, għaldaqstant, ukoll, id-Direttiva 77/388, għandhom japplikaw, b’mod partikolari, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Għalkemm din id-dispożizzjoni tabilħaqq fiha numru ta’ eċċezzjonijiet u regoli partikolari, ebda waħda minnhom ma tikkonċerna t-territorju tal-kondominju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Infakkar li l-kondominju kien diġà jeżisti qabel il-konklużjoni tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 (ara l-punt 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. Bl-istess mod, dan it-territorju ma ġiex eskluż mill-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>territorju tal-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fuq il-bażi tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 77/388.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti magħmula iktar ’il fuq, jista’ biss jiġi kkonstatat li t-territorju tal-kondominju jagħmel parti mit-territorju tal-pajjiż fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 77/388. F’każ kuntrarju jkollu jiġi kkunsidrat li d-dritt tal-Unjoni b’ebda mod ma huwa applikabbli f’dan it-territorju – liema ċirkustanza tkun tikkostitwixxi konklużjoni assurda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>In-natura partikolari ta’ dan il-każ tinsab madankollu fil-fatt li dan huwa fl-istess waqt it-territorju tal-pajjiż ta’ żewġ Stati Membri – liema fatt jikkostitwixxi sitwazzjoni eċċezzjonali u mhux prevista mill-awturi tad-Direttiva 77/388. Għaldaqstant, għandha tiġi mwieġba l-mistoqsija dwar liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom din id-direttiva hija intiża li tapplika f’dan it-territorju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT fit-territorju tal-kondominju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kemm il-Gvern Ġermaniż kif ukoll Navitours fl-osservazzjonijiet tagħhom f’din il-kawża jipproponu t-teżi li, konformement mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali pubbliku, l-eżerċizzju minn wieħed mill-Istati kkonċernati tas-sovranità fit-territorju tal-kondominju jirrikjedi l-kunsens tal-Istat l-ieħor fosthom – fejn għalhekk l-eżerċizzju mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tal-ġurisdizzjoni tagħhom fil-qasam tal-VAT fit-territorju li jaqa’ taħt is-sovranità konġunta tagħhom ma hijiex possibbli mingħajr arranġament konkluż fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Issa, tali arranġament, kif inhu magħruf, għadu nieqes sal-lum.</P></NOTE>. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Gvern Ġermaniż, id-Direttiva 77/388 ma tipprekludix liż-żewġ Stati Membri kkonċernati milli jastjenu b’mod temporanju milli jintaxxaw it-tranżazzjonijiet imwettqa f’dan it-territorju skont id-dritt internazzjonali u fl-interessi tar-relazzjonijiet ta’ bonviċinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, din it-teżi, fil-fehma tiegħi, hija kompletament infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 77/388, din ma tinkludi ebda dispożizzjoni li tawtorizza lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jastjenu milli jintaxxaw it-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju. Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, it-tassazzjoni hija dovuta għal kull tranżazzjoni ta’ provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas u kull<?PAGE NO="10"?> eċċezzjoni għal dan il-prinċipju għandha tiġi ddefinita b’mod ċar u strett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, fl-istess sens, is-sentenza reċenti tal‑21 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dubrovin &amp; Tröger – Aquatics</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑373/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:873">EU:C:2021:873</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, f’din id-direttiva ma hemm ebda dispożizzjoni li teżenta mit-tassazzjoni t-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li d-dritt tal-Unjoni josserva d-dritt internazzjonali sa fejn jiddetermina l-portata territorjali tas-sovranità tal-Istati Membri. Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tad-dritt tal-Unjoni huwa ddefinit b’mod preċiż b’riferiment għat-territorju kopert minn din is-sovranità rrikonoxxut mid-dritt internazzjonali u adottat mid-dritt nazzjonali b’eżekuzzjoni ta’ dan id-dritt. Dan huwa żgurat mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Artikolu 299 KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Fil-preżent l-Artikolu 52 TUE u l-Artikolu 355 TFUE. Ara wkoll l-Artikolu 77(4) TFUE.</P></NOTE>, u, fil-qasam tal-VAT, mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 77/388<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Fil-preżent il-punt 2 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>), li ssostitwixxiet id-Direttiva 77/388.</P></NOTE>. Dan huwa ttrattat ukoll mill-ġurisprudenza invokata mill-Gvern Ġermaniż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Dan il-gvern jiċċita b’mod partikolari s-sentenzi: tad‑29 ta’ Marzu 2007, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aktiebolaget NN</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑111/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:195">EU:C:2007:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); tas‑27 ta’ Frar 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Western Sahara Campaign UK</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:118">EU:C:2018:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa fuq il-bażi tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 li kemm il-Gran Dukat tal-Lussemburgu kif ukoll ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jistgħu (u għandhom) jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni fiskali tagħhom fil-qasam tal-VAT fit-territorju tal-kondominju u għandhom id-dritt li jiftiehmu dwar il-modalitajiet ta’ eżerċizzju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif diġà kellha l-okkażjoni li tiddeċiedi diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bejn żewġ Stati Membri ma jistgħux jiġu applikati fir-relazzjonijiet bejniethom meta dawn imorru kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2003, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ravil</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑469/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:295">EU:C:2003:295</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hija fuq din l-istess premessa li kienet ibbażata s-sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Achmea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:158">EU:C:2018:158</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-istess għandu japplika, fil-fehma tiegħi, għall-kuntrarjetà ta’ tali ftehim ma’ atti tad-dritt idderivat tal-Unjoni, għaliex inkella l-Istati Membri jkunu jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar derogi mid-dritt tal-Unjoni b’tali mod li jdgħajfu l-effettività tiegħu. Għaldaqstant, l-assenza ta’ arranġament bħal dak previst fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 ma tistax tiġġustifika ż-żamma ta’ sitwazzjoni ta’ inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri n-nuqqas ta’ tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li t-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 huwa sussegwenti għad-Direttiva 77/388, fejn għalhekk, fil-mument tal-konklużjoni ta’ dan it-trattat iż-żewġ Stati Membri kkonċernati kienu konxji mill-obbligi li jirriżultaw minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tal-Gvern Ġermaniż li n-nuqqas ta’ tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju huwa ta’ natura temporanja, peress li l-Istati Membri kkonċernati kienu qegħdin jinnegozjaw arranġament xieraq, jeħtieġ sempliċement li jiġi rrilevat li din in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>natura temporanja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> diġà ilha hemm madwar 45 sena<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Konformement mal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/388, l-Istati Membri kellhom obbligu li jġibu fis-seħħ sistema komuni tal-VAT sa mhux iktar tard mill‑1 ta’ Jannar 1978. Filwaqt li effettivament it-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 huwa sussegwenti għal din id-data, madankollu xejn ma jindika li s-sitwazzjoni fiskali fit-territorju tal-kondominju kienet differenti qabel il-konklużjoni ta’ dan it-trattat meta mqabbel mas-sitwazzjoni preżenti.</P></NOTE>. Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna t-territorju tal-kondominju, id-Direttiva 77/388 la tipprovdi derogi permanenti u lanqas temporanji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet lanqas ma huma mqiegħda inkwistjoni bl-adozzjoni mill-Kunsill tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2010/579/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas‑27 ta’ Settembru 2010 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu biex japplikaw miżura b’deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="256" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 256, p. 20</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Din id-deċiżjoni kienet tirrigwarda r-rikonoxximent tal-pont konfinali fil-Moselle bejn il-Lussemburgu u l-Ġermanja bħala wieħed li jinsab kompletament fit-territorju tal-Lussemburgu għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-provvista ta’ oġġetti, tal-provvista ta’ servizzi u tal-kunsinni intra-Komunitarji ta’ oġġetti mwettqa fil-kuntest tar-rinnovazzjoni ta’ dan il-pont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li tagħti x’tifhem Navitours fl-osservazzjonijiet tagħha, din id-deċiżjoni ma tirriżultax mill-impossibbiltà ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT għat-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kuntest tar-rinnovazzjoni ta’ pont iżda biss mill-ħtieġa li l-applikazzjoni tagħhom tiġi ssemplifikata billi jiġi indikat it-territorju ta’ Stat Membru wieħed biss bħala post tat-twettiq ta’ dawn it-tranżazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Premessi 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2010/579.</P></NOTE>. Din ma kinitx tirrigwarda biss tranżazzjonijiet li l-post ta’ twettiq tagħhom kien it-territorju tal-kondominju iżda wkoll tranżazzjonijiet li l-post ta’ twettiq tagħhom ikun, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112, it-territorju esklużiv ta’ wieħed mill-Istati Membri. Barra minn hekk, it-titolu nnifsu ta’ din id-deċiżjoni jindika b’mod ċar li hija tippermetti li jiġu previsti <HT TYPE="ITALIC">derogi</HT> mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva u mhux miżuri neċessarji għall-applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, waħda mill-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni kienet li din ma kellhiex effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Premessa 6 tad-Deċiżjoni 2010/579.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, l-assenza ta’ tassazzjoni, mill‑1978, tat-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju għandha, mingħajr dubju, tali impatt negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, hekk kif turi perfettament din il-kawża u l-iżvolġiment tal-kawża prinċipali, li l-assenza ta’ tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni twassal ukoll għal irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-VAT li jikkonċernaw it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet input. Dawn it-tranżazzjonijiet, bħal, pereżempju, l-akkwist ta’ vapur tal-kruċieri intiż sabiex titwettaq attività fit-territorju tal-kondominju u li ta lok għall-kawża prinċipali, jew ma humiex intaxxati (skont il-pożizzjoni inizjali ta’ Navitours<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>), jew huma intaxxati mingħajr dritt għal tnaqqis (skont il-pożizzjoni inizjali tal-awtoritajiet fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-punt 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>), jew inkella jagħtu dritt għal tnaqqis minkejja li t-tranżazzjonijiet output ma jiġux effettivament intaxxati (skont id-deċiżjonijiet tal-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-punt 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>). L-ebda waħda minn dawn l-ipoteżijiet ma hija konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>It-tranżazzjonijiet input imwettqa ma humiex is-suġġett ta’ din il-kawża u għaldaqstant m’iniex ser niżviluppa din il-linja. Ser nispjega biss fil-qosor li, fl-ewwel u t-tielet ipoteżi huwa miksur il-prinċipju ta’ tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/388 u li ma humiex suġġetti għal eżenzjoni, u, fit-tieni ipoteżi huwa miksur il-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li, billi ma jissuġġettawx għall-VAT tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju, kemm il-Gran Dukat tal-Lussemburgu kif ukoll ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jonqsu milli jwettqu l-obbligi imposti fuqhom bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388 (u, fil-preżent,<?PAGE NO="12"?> tad-Direttiva 2006/112)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara s-sentenza tat‑23 ta’ Mejju 1996, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑331/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:211">EU:C:1996:211</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, dawn it-tranżazzjonijiet huma taxxabbli bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u n-nuqqas ta’ arranġament previst fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 ma jeżonerax lil dawn l-Istati Membri mill-eżekuzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk jifdal li jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388 jipprekludux tassazzjoni unilaterali tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti fit-territorju tal-kondominju minn wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Tassazzjoni tat‑tranżazzjonijiet imwettqa fit‑territorju tal‑kondominju minn wieħed mill‑Istati Membri kkonċernati</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mis-seba’ premessa tad-Direttiva 77/388, l-għan tad-dispożizzjonijiet dwar id-determinazzjoni tal-post tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT huwa b’mod partikolari li jiġu evitati l-kunflitti ta’ ġurisdizzjoni bejn l-Istati Membri li jistgħu jwasslu għal tassazzjoni doppja jew għal nuqqas ta’ tassazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara s-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 1997, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Reisebüro Binder</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:520">EU:C:1997:520</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll, reċentement, is-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprevediex u ma rregolax is-sitwazzjoni eċċezzjonali tal-kondominju li fiha t-tranżazzjonijiet imwettqa f’dan it-territorju jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni fiskali taż-żewġ Stati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984, din is-sitwazzjoni għandha tiġi riżolta f’arranġament bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja konkluż fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni. Madankollu, l-imsemmija Stati Membri ma kkonkludewx tali arranġament. L-assenza tiegħu kif ukoll l-assenza ta’ tassazzjoni li tirriżulta tat-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju ma jagħtux biss lok għall-ksur tar-regoli dwar il-VAT iżda jistgħu wkoll jitqiesu bħala ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat kif għandha tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni fiskali tal-Istati Membri kkonċernati għat-tassazzjoni tal-imsemmija tranżazzjonijiet minkejja l-assenza ta’ arranġament adegwat bejniethom.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proposta tal-Kummissjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li f’tali sitwazzjoni eċċezzjonali jiġi kkunsidrat li l-post ta’ eżekuzzjoni tas-servizz ta’ trasport huwa l-post tal-bidu tiegħu, jiġifieri, fiċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża prinċipali, il-moll ta’ max-xmara li minnu jitlaq il-vapur tal-kruċieri li permezz tiegħu s-servizz ta’ trasport jiġi pprovdut. Din il-proposta ċertament tippreżenta l-vantaġġ li tiġi rregolata b’mod ċar il-kwistjoni tal-kompetenza fiskali sa fejn, b’differenza mill-ilmijiet tax-xmara Moselle, ix-xtut tagħha jinsabu fit-territorju esklużiv tal-Istati Membri kkonċernati, li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, huwa t-territorju Lussemburgiż. Fil-fatt, din il-proposta hija wkoll konformi mal-prinċipju ġenerali ta’ tassazzjoni fuq il-post tal-konsum. Fil-fatt, jista’ jitqies li l-post ta’ konsum tas-servizz ta’ trasport ta’ passiġġieri huwa l-post minn fejn dawn il-passiġġieri jibdew il-vjaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu m’iniex favur li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ din il-proposta – u dan għal tliet raġunijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-ewwel, din il-proposta ma ssib ebda bażi fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388. Fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi, din id-direttiva tistabbilixxi biss regola ġenerali ta’ tassazzjoni fil-post ta’ stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi (Artikolu 9(1)) kif ukoll ċertu numru ta’ eċċezzjonijiet – li waħda minnhom tikkonċerna servizzi ta’ trasport u tordna li l-post fejn iseħħ it-trasport jitqies bħala l-post ta’ provvista tas-servizz (Artikolu 9(2)(b)). Min-naħa l-oħra, fiha hija assenti kwalunkwe dispożizzjoni li, anki b’analoġija, tkun tippermetti li l-post tal-provvista ta’ servizz ta’ trasport jintrabat mal-post li fih jibda dan it-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għal finijiet ta’ kompletezza, inżid li l-leġiżlazzjoni attwalment fis-seħħ tiddetermina effettivament li l-post ta’ provvista tas-servizzi ta’ trasport huwa l-post fejn dan jibda iżda biss għas-servizzi ta’ trasport intra-Komunitarju ta’ oġġetti favur persuni mhux taxxabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Artikolu 50 tad-Direttiva 2006/112.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna s-servizzi ta’ trasport ta’ persuni, bħal fil-każ tal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388, japplika l-prinċipju li l-post ta’ provvista tas-servizzi huwa l-post fejn iseħħ it-trasport billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-distanzi koperti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Artikolu 48 tad-Direttiva 2006/112.</P></NOTE>. Għalhekk, anki interpretazzjoni dinamika ta’ din id-dispożizzjoni ma tippermettix li jintrabat il-post ta’ provvista tas-servizz ta’ trasport ta’ persuni mal-post li fih jibda dan it-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ li kellha tintlaqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, tqum il-kwistjoni dwar jekk il-prinċipju li hija tipproponi għandux japplika biss fir-rigward tat-territorju tal-kondominju jew jekk għandux japplika wkoll f’sitwazzjonijiet oħra ta’ trasport ta’ persuni bejn Stati Membri differenti. Fil-fatt, ma nara ebda raġuni li t-territorju tal-kondominju jiġi ssuġġettat għal regoli differenti minn dawk applikabbli għal sitwazzjonijiet oħra simili. Id-diffikultà fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT fit-territorju tal-kondominju hija ta’ natura teknika u tirrikjedi soluzzjoni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet applikabbli u mhux li jinħolqu, permezz ta’ interpretazzjoni, regoli legali distinti. Issa, l-applikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għas-servizzi kollha ta’ trasport tal-passiġġieri bejn Stati Membri differenti tkun tfisser, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>It-tieni, il-proposta tal-Kummissjoni ma għandhiex bażi fis-sitwazzjoni fattwali ta’ din il-kawża. Fil-fatt, kif jippreċiża l-Artikolu 1(3) it-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984, il-fruntiera tat-territorju li jaqa’ taħt sovranità konġunta tiddetermina l-linja ta’ konfluwenza tas-superfiċi tal-ilma mas-superfiċi terrestri. Fi kliem ieħor – il-wiċċ tal-ilma tal-Moselle jikkostitwixxi, kollu kemm hu, it-territorju tal-kondominju. Issa, konformement mal-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388, il-post tal-provvista ta’ servizzi huwa l-post fejn isir it-trasport, <HT TYPE="ITALIC">billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-distanza koperta</HT>, jiġifieri mill-mument tat-tluq tal-mezz ta’ trasport, f’dan il-każ il-vapur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Dan ifisser li, filwaqt li l-passiġġieri jitilgħu fuq vapur minn moll għall-imbark li jista’ jinsab fit-territorju esklużiv ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Għalkemm dan ma huwiex evidenti peress li skont l-Artikolu 1(2) tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 it-territorju komuni jinkludi wkoll l-installazzjonijiet li jinsabu fuq l-ilma.</P></NOTE>, din il-provvista tas-servizz ta’ trasport issir kollha kemm hi fuq is-superfiċi tal-ilma, jiġifieri fit-territorju tal-kondominju. Għaldaqstant, ma jistax jitqies, kif tixtieq il-Kummissjoni, li din il-provvista ta’ servizz tibda fit-territorju esklużiv ta’ Stat Membru wieħed u jkompli sussegwentement biss fit-territorju tal-kondominju. Għalhekk, f’dan il-każ, ma hemmx lok għal analoġija mal-kawża li tat lok għas-sentenza Trans Tirreno Express<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza tat‑23 ta’ Jannar 1986, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Trans Tirreno Express</NAME.CASE> (<NO.CASE>283/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:31">EU:C:1986:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat it-tassazzjoni ta’ servizz ta’ trasport marittimu li beda u spiċċa fl-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru anki fil-parti<?PAGE NO="14"?> fejn dan it-trasport seħħ fl-ilmijiet internazzjonali. It-trasport fil-Moselle, fuq il-parti konfinali tagħha bejn il-Lussemburgu u l-Ġermanja, effettivament isir kollu kemm hu fit-territorju li jaqa’ taħt is-sovranità konġunta ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-tielet, tista’ ċertament issir evalwazzjoni kritika ħafna tal-fatt li, sa issa, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma kkonkludewx l-arranġament previst fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 u minħabba f’hekk ma ssuġġettawx għat-taxxa s-servizzi ta’ trasport ipprovduti fit-territorju tal-kondominju. Xorta jibqa’ l-fatt li dan it-territorju jaqa’ taħt is-sovranità konġunta tagħhom u li, għaldaqstant, dawn iż-żewġ Stati Membri, bħala prinċipju, jeżerċitaw fuqu ġurisdizzjoni fiskali u li għandhom id-dritt jiddeterminaw, konformement mad-dritt tal-Unjoni, il-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-aċċettazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni ċċaħħad lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-ġurisdizzjoni fiskali tagħha fit-territorju tal-kondominju, sa fejn is-servizzi ta’ trasport f’dan it-territorju jitwettqu minn moll għall-imbark li jinsab fit-territorju esklużiv tal-Lussemburgu (u viċi versa). Issa, fid-Direttiva 77/388, huma assenti dispożizzjonijiet li jiġġustifikaw li dawn l-Istati Membri jiġu mċaħħda minn din il-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Dan lanqas ma huwa neċessarju peress li, fil-fehma tiegħi, fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni tista’ tinstab soluzzjoni iktar sempliċi għas-sitwazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proposta tiegħi għal soluzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni jeżiġi li t-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju jiġu intaxxati b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388. Minn din il-perspettiva, ma huwiex essenzjali li jsir magħruf jekk u kif il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ftiehmu dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni, f’dan it-territorju, tar-regoli dwar il-VAT. Kemm it-tassazzjoni unilaterali minn wieħed mill-Istati Membri kkonċernati kif ukoll it-tassazzjoni skont il-modalitajiet miftiehma minn dawn l-Istati Membri jissodisfaw din il-kundizzjoni. Konsegwentement, it-tassazzjoni unilaterali tal-imsemmija tranżazzjonijiet minn wieħed minn dawn l-Istati Membri tissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni. L-eventwali ftehimiet ulterjuri bejn l-Istati Membri kkonċernati huma riżultat tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom ibbażati fuq regoli tad-dritt internazzjonali, inkluż it-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984. Dan madankollu ma huwiex suġġett ta’ interess tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dan jista’ jiġi pparagunat mal-istituzzjoni ta’ responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, magħrufa fid-dritt ċivili, fejn diversi debituri jkunu responsabbli mill-eżekuzzjoni ta’ servizz partikolari, iżda l-eżekuzzjoni ta’ dan is-servizz minn wieħed minn dawn il-kodebituri jissodisfa l-pretensjoni tal-kreditur, u dan il-kreditur ma għandux jintervjeni fil-ħlas sussegwenti bejn debituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni għalhekk ma jipprekludix li servizzi ta’ trasport imwettqa fit-territorju tal-kondominju jkunu suġġetti għall-VAT fil-Lussemburgu. Min-naħa l-oħra, jekk tali tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali ma jkunx sodisfaċenti għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hija tista’ tilħaq arranġament xieraq mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-preokkupazzjonijiet tal-Gvern Ġermaniż, tali soluzzjoni ma toħloqx riskju ta’ tassazzjoni doppja tal-imsemmija servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Kif jirrileva dan il-gvern stess fl-osservazzjonijiet tiegħu, it-tassazzjoni doppja ta’ dawn l-istess tranżazzjonijiet tmur kontra l-prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT li huwa l-prinċipju ta’ newtralità tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑23 ta’ Novembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CHEZ Elektro Bulgaria u FrontEx International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑427/16 u C‑428/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:890">EU:C:2017:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Ir-regoli li jiddeterminaw il-post ta’ twettiq tat-tranżazzjonijiet intaxxati li jinsabu fid-Direttiva 77/388 iservu preċiżament, fost oħrajn, biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja ta’ dawn l-istess tranżazzjonijiet fi Stati Membri differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta, konformement mar-regoli tad-Direttiva 77/388, tranżazzjoni partikolari tkun ġiet intaxxata fi Stat Membru dan ifisser li tkun ġiet ipprojbita t-tassazzjoni tagħha mill-ġdid fl-Istati Membri l-oħra. Tali tassazzjoni mill-ġdid tkun tikkostitwixxi taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u tkun suġġetta għal obbligu ta’ rimbors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑23 ta’ Novembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CHEZ Elektro Bulgaria u FrontEx International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑427/16 u C‑428/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:890">EU:C:2017:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll is-sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>KrakVet Marek Batko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑276/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:485">EU:C:2020:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-każ ta’ neċessità, l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-informazzjoni kkonċernata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru l-ieħor fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> tad-dispożittiv).</P></NOTE>. Il-projbizzjoni tat-tassazzjoni doppja hija suġġetta għall-istħarriġ tal-qrati nazzjonali li, f’każ ta’ dubju, għandhom il-possibbiltà, u kultant l-obbligu, li jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta korrettement id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>KrakVet Marek Batko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑276/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:485">EU:C:2020:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ ta’ kontenzjuż bejn l-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT fit-territorju tal-kondominju, dawn jistgħu, bis-saħħa ta’ kompromess, jissuġġettaw din it-tilwima għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja konformement mal-Artikolu 273 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Sommarju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388 japplikaw b’mod sħiħ għat-tranżazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-kondominju, indipendentement mill-fatt jekk l-arranġament previst fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Fruntiera tal‑1984 kienx ġie konkluż jew le. Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni ddettaljati ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fit-territorju tal-kondominju jistgħu jiġu ddeterminati mill-imsemmi arranġament. Madankollu, fl-assenza ta’ dan, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix it-tassazzjoni unilaterali tal-imsemmija tranżazzjonijiet minn wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Tali tassazzjoni tfisser li tiġi pprojbita t-tassazzjoni ta’ dawn l-istess tranżazzjonijiet mit-tieni Stat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li r-risposta għad-domanda preliminari magħmula mill-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Lussemburgu) tkun kif ġej:</TXT><P>Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas‑17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas‑16 ta’ Diċembru 1991, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) ta’ din<?PAGE NO="16"?> id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan għandu japplika għas-servizzi ta’ trasport ta’ persuni pprovduti fit-territorju li, bis-saħħa ta’ ftehimiet internazzjonali, huwa suġġett għas-sovranità konġunta bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk l-Istati Membri kkonċernati kkonkludewx arranġament dwar il-modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fuq l-imsemmi territorju.</P><P>L-Artikolu 9(2)(b) tad-Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix it-tassazzjoni tal-imsemmija servizzi miż-żewġ Stati Membri kkonċernati permezz ta’ arranġament jew b’mod unilaterali minn wieħed minnhom. F’din l-aħħar ipoteżi, l-Istat Membru l-ieħor jitlef is-setgħa li jintaxxa l-imsemmija tranżazzjonijiet.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>