30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9790 — Blackstone/KP1)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 216/14)

1.   

Fid-19 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

The Blackstone Group Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

KP1 Services S.A.S. (“KP1”, Franza), bħalissa kkontrollata minn Doughty Hanson Private Equity Partners.

Blacksstone takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ KP1 kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Blackstone: Blackstone, li taħdem bħala ditta ta’ ġestjoni tal-investimenta, tiġġestixxi assi globali u għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerka b’uffiċċji fl-Ewropa u fl-Asja.

—

KP1: l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura, u l-bejgħ ta’ materjali tal-kostruzzjoni għall-finijiet ta’ residenza. Kummerċ u industrija fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9790 — Blackstone/KP1

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).