|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8630 — Blackstone/MassMutual/Cambourne/Rothesay)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 305/10)
|
1. |
Fit-8 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Cambourne Life Investment Pte Ltd (“Cambourne”) u Massachusetts Mutual Life Insurance Company (“MassMutual”) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Rothesay HoldCo UK Ltd (ir-Renju Unit (“Rothesay”), fejn il-Blackstone Group LP (“Blackstone”) diġà huwa azzjonist kontrollanti. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Blackstone: l-immaniġjar tal-assi, — għal Cambourne: Kumpanija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn GIC Pte Ltd, kumpanija globali tal-ġestjoni tal-investiment. — għal MassMutual: assigurazzjoni tal-ħajja, prodotti għall-irturar u l-investiment, attiva primarjament fl-Istat Uniti, — għal Rothesay: L-assigurazzjoni, iffukata primarjament fuq trasferimenti ta’ riskju fuq il-pensjonijiet b’benefiċċju definit fi ħdan ir-Renju Unit. Rothesay toffri firxa ta’ prodotti, inklużi (i) soluzzjonijiet ta’ bejgħ tal-assigurazzjoni, (ii) soluzzjonijiet ta’ xiri tal-assigurazzjoni, u (iii) u swaps tal-għomor. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8630 — Blackstone/MassMutual/Cambourne/Rothesay Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.